<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0800818501.case.xml"><NO.CASE>C-347/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0347</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8223</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8261</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>39</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110915">15.9.2011</DATE> — KAWŻA C-347/09</LEFT><RIGHT>DICKINGER U ÖMER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-347/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bezirksgericht Linz (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090410">10 ta’ April 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Jochen Dickinger</HT>,</P><P><HT TYPE="BOLD">Franz Ömer</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur), L. Bay Larsen, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-8224"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Dickinger u Ömer, minn W. Denkmair u O. Plöckinger, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer u J. Bauer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn A. Hubert u P. Vlaemminck, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn E.-M. Mamouna, M. Tassopoulou u G. Papadaki, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Malti, minn A. Buhagiar u J. Borg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u A. Barros, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Traversa u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-8225"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet bħala parti mill-proċeduri kriminali kontra J. Dickinger u F. Ömer għal nuqqas ta’ konformità mill-kumpannija Awstrijaka bet-at-home.com Entertainment GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>bet-at-home.com Entertainment<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>), li tagħha huma l-amministraturi, mal-leġiżlazzjoni Awstrijaka dwar l-operat tal-logħob tal-ażżard, speċifikament fir-rigward tal-provvista ta’ logħob tal-każinò fuq l-internet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-liġi federali dwar il-logħob tal-ażżard (Glücksspielgesetz, BGBl. 620/1989), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>GSpG<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>), tipprovdi fl-Artikolu 3 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Monopolju tal-logħob tal-ażżard<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/> li d-dritt tal-organizzazzjoni tal-logħob tal-ażżard huwa rriżervat lill-Gvern Federali. L-Artikoli 14 u 21 tal-GSpG jipprevedu b’mod parallel li l-Ministru Federali tal-Finanzi jista’ jagħti<?PAGE NO="I-8226"?> konċessjonijiet, min-naħa waħda, għall-organizzazzjoni tal-lotteriji u, min-naħa l-oħra, għall-operat tal-każinòs. L-imħatri sportivi, peress li ma humiex ikkunsidrati bħala logħob tal-ażżard fis-sens strett, ma humiex suġġetti għas-sistema stabbilita mill-GSpG, bl-eċċezzjoni ta’ tip ta’ mħatra reċiproka magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Toto<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-logħob tal-każinò kkummerċjalizzat permezz tal-internet huma, skont l-Artikolu 12a tal-GSpG, ittrattati bħala lotteriji u għalhekk huma suġġetti għas-sistema ta’ konċessjoni fuq il-lotteriji iktar milli dik li tirregola l-każinò. Dan l-Artikolu 12a, li ddaħħal fil-GSpG fl-1997 (BGBl. I, 69/1997), fih f’dan ir-rigward id-definizzjoni li ġejja ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>lotteriji elettroniċi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>lotteriji li fir-rigward tagħhom il-kuntratt tal-logħob huwa konkluż b’mezzi elettroniċi, id-deċiżjoni dwar ir-rebħ u t-telf tingħata jew titqiegħed għad-dispożizzjoni b’mod ċentrali u l-parteċipant jista’ jsir jaf ir-riżultat immedjatament wara li jkun ipparteċipa fil-logħba<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(2) tal-GSpG, il-konċessjoni għall-organizzazzjoni ta’ lotteriji tista’ tingħata biss lil operatur li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>huwa kumpannija b’kapital azzjonarju li għandu s-sede tiegħu fil-pajjiż;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>ma għandux proprjetarji (soċji) li jiddisponu minn influwenza dominanti li ma tippermettix li tkun garantita l-affidabbiltà mill-perspettiva regolatorja;</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-8227"?><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>għandu kunsill ta’ sorveljanza u kapital azzjonarju jew nominali liberu mħallas ta’ mhux inqas minn EUR° 109°miljun, bir-rekwiżit li l-provenjenza legali tal-fondi tiġi pprovata b’mod adegwat;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>jaħtar diretturi li, abbażi tal-formazzjoni tagħhom, huma professjonalment kompetenti, li għandhom il-karatteristiċi u l-esperjenza meħtieġa għall-operat korrett tal-attività u li kontrihom ma hemm l-ebda raġuni għall-esklużjoni, abbażi tal-Artikolu 13 tal-Kodiċi tal-professjonijiet artiġjanali, kummerċjali u industrijali tal-1973 (Gewerbeordnung 1973) […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>fid-dawl taċ-ċirkustanzi (b’mod partikolari l-esperjenzi, tal-għarfien u l-mezzi tiegħu) wieħed jistenna mingħandu li jrendi l-aqwa dħul għall-Gvern Federali (taxxa ta’ konċessjoni u dħul mill-imħatri);</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>għalih l-istruttura eventwali tal-grupp, li għalih jappartjeni l-propjetarju jew il-proprjetarji li għandhom holding ikkwalifikat fl-impriża, ma tfixkilx il-kontroll effettiv tal-konċessjonarju.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-konċessjoni tista’, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(3) tal-GSpG, tiġi akkordata għal perijodu massimu ta’ ħmistax-il sena.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Sa kemm konċessjoni għal-lotteriji tkun fis-seħħ, l-ewwel frażi tal-Artikolu 14(5) tal-GSpG tistabbilixxi li ma tistax tiġi attribwita konċessjoni oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Jekk diversi kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2) tal-GSpG jippruvaw jiksbu konċessjoni, il-Ministru Federali tal-Finanzi, skont it-tieni frażi tal-paragrafu 5 tal-istess artikolu, għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu abbażi<?PAGE NO="I-8228"?> tal-kriterji stabbiliti fil-punt 5 tal-imsemmi paragrafu 2, u għalhekk għandu jagħti l-konċessjoni lill-operatur li minnu tkun mistennija r-realizzazzjoni tal-aħjar dħul għall-gvern federali.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(1) tal-GSpG, il-konċessjonarju ma jistax jistabbilixxi fergħat barra mit-territorju Awstrijaku. Barra minn hekk, il-kisba, mill-konċessjonarju, ta’ holdings ikkwalifikati f’kumpanniji oħra, jirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-Ministru Federali tal-Finanzi. Skont l-Artikolu 15a tal-GSpG, din l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa wkoll għall-estensjoni tal-attività kummerċjali tal-konċessjonarju, li ma għandhiex tingħata sa kemm ma jkunx hemm ir-riskju ta’ tnaqqis fid-dħul tal-Gvern Federali mit-taxxa ta’ konċessjoni jew mid-dħul fuq l-imħatri.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-GSpG jobbliga lill-konċessjonarju jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal-logħob tal-ażżard fejn l-organizzazzjoni tkun ġiet fdata lilu. Dawn il-kundizzjonijiet, li għandhom jiġu approvati mill-Ministru Federali tal-Finanzi, jiġu ppubblikati fl-Amtsblatt zur Wiener Zeitung u mwaħlin għal konsulatzzjoni, fil-postijiet tal-kummerċ tal-konċessjonarju u fil-punti tal-bejgħ tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Kull sena, il-konċessjonarju għandu, skont l-Artikolu 18(1) tal-GSpG, jinforma lill-Ministru Federali tal-Finanzi bl-identità tal-persuni parteċipanti fil-kapital azzjonarju tiegħu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(1) tal-GSpG, huwa suġġett għas-superviżjoni tal-Ministru Federali tal-Finanzi. Għal dan il-għan, dan tal-aħħar għandu b’mod partikolari l-kapaċità li jikkonsulta l-kontijiet u d-dokumenti l-oħra tal-konċessjonarju u jista’ jwettaq verifiki fuq il-post jew jitlob lil kontabbli jew esperti oħra jwettqu verifiki. L-ispejjeż ta’ sorveljanza jitħallsu mill-konċessjonarju u huma fatturati kull sena mill-Ministru Federali tal-Finanzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8229"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(2) tal-GSpG jipprovdi wkoll għall-ħatra, mill-Ministru Federali tal-Finanzi, ta’ Kummissarju tal-Istat (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Staatskommissär<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>) li, skont l-Artikolu 26 tal-Liġi dwar il-Kreditu (Kreditwesengesetz, BGBl. 63/1979), għandu d-dritt jattendi l-laqgħat tal-azzjonisti kif ukoll il-laqgħat tal-kunsill ta’ sorveljanza tal-konċessjonarju. Il-Kummissarju tal-Istat għandu jkun jew impjegat ta’ awtorità lokali jew avukat jew awditur, u huwa suġġett għall-awtorità tal-Ministru Federali tal-Finanzi u jista’ jitneħħa mill-kariga f’kull ħin. Il-Kummissarju tal-Istat għandu bħala kompitu prinċipali tiegħu li jopponi ruħu għal kull deċiżjoni mill-organi tal-kumpannija li huwa jikkunsidra bħala illegali. Din l-oppożizzjoni għandha bħala konsegwenza li tissospendi l-effetti tad-deċiżjoni inkwistjoni sal-intervent ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19(3) tal-GSpG, il-Ministru Federali tal-Finanzi u l-Organizzazzjoni Sportiva Federali għandhom kull wieħed id-dritt li jinnominaw membru bħala parti mill-kunsill ta’ sorveljanza tal-konċessjonarju.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(4) tal-GSpG jobbliga lill-konċessjonarju biex jipprovdi lill-Ministru Federali tal-Finanzi r-rapport annwali, ir-rapport ta’ ġestjoni u l-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-grupp, kif ukoll ir-rapporti tal-awdituri li jirrigwardaw lil dawn id-dokumenti, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikoli 17 u 20 tal-GSpG jirrigwardaw l-allokazzjoni tad-dħul mil-logħob tal-ażżard. Il-paragrafu 6 tal-Artikolu 17(3) jistabbilixxi t-taxxa ta’ konċessjoni għal-lotteriji elettroniċi għal 24 % tad-dħul gross annwali wara t-tnaqqis tal-qligħ imqassam. Skont l-Artikolu 20, 3 % tad-dħul mil-lotteriji, ammont li fl-ebda każ ma għandu jkun inqas minn EUR 40 miljun, jiġu allokati għall-iżvilupp tal-isport.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8230"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikoli 21 sa 31 tal-GSpG fihom dispożizzjonijiet simili li jirregolaw l-għoti ta’ tnax-il konċessjoni għall-operat tal-każinòs, is-sorveljanza tal-konċessjonarji kif ukoll it-tmexxija tal-logħob tal-każinò.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard għal finijiet ta’ profitt minn persuna li ma jkollhiex konċessjoni hija suġġetta għal prosekuzzjoni kriminali fl-Awstrija. L-Artikolu 168(1) tal-Kodiċi Kriminali Awstrijaku (Strafgesetzbuch, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>StGB<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>) jippenalizza lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kull min jorganizza logħba formalment ipprojbita jew li r-rebħ jew it-telf tagħha jiddependu esklużivament jew prinċipalment mix-xorti, jew lil kull min jikkontribwixxi biex issir laqgħa bil-għan li jiġi organizzat tali logħob sabiex jibbenefika finanzjarjament minn din l-organizzazzjoni jew minn din il-laqgħa jew sabiex jikseb tali benefiċċju lil terz<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>. Is-sanzjonijiet previsti huma piena ta’ priġunerija li tista’ titla’ sa sitt xhur jew multa kuljum sa massimu ta’ 360 jum.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Österreichische Lotterien GmbH (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Österreichische Lotterien<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>) hija kumpannija rregolata mid-dritt privat b’responsabbiltà limitata. Skont id-deċiżjoni tal-Ministru Federali tal-Finanzi tas-<DATE ISO="19950316">16 ta’ Marzu 1995</DATE>, hija kisbet il-konċessjoni unika għall-organizzazzjoni tal-lotteriji fl-Awstrija għall-perijodu li jibda mill-<DATE ISO="19941201">1 ta’ Diċembru 1994</DATE> sal-<DATE ISO="20041231">31 ta’ Diċembru 2004</DATE>. Wara t-twaqqif tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>lotteriji elettroniċi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/> permezz tal-introduzzjoni fl-1997 tal-Artikolu 12a tal-GSpG, il-konċessjoni tal-imsemmija kumpannija ġiet estiża għal din it-tip ta’ lotterija u estiża sal-2012 permezz ta’ deċiżjoni tal-Ministru Federali tal-Finanzi tat-<DATE ISO="19971002">2 ta’ Ottubru 1997</DATE>. It-tul tal-konċessjoni ġie ffissat, fid-dawl tat-tul massimu ta’ ħmistax-il sena awtorizzati mil-liġi, għall-perijodu li jibda mill-<DATE ISO="19971001">1 ta’ Ottubru 1997</DATE> sat-<DATE ISO="20120930">30 ta’ Settembru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-azzjonist maġġoritarju tal-Österreichische Lotterien hija Casinos Austria AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Casinos Austria<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>), kumpannija b’responsabbiltà limitata rregolata<?PAGE NO="I-8231"?> mid-dritt privat li għandha t-tnax-il konċessjoni biex tħaddem il-każinòs previsti mill-GSpG (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tad-<DATE ISO="20100909">9 ta’ Settembru 2010</DATE>, Engelmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-64/08" PAGE.ECR="I-8219" YEAR="2010">C-64/08, Ġabra p. I-8219</REF.DOC.ECR>, punti 13 sa 15). Fiż-żmien meta ġraw il-fatti tal-kawża prinċipali, terz tal-ishma li jikkostitwixxu l-kapital azzjonarju ta’ Casinos Austria kien miżmum indirettament mill-Istat, fejn il-bqija tal-ishma kienu jinsabu f’idejn investituri privati.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>J. Dickinger u F. Ömer, ċittadini Awstrijaċi, huma l-fundaturi tal-grupp multinazzjonali tal-logħob online bet-at-home.com. Il-kumpannija parent ta’ dan il-grupp hija l-kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż bet-at-home.com AG, li għandha s-sede tagħha f’Düsseldorf (il-Ġermanja).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijaku bet-at-home.com Entertainment, li għandha s-sede tagħha f’Linz (l-Awstrija), u li hija attiva fil-qasam tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>servizzi tat-trattament awtomatiku ta’ data u tat-tekniki tal-infomazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>, hija waħda mis-sussidjarji ta’ bet-at-home.com AG. J. Dickinger u F. Ömer huma l-amministraturi ta’ bet-at-home.com Entertainment. Din il-kumpannija għandha liċenzja Awstrijaka li tippermettilha li toffri mħatri sportivi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Bet-at-home.com Entertainment hija proprjetarja, bħala sussidjarja, tal-kumpannija Maltija bet-at-home.com Holding Ltd, li min-naħa tagħha tippossjedi tliet kumpanniji sussidjarji, jiġifieri l-kumpaniji taħt il-liġi Maltija bet-at-home.com Internet Ltd, bet-at-home.com Entertainment Ltd, kif ukoll bet-at-home.com Internationale Ltd (iktar ’il quddiem, kollettivament, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sussidjarji Maltin<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Tnejn mis-sussidjarji Maltin joffru logħob tal-ażżard u mħatri sportivi permezz tal-internet fuq is-sit www.bet-at-home.com. Huma għandhom, f’dan ir-rigward, liċenzja Maltija (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Class One Remote Gaming License<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>), valida għal-logħob tal-ażżard online u liċenzja Maltija (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Class Two Remote Gaming License<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>) valida għall-imħatri sportivi online. Is-sit tal-internet huwa aċċessibbli bil-lingwa Spanjola, Ġermaniża, Griega,<?PAGE NO="I-8232"?> Ingliża, Taljana, Ungeriża, Olandiża, Pollakka, Slovena, Russa u Torka, iżda mhux bil-lingwa Maltija. Fuq dan l-indirizz tal-internet hemm offruti, b’mod partikolari, logħob tal-ażżard bħall-poker, il-black-jack, logħob tal-karti, ir-rulett kif ukoll logħob fuq il-magni bi flus virtwali. Huwa possibbli li wieħed jilgħab dan il-logħob kollu mingħajr limitu fuq il-flus milgħuba.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-operat tas-sit tal-internet www.bet-at-home.com huwa sostnut esklussivament mis-sussidjarji Maltin li jorganizzaw il-logħob inkwistjoni u li huma l-proprjetarji tal-liċenzji tas-software neċessarju għall-operat tal-pjattaforma tal-logħob.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Is-sussidjarji Maltin kienu jużaw, għall-inqas sa Diċembru 2007, server li kien installat f’Linz, imqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom minn bet-at-home.com Entertainment, li kienet tieħu ħsieb ukoll il-manutenzjoni tas-sit tal-internet, tas-software neċessarju għal-logħob kif ukoll l-assistenza għall-utenti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Inbdiet proċedura kriminali kontra J. Dickinger u F. Ömer, fil-kwalità tagħhom bħala amministraturi ta’ bet-at-home.com Entertainment, minħabba atti li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 168(1) tal-StGB. L-att promotur ġie fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Jochen Dickinger u Franz Ömer, bħala persuni responsabbli għal [bet-at-home.com Entertainment], wettqu, mill-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE> sa llum, il-ksur li jikkonsisti fl-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard skont l-Artikolu 168(1) tal-[StGB] għal benefiċċju ta’ [bet-at-home.com Entertainment] billi offrew permezz tal-internet logħob li r-rebħ u t-telf minnu jiddependi esklużivament jew prinċipalment mill-ażżard jew li huwa speċifikament ipprojbit, b’mod partikolari tipi differenti ta’ Poker (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Texas Hold’em<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Seven Card Stud<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/>, eċċ.), il-Blackjack, logħob tal-karti, logħob tal-mejda bħal rulett, kif ukoll logħob virtwali bħal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bandits manchots<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> flimkien mal-imħatri fejn l-ammonti huma illimitati, u dan biex jiksbu jew biex jipprovdu lil oħrajn, b’mod partikolari lil [bet-at-home.com Entertainment], vantaġġ finanzjarju.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8233"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>J. Dickinger u F. Ömer invokaw l-eċċezzjoni tal-illegalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal-logħob tal-ażżard fir-rigward tal-Artikoli 43 KE u 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddubita li d-dispożizzjonijiet tal-StGB, moqrija flimkien mal-leġiżlazzjoni Awstrijaka applikabbli għal-logħob tal-ażżard inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward dak li hija ssejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>pubbliċità offensiva<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/> magħmula minn Casinos Austria għall-offerta ta’ logħob tal-ażżard tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bezirksgericht Linz iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikoli 43 KE [u] 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-prinċipju, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 3 flimkien mal-Artikoli 14 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> u l-Artikolu 21 tal-Liġi Awstrijaka dwar il-logħob tal-ażżard [GSpG], li tipprovdi li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>liċenzja għal-logħob tax-xorti [konċessjoni għal-lotteriji] (eż. lotteriji, lotteriji elettroniċi, eċċ.) tista’ tingħata biss lil konċessjonarju wieħed għal perijodu massimu ta’ 15-il sena, liema konċessjonarju għandu jkun, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kumpannija b’kapital azzjonarju li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Awstrija, li ma jkollhiex fergħa barra l-Awstrija, li jkollha kapital azzjonarju jew nominali mħallas ta’ mill-inqas EUR<FT TYPE="NUMBER">109000000</FT> u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tista’ titqies li tirrendi l-ikbar qligħ għall-Gvern Federali;</P></ITEM><?PAGE NO="I-8234"?><ITEM><P>liċenzja għal każinòs tista’ tingħata biss lil mhux iktar minn 12-il konċessjonarju għal perijodu massimu ta’ 15-il sena, liema konċessjonarji għandhom ikunu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Awstrija, li ma jkollhomx fergħa barra l-Awstrija, li jkollhom kapital azzjonarju mħallas ta’ mill-inqas EUR <FT TYPE="NUMBER">22000000</FT> u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jistgħu jitqiesu li jirrendu l-ikbar qligħ għall-awtoritajiet reġjonali?</P></ITEM></LIST></P><P>Dawn il-kwistjonijiet iqumu b’mod partikolari f’dan il-kuntest: […] Casinos Austria AG hija d-detentriċi ta’ 12-il liċenzja għal każinòs, li ngħataw fit-<DATE ISO="19911218">18 ta’ Diċembru 1991</DATE> għal perijodu massimu ta’ 15-il sena u li minn dakinhar ġew imġedda mingħajr ma saret sejħa għal offerti jew notifika pubblika.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ, tali leġiżlazzjoni tista’ tkun iġġustifikata b’raġunijiet marbuta mal-interess ġenerali li jiġu limitati l-attivitajiet marbuta mal-imħatri fil-każ fejn id-detenturi tal-liċenzji li joperaw fi struttura kważi monopolistika jeżerċitaw, min-naħa tagħhom, politika ta’ espansjoni tal-logħob tal-ażżard permezz ta’ attivitajiet ta’ reklamar intensivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ, il-qorti tar-rinviju għandha, meta tistħarreġ il-proporzjonalità ta’ tali leġiżlazzjoni, li għandha bħala għan il-prevenzjoni ta’ reati kriminali billi tissuġġetta lill-operaturi attivi f’dan is-settur għal spezzjoni u għaldaqstant tillimita l-attivitajiet tal-logħob tal-ażżard għal sistema li fiha jkunu suġġetti għal spezzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-leġiżlazzjoni tkopri wkoll il-fornituri ta’ servizzi transkonfinali li, fi kwalunkwe każ, huma suġġetti fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom, għal obbligi u għal spezzjonijiet stretti marbuta mal-liċenzja tagħhom?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8235"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-libertajiet fundamentali tat-Trattat KE, b’mod partikolari l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 49 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minkejja l-fatt li l-Istati Membri żammew, fil-prinċipju, il-kompetenza li jirregolaw is-sistema legali kriminali tagħhom, dispożizzjoni tad-dritt kriminali nazzjonali għandha madankollu tiġi evalwata fid-dawl tad-dritt Komunitarju jekk din tista’ tipprekludi jew tfixkel l-eżerċizzju ta’ waħda mil-libertajiet fundamentali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 KE, flimkien mal-Artikolu 10 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ispezzjonijiet li jsiru fl-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ fornitur ta’ servizzi, u l-garanziji pprovduti hemmhekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-Istat li fih jiġu pprovduti dawn is-servizzi, abbażi tal-prinċipju tal-fiduċja reċiproka?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ, l-Artikolu 49 KE għandu, barra minn hekk, jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi hija ristretta fl-interess ġenerali, għandu jiġi vverifikat jekk dan l-interess ġenerali kienx diġa ttieħed suffiċjentement inkunsiderazzjoni mid-dispożizzjonijiet, mill-ispezzjonijiet u mill-verifiki li huwa suġġett għalihom il-fornitur ta’ servizzi fl-Istat li fih huwa stabbilit?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ, waqt l-isħarriġ tal-proporzjonalità ta’ dispożizzjoni nazzjonali li timponi sanzjonijiet kriminali fil-każ ta’ provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ logħob tal-ażżard mingħajr liċenzja nazzjonali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-interessi regolamentari invokati mill-Istat li fih jiġu pprovduti s-servizzi sabiex jiġġustifika r-restrizzjoni għal-libertà fundamentali jkunu diġà ttieħdu suffiċjentement inkunsiderazzjoni fl-Istat ta’ stabbiliment permezz ta’ proċeduri stretti ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sorveljanza?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8236"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-proporzjonalità ta’ tali restrizzjoni, il-fatt li, fl-Istat li fih huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jmorru lil hinn minn dawk tal-Istat Membru li fih jiġu pprovduti s-servizzi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ projbizzjoni, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, ta’ logħob tal-ażżard, imposta minħabba raġunijiet politiċi relatati mal-protezzjoni ta’ min jilgħab u mal-ġlieda kontra l-kriminalità, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi, barra minn hekk, li l-qorti tar-rinviju tagħmel distinzjoni bejn, minn naħa, il-fornituri li joffru logħob tal-ażżard mingħajr ebda awtorizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, dawk li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-UE, li jkunu kisbu liċenzja hemmhekk u li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, waqt l-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ logħob tal-ażżard mingħajr liċenzja jew awtorizzazzjoni nazzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li fornitur tal-logħob tal-ażżard kiseb liċenzja b’mod legali fi Stat Membru ieħor iżda minħabba ostakoli oġġettivi u indirettament diskriminatorji għad-dħul, ma setax jikseb liċenzja nazzjonali, u l-fatt li l-proċeduri għall-għoti ta’ liċenzja u l-proċeduri ta’ spezzjoni fl-Istat ta’ stabbiliment joffru livell ta’ protezzjoni li huwa minn tal-inqas paragunabbli għal dak żgurat fuq livell nazzjonali?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-natura temporanja tal-provvista ta’ servizzi teskludi l-possibbiltà għall-fornitur li jkollu fl-Istat Membru ospitanti ċerta infrastruttura (bħal server) mingħajr ma jiġi kkunsidrat li huwa stabbilit f’dak l-Istat Membru?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8237"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat, barra minn hekk, fis-sens li dispożizzjoni li tkopri l-fornituri nazzjonali ta’ servizzi ta’ sostenn u li tipprekludihom milli jiffaċilitaw il-provvista ta’ servizzi ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, timplika wkoll restrizzjoni għal-libertà ta’ tali fornitur li jipprovdi servizzi fil-każ fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ sostenn huma stabbiliti fl-istess Stat Membru bħal uħud mid-destinatarji tas-servizz?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi sanzjonijiet kriminali kontra min jikser monopolju għall-operat tal-logħob tal-ażżard, bħal dak previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tkun konformi mal-libertajiet fundamentali ggarantiti fit-Trattat u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 45 sa 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’dan ir-rigward jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li d-dritt tal-Unjoni jimponi limiti fuq il-kompetenza tal-Istati Membri f’materji kriminali, peress li leġiżlazzjoni f’dan il-qasam ma tistax, b’mod partikolari, tirrestrinġi l-libertajiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19890202">2 ta’ Frar 1989</DATE>, Cowan, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="186/87" PAGE.ECR="195" YEAR="1989">186/87, Ġabra p. 195</REF.DOC.ECR>, punt 19, u tad-<DATE ISO="19990119">19 ta’ Jannar 1999</DATE>, Calfa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/96" PAGE.ECR="I-11" YEAR="1999">C-348/96, Ġabra p. I-11</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8238"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 49 KE, jipprekludi li jiġi ssanzjonat kriminalment il-ksur ta’ monopolju għall-operat tal-logħob tal-ażżard, bħall-monopolju għall-operat tal-logħob ta’ każinò kkummerċjalizzat fuq l-internet skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk tali leġiżlazzjoni ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju trid tiddetermina liema libertajiet fundamentali huma applikabbli għar-restrizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għas-sussidjarji Maltin. Hija essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 49 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għas-servizzi tal-logħob tal-ażżard ikkummerċjalizzati permezz tal-internet fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti minn operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor minkejja l-fatt li dan l-operatur:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>a) stabbilixxa fl-Istat Membru ospitanti ċerta infrastruttura ta’ appoġġ informatiku bħal server, li tista’ tirriżulta fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment, u</P></ITEM><ITEM><P>b) jinqeda b’servizzi ta’ appoġġ minn fornitur stabbilit fl-Istat Membru ospitanti biex jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-konsumaturi fl-istess Stat Membru, liema ħaġa jista’ jkollha bħala konsegwenza l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 49 KE.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 57 sa 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sempliċi fatt li fornitur tal-logħob tal-ażżard fuq l-internet, jirrikorri għal mezzi materjali ta’<?PAGE NO="I-8239"?> komunikazzjoni pprovvduti minn terza impriża stabbilita fl-Istat Membru ospitanti, ma jidhirx li fih innifsu huwa ta’ natura li jikkonferma li dan il-fornitur huwa stabbilit b’mod stabbli f’dak l-Istat Membru, b’mod li jista’ jitqabbel ma’ aġenzija, liema ħaġa tkun tirriżulta fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li biex ikun hemm stabbiliment skont it-Trattat, għandu jkun hemm relazzjoni kummerċjali konkluża minn operatur stabbilit fi Stat Membru ma’ operaturi jew intermedjarji stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti u għandha tkun tinvolvi l-possibbiltà li dan l-operatur jipparteċipa, b’mod stabbli u kontinwu, fil-ħajja ekonomika tal-Istat Membru ospitanti u għalhekk tkun tali li tippermetti lill-klijenti li jibbenefikaw mis-servizzi offruti permezz ta’ preżenza permanenti f’dan l-Istat Membru ospitanti, li tista’ tiġi eżerċitata permezz ta’ sempliċi uffiċċju amministrattiv immexxi, jekk ikun il-każ, minn persuna indipendenti, iżda li tingħata mandat sabiex taġixxi b’mod permanenti għan-nom ta’ l-imsemmi operatur, l-istess kif tagħmel aġenzija, (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100908">8 Settembru, 2010</DATE>, Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-316/07+C-358/07+C-359/07+C-360/07+C-409/07+C-410/07" PAGE.ECR="I-8069" YEAR="2010">C-316/07, C-358/07 sa C-360/07, C-409/07 u C-410/07, Ġabra p. I-8069</REF.DOC.ECR>, punti 59 u 60).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, huwa stabbilit li, mhux talli ma ngħatatx mandat sabiex taġixxi b’mod permanenti għan-nom tas-sussidjarji Maltin fis-suq tal-logħob tal-ażżard fl-Awstrija, iżda bet-at-home.com Entertainment ma hijiex involuta fir-relazzjoni bejn dawn is-sussidjarji u l-klijenti tagħhom. L-operat tal-pjattaforma tal-internet www.bet-at-home.com hija pprovduta esklużivament mill-kumpanniji sussidjarji Maltin, li huma responsabbli għall-organizzazzjoni tal-logħob u li magħhom il-klijenti jikkonkludu l-kuntratti korrispondenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-servizzi ta’ appoġġ informatiku pprovduti minn bet-at-home.com Entertainment jistgħu jiġu fdati lil operatur ieħor, stabbilit fi Stat Membru ieħor, saħansitra mingħajr ma l-konsumaturi Awstrijaċi jirrealizzaw.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 49 KE japplika għal operatur tal-logħob tal-ażżard stabbilit fi Stat Membru li jipprovdi<?PAGE NO="I-8240"?> s-servizzi tiegħu fi Stat Membru ieħor, anki jekk għal dan il-għan jgħamel użu minn intermedjarji stabbiliti fl-istess Stat Membru bħad-destinatarji tal-imsemmija servizzi (sentenza tas-<DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, Gambelli <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/01" PAGE.ECR="I-13031" YEAR="2003">C-243/01, Ġabra p. I-13031</REF.DOC.ECR>, punt 58). <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, l-istess artikolu japplika fejn l-operatur tal-logħob tal-ażżard ma jużax is-servizzi ta’ intermedjarji, iżda ta’ sempliċi fornitur ta’ servizzi ta’ appoġġ informatiku fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għas-servizzi tal-logħob tal-ażżard ikkummerċjalizzati bl-internet fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti minn operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor minkejja l-fatt li dan l-operatur:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>a) stabilixxa fl-Istat Membru ospitanti ċerta infrastruttura ta’ appoġġ informatiku bħal server, u</P></ITEM><ITEM><P>b) jinqeda b’servizzi ta’ appoġġ informatiku minn fornitur stabbilit fl-Istat Membru ospitanti biex jipprovdi s-servizzi tiegħu lil konsumaturi li wkoll huma stabbiliti f’dan l-Istat Membru.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tielet domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, jirrigwardaw il-kundizzjonijiet li fihom l-Artikolu 49 KE jipprovdi għall-istabbiliment ta’ monopolju għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-każinò kkummerċjalizzati fuq l-internet għal operatur uniku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8241"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta effettiva għal dawn il-mistoqsijiet, għandhom, fl-ewwel lok, jitfakkru l-kundizzjonijiet li fihom l-Artikolu 49 KE jipprovdi għall-istabbiliment ta’ monopolju dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fit-tieni lok, huwa neċessarju li jiġi aċċertat sa liema punt l-insegwiment ta’ politika kummerċjali espansjonista mill-entità li għandha monopolju fil-qasam tal-logħob tal-ażżard jista’ jkun konsistenti mas-sistema tal-monopolju. Fit-tielet lok, għandhom jiġu pprovduti indikazzjonijiet lill-qorti tar-rinviju f’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà mal-Artikolu 49 KE ta’ sensiela ta’ restrizzjonijiet speċifiċi imposti fuq id-detentur tal-monopolju mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-forma legali tiegħu, l-ammont tal-kapital azzjonarju tiegħu, il-post tas-sede tiegħu u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti friegħi fi Stati Membri oħra. Fl-aħħar nett, għandha tiġi eżaminata r-rilevanza tal-kontrolli tal-operaturi tal-logħob tal-ażżard imwettqa fi Stati Membri oħra u l-garanziji magħmula fihom għall-eżami tal-proporzjonalità ta’ miżuri restrittivi imposti minn Stat Membru li għandom l-iskop li jirregolaw il-logħob tal-ażżard fl-eżerċizzju ta’ waħda jew iktar mill-għanijiet rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Jinsab stabbilit li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ logħob tal-ażżard għal sistema ta’ esklużività favur operatur wieħed u li tipprekludi lil kull operatur ieħor, inkluż lil operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor, milli joffri, permezz tal-internet, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, servizzi li jaqgħu taħt l-imsemmija sistema tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 49 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Sporting Exchange, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-203/08" PAGE.ECR="I-4695" YEAR="2010">C-203/08, Ġabra p. I-4695</REF.DOC.ECR>, punt 22 u 24, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, tali restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tista’ tiġi aċċettata skont il-miżuri derogatorji espressament previsti fl-Artikoli 45 KE u 46 KE, applikabbli għal dan il-qasam bis-saħħa tal-Artikolu 55 KE, jew ġustifikata, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (sentenzi tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u<?PAGE NO="I-8242"?> Bwin International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07, Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>, punti 55 u 56, u tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Zeturf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/08" PAGE.ECR="I-5633" YEAR="2011">C-212/08, Ġabra p. I-5633</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Qabel kollox, fil-kuntest tal-kawża prinċipali għandu jiġi enfasizzat li, meta sistema ta’ monopolju tkun ġiet stabbilita fi Stat Membru fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, u meta din is-sistema ma tkunx kompatibbli mal-Artikolu 49 KE, il-ksur tiegħu minn operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jkun suġġett għal sanzjonijiet kriminali (sentenza tas-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, Placanica <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/04+C-359/04+C-360/04" PAGE.ECR="I-1891" YEAR="2007">C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891</REF.DOC.ECR>, punti 63 u 69).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ monopolju dwar il-logħob tal-ażżard</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġustifikazzjonijiet li jistgħu jiġu aċċettati, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali adottati fis-settur tal-logħob tal-ażżard u tal-imħatri, ikkunsidrati b’mod sħiħ, huma ta’ spiss relatati mal-protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi kkonċernati u, b’mod iktar ġenerali, tal-konsumaturi kif ukoll mal-protezzjoni tal-ordni soċjali. Hija enfasizzat ukoll li tali għanijiet jinsabu fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw ostakli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 74 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kemm-il darba enfasizzat li l-karatteristiċi ta’ ordni morali, reliġjuża jew kulturali, kif ukoll il-konsegwenzi moralment u finanzjarjament dannużi għall-individwu u għas-soċjetà li huma relatati mal-logħob tal-ażżard u mal-imħatri jistgħu jkunu ta’ natura li jiġġustifikaw l-eżistenza, favur l-awtoritajiet nazzjonali, ta’ setgħa diskrezzjonali suffiċjenti sabiex jiddeterminaw, skont l-iskala tal-valuri tagħhom stess, l-eżiġenzi li timplika l-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ordni soċjali (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 76 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8243"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li Stat Membru jkun għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma jistax jaffettwa l-evalwazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati għal dan il-għan. Tali dispożizzjonijiet għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tal-għanijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u tal-livell ta’ protezzjoni li dawn ikunu jixtiequ jiżguraw (sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istati Membri huma, fil-prinċipju, liberi li jistabbilixxu l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-ażżard u, skont il-każ, li jiddefinixxu fid-dettall il-livell ta’ protezzjoni mixtieq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Stat Membru li jfittex li jiżgura livell ta’ protezzjoni partikolarment għoli jista’, konsegwentement, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat fil-ġurisprudenza tagħha, ikun intitolat li jikkunsidra li huwa biss l-għoti tad-drittijiet esklużivi lil organu wieħed li huwa suġġett għal kontroll strett min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jista’ jippermettilu li jikkontrolla r-riskji marbuta mal-qasam tal-logħob tal-ażżard u li jfittex l-għan ta’ prevenzjoni tal-inkoraġġiment għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob u tal-ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob b’mod suffiċjentement effettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, punti 81 u 83, u Zeturf, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa mixtieq li l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jikkunsidraw li l-fatt li, fil-kwalità tagħhom bħala kontrollur tal-organu li ngħata l-monopolju, huma jiddisponu minn mezzi addizzjonali li jippermettulhom li jinfluwenzaw l-imġiba ta’ dan l-organu lil hinn mill-mekkaniżmi regolatorji u ta’ sorveljanza legali, jista’ jiżguralhom kontroll aħjar tal-offerta ta’ logħob tal-ażżard u garanziji aħjar ta’ effettività fl-implementazzjoni tal-politika tagħhom milli fil-każ tal-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet minn operaturi privati f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni, kieku dawn tal-aħħar kienu suġġetti għal sistema ta’ awtorizzazzjoni u suġġetti għal sistema ta’ kontroll u ta’ sanzjonijiet (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 82).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8244"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw li r-restrizzjonijiet imposti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tagħhom (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, punti 59 u 60, kif ukoll Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, punti 77 u 78).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-kwistjoni ta’ liema għanijiet iridu jintlaħqu b’mod effettiv mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tifforma parti, fil-kuntest ta’ kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, mill-kompetenza tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Awstrijak, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ssegwi, min-naħa waħda, l-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità, b’mod partikolari bil-protezzjoni tal-konsumaturi tal-logħob tal-ażżard kontra l-frodi u ta’ delitti oħra u, min-naħa l-oħra, l-għan tal-prevenzjoni ta’ tħajjir għall-infiq eċċessiv relatat mal-logħob permezz tal-garanzija tal-implementazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ protezzjoni tal-lagħba bħal, b’mod partikolari, l-iffissar ta’ limiti ta’ mħatri personali vinkolanti, u għalhekk tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ordni soċjali b’mod ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, J. Dickinger u F. Ömer, kif ukoll il-Gvern Malti, isostnu li mill-kliem espliċitu tal-GSpG jirriżulta li l-għan ewlieni tagħha huwa li jiżdied id-dħul fiskali ġġenerat mil-logħob tal-ażżard. B’mod speċifiku, huma jinnotaw li, skont l-Artikolu 14(5) tal-GSpG, il-konċessjoni tingħata b’mod sistematiku lill-operatur li mingħandu jista’ jinkseb l-aħjar dħul għall-Gvern Federali. Barra minn hekk, kull estensjoni territorjali jew materjali tal-attività kummerċjali tal-konċessjonarju tippresupponi l-awtorizzazzjoni mill-Ministru Federali tal-Finanzi, li għandha tingħata biss jekk ma jkunx mistenni tnaqqis fid-dħul tal-Gvern Federali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8245"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-awtoritajiet nazzjonali, fid-data meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, kellhomx verament l-intenzjoni li jiżguraw livell ta’ protezzjoni partikolarment għoli fir-rigward tal-għanijiet imfittxija u li, fid-dawl ta’ dan il-livell ta’ protezzjoni mfittex, l-istabbiliment ta’ monopolju setax effettivament jitqies bħala neċessarju (sentenza Zeturf, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47). F’dan il-kuntest, huwa l-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li jinvoka għan adattat sabiex jilleġittima ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li għandu jipprovdi l-elementi kollha li jistgħu jippermettu lill-qorti msejħa sabiex tiddeċiedi fuq din il-kwistjoni li tiżgura ruħha li l-miżura msemmija tissodisfa b’mod xieraq ir-rekwiżiti derivanti mill-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, waħdu, l-għan ta’ massimizzazzjoni tal-dħul tat-Teżor pubbliku ma jistax jippermetti tali restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>B’mod partikolari, f’dan il-kuntest għandu jitfakkar li leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx xierqa sabiex tiżgura t-twettiq tal-għan invokat ħlief jekk hija tkun verament tipprovdi sabiex dan l-għan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku. Konsegwentement, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura, b’mod partikolari, fid-dawl tal-modalitajiet konkreti ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni restrittiva kkonċernata, li din tirrispondi realment għar-rieda li jitnaqqsu l-okkażjonijiet ta’ logħob u li jiġu limitati l-attivitajiet f’dan il-qasam b’mod koerenti u sistematiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 88, 97 u 98).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha għalhekk tivverifika, partikolarment fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-suq tal-logħob tal-ażżard fl-Awstrija, li l-kontrolli tal-Istat li huma suġġetti għalihom l-attivitajiet tad-detentur tal-monopolju xierqa sabiex jiggarantixxu li dan ser ikun jista’ effettivament isegwi, b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet invokati permezz ta’ offerta mkejla b’mod kwantitattiv u mfassla b’mod kwalitattiv<?PAGE NO="I-8246"?> skont l-imsemmija għanijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Ladbrokes Betting &amp; Gaming u Ladbrokes International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-258/08" PAGE.ECR="I-4757" YEAR="2010">C-258/08, Ġabra p. I-4757</REF.DOC.ECR>, punt 37, u Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 83).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-politika kummerċjali segwita mid-detentur tal-monopolju hija ta’ rilevanza ċerta għall-evalwazzjoni ta’ kif dawn l-għanijiet huma segwiti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq kif tiġi segwita l-politika kummerċjali espansjonista mill-entità li għandha monopolju fir-rigward tal-logħob tal-ażżard</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk il-monopolju stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jitqies xieraq sabiex jiżgura l-kisba tal-għan ta’ prevenzjoni tat-tħajjir għal infiq eċċessiv relatat mal-logħob u ta’ ġlieda kontra l-vizzju tiegħu minħabba l-politika kummerċjali espansjonista mmexxija mid-detentur tal-monopolju permezz ta’ attivitajiet ta’ reklamar intensivi.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, J. Dickinger u F. Ömer, kif ukoll il-Gvern Malti, isostnu li s-sistema Awstrijaka ppermettiet espansjoni kostanti fil-provvista ta’ logħob tal-ażżard kif ukoll żieda kontinwa fl-infiq tar-reklamar orjentat lejn miri dejjem ġodda ta’ reklamar, qabel kollox iż-żgħażagħ, partikolarment fil-kuntest tal-pjattaforma tal-logħob fuq l-internet www.win2day.at mnedija mill-Österreichische Lotterien, fejn id-dħul minnha ssupera b’ħafna lil dak tal-każinòs tradizzjonali kollha flimkien.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8247"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li żieda fl-attivitajiet kummerċjali ta’ operatur li ġew konċessi lilu drittijiet esklussivi fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, kif ukoll żieda sinjifikanti fid-dħul li huwa jirċievi minnhom jeħtieġ attenzjoni partikolari meta jitqies il-karattru koerenti u sistematiku tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u għalhekk, l-adegwatezza tagħha biex jintlaħqu l-għanijiet rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jirriżulta fil-fatt minn din il-ġurisprudenza li l-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ utilità pubblika permezz tad-dħul minn logħob tal-ażżard ma għandux ikunu l-għan reali ta’ politika restrittiva stabbilita f’dan il-qasam, iżda jista’ biss jiġi kkunsidrat bħala konsegwenza benefika inċidentali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19940324">24 ta’ Marzu 1994</DATE>, Schindler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/92" PAGE.ECR="I-1039" YEAR="1994">C-275/92, Ġabra p. I-1039</REF.DOC.ECR>, punti 57 u 60, tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Läärä <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-124/97" PAGE.ECR="I-6067" YEAR="1999">C-124/97, Ġabra p. I-6067</REF.DOC.ECR>, punti 32 u 37, tal-<DATE ISO="19991021">21 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Zenatti <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/98" PAGE.ECR="I-7289" YEAR="1999">C-67/98, Ġabra p. I-7289</REF.DOC.ECR>, punti 35 u 36, kif ukoll Gambelli <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 61 u 62).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, Stat Membru ma jistax jinvoka raġunijiet ta’ ordni pubbliku dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-opportunitajiet tal-logħob sa fejn l-awtoritajiet pubbliċi ta’ dan l-Istat iħajru u jinkoraġġixxu lill-konsumaturi sabiex jieħdu sehem fil-logħob tal-ażżard bil-għan li t-Teżor pubbliku jkun jista’ jagħmel profitt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Gambelli <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li politika ta’ espansjoni kkontrollata tal-attivitajiet tal-logħob tal-ażżard tista’ tkun koerenti mal-għan li dan jiġi dirett lejn ambjenti kkontrollati billi jattira lil lagħba li jeżerċitaw attivitajiet ta’ logħob u mħatri klandestini pprojbiti lejn attivitajiet awtorizzati u regolamentati. Fil-fatt, tali politika tista’ tkun koerenti kemm mal-għan li jikkonsisti fil-prevenzjoni tal-operat ta’ attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard bi skopijiet kriminali jew frawdolenti kif ukoll ma’ dak ta’ prevenzjoni tal-inkoraġġiment għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob u tal-ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob, billi tidderiġi lill-konsumaturi lejn l-offerta tad-detentur tal-monopolju pubbliku, offerta li titqies li hija kemm ħielsa minn elementi kriminali u mfassla sabiex il-konsumaturi jkunu protetti aħjar minn infiq eċċessiv u mill-vizzju tal-logħob (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 101 u 102).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8248"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ direzzjoni lejn ambjenti kkontrollati, l-operaturi awtorizzati għandhom joffru alternattiva affidabbli, iżda fl-istess waqt attraenti, għall-attivitajiet mhux regolamentati, liema ħaġa tista’ fiha nnifisha timplika l-offerta ta’ firxa estiża ta’ logħob, reklamar ta’ ċertu firxa u l-użu ta’ tekniki ġodda ta’ distribuzzjoni (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Placanica <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, punt 55, kif ukoll Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, punt 101).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża li tressqet quddiemha, jekk il-politika kummerċjali tad-detentur tal-monopolju tistax titqies, kemm fuq il-livell tal-firxa ta’ reklamar li sar kif ukoll tal-ħolqien ta’ logħob ġdid minnu, li tidħol fil-kuntest ta’ tali politika ta’ espansjoni kkontrollata fis-settur tal-logħob tal-ażżard intiża sabiex effettivament tidderiġi l-inklinazzjoni għal-logħob lejn ambjenti kkontrollati (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Ladbrokes Betting &amp; Gaming u Ladbrokes International, punt 37, kif ukoll Zetruf, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, b’mod partikolari jekk, minn naħa, l-attivitajiet kriminali u frawdolenti marbuta mal-logħob u, min-naħa l-oħra, il-vizzju tal-logħob, setgħux, fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu problema fl-Awstrija u jekk espansjoni tal-attivitajiet awtorizzati u rregolati kinitx tkun ta’ natura li tirrimedja għal din il-problema (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ladbrokes Betting &amp; Gaming u Ladbrokes International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-għan li l-konsumaturi jiġu protetti mid-dipendenza għal-logħob huwa, fil-prinċipju, diffiċilment kompatibbli ma’ politika ta’ espansjoni tal-logħob tal-ażżard, ikkaratterizzata b’mod partikolari mill-ħolqien ta’ logħob ġdid u mir-reklamar tiegħu, peress li tali politika tista’ titqies bħala koerenti biss jekk l-iskala tal-attivitajiet illegali tkun sostanzjali u jekk il-miżuri adottati jkunu intiżi sabiex jiggwidaw l-inklinazzjoni għal-logħob tal-konsumaturi lejn attivitajiet legali (sentenza Ladbrokes Betting &amp; Gaming u Ladbrokes International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8249"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’kull każ, ir-reklamar eventwalment implementat mid-detentur ta’ monopolju pubbliku għandu jkun meqjus u strettament limitat għal dak li huwa neċessarju sabiex b’hekk il-konsumaturi jiġu diretti lejn l-ambjenti tal-logħob ikkontrollati. Min-naħa l-oħra, tali reklamar ma jistax ikun intiż sabiex jinkoraġġixxi t-tendenza naturali tal-konsumaturi għal-logħob billi jħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fih, b’mod partikolari billi jibbanalizza l-logħob jew billi jagħtih dehra pożittiva marbuta mal-fatt li d-dħul miġbur ser jintuża għal attivitajiet ta’ interess ġenerali jew inkella billi jżid is-saħħa ta’ attrazzjoni tal-logħob permezz ta’ reklamar attraenti li jwiegħed rebħ kbir (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 103).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Huwa partikolarment importanti li ssir distinzjoni bejn l-istrateġiji tal-benefiċjarju ta’ monopolju li għandhom l-uniku għan li jinformaw lill-klijenti potenzjali dwar l-eżistenza ta’ prodotti u li jservu biex jiġi żgurat aċċess regolari għal-logħob tal-ażżard billi l-lagħba jiġu diretti lejn ambjenti kkontrollati, u dawk li jistiednu l-parteċipazzjoni attiva fil-logħob ta’ dan it-tip u li jistimulawh. B’hekk, għandha ssir distinzjoni bejn politika kummerċjali limitata, li tfittex biss li tikseb jew iżomm is-suq eżistenti għall-benefiċċju tal-organizzazzjoni li tibbenefika minn monopolju, u l-politika kummerċjali espansjonista, li l-għan tagħha huwa t-tkabbir tas-suq globali tal-attivitajiet tal-logħob.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kompatibbiltà tar-restrizzjonijiet speċifiċi imposti fuq id-detentur tal-monopolju mal-Artikolu 49 KE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 49 KE ta’ sensiela ta’ restrizzjonijiet speċifiċi imposti fuq id-detentur tal-monopolju mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward tal-forma legali tiegħu, tal-ammont tal-kapital azzjonarju tiegħu, tal-post tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u tal-possibbiltà li jistabbilixxi friegħi fi Stati Membri differenti minn dak fejn dan id-detentur huwa stabbilit.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8250"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu preliminarjament jiġi mfakkar, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 97 tal-konklużjonijiet tiegħu, li sa fejn monopolju jikkostitwixxi miżura restrittiva biss, dan għandu jkun intiż sabiex jiżgura livell partikolarment għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u għandu għalhekk ikun akkumpanjat mill-implementazzjoni ta’ kuntest leġiżlattiv xieraq sabiex jiżgura li d-detentur ta’ dan il-monopolju jkun effettivament kapaċi jsegwi, b’mod koerenti u sistematiku, l-għan hekk stabbilit permezz ta’ offerta kwantitattivament imkejla u kwalitattivament imfassla skont l-għanijiet imsemmija u suġġett għal kontroll strett min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, punt 83, u Zeturf, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq id-detentur ta’ monopolju dwar il-logħob tal-azzard hija, fil-prinċipju, mhux biss kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, iżda meħtieġa minn dan tal-aħħar. Huwa meħtieġ ukoll li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-proporzjonalità tagħhom, b’mod partikolari li jkunu xierqa sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet segwiti mill-istabbiliment ta’ sistema ta’ monopolju, u li dawn ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dak l-iskop. Għalkemm din il-verifika għandha bħala prinċipju ssir mill-qorti tar-rinviju, l-indikazzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu utli għaliha f’dan ir-rigward.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq il-formola legali u l-ammont tal-kapital azzjonarju tad-detentur tal-monopolju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-punti 1 u 3 tal-Artikolu 14(2) tal-GSpG jirriżulta li d-detentur tal-monopolju tal-operat tal-lotteriji elettroniċi għandu, min-naħa waħda, ikun kumpannija b’kapital azzjonarju u, min-naħa l-oħra, ikollu kapital azzjonarju nominali jew imħallas ta’ mhux anqas minn EUR 109 miljun.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8251"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Awstrijak, il-kundizzjoni relatata mal-forma ġuridika twieġeb għar-rieda li tiġi imposta fuq id-detentur tal-monopolju struttura ta’ impriża trasparenti sabiex ikun hemm prevenzjoni mill-ħasil tal-flus u mill-frodi. Dan jenfasizza li d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi l-istess rekwiżit tal-forma ġuridika f’dak li jirrigwarda l-kamp tal-assigurazzjoni. Fir-rigward tal-ammont tal-kapital azzjonarju, dan il-gvern isostni li huwa proporzjonat mal-ammont ta’ qligħ li d-detentur tal-monopolju jista’ jdaħħal fil-kuntest tal-logħob differenti li huwa awtorizzat li jipproponi fuq l-internet, peress li dawn jistgħu jinkludu jackpots ta’ diversi miljuni ta’ Euro.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, J. Dickinger u F. Ömer isostnu li l-ammont tal-kapital azzjonarju meħtieġ ta’ EUR 109 miljun huwa sproporzjonat fid-dawl tal-fatt li l-kapital meħtieġ għal istituzzjoni ta’ kreditu fl-Awstrija huwa biss EUR 5 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 30 tas-sentenza Engelmann, iċċitata iktar ’il fuq, l-obbligu ta’ forma legali partikolari għall-operaturi fil-qasam tal-logħob tal-ażżard jista’, taħt l-obbligi li huma suġġetti għalihom ċerti tipi ta’ kumpanniji, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni interna tagħhom, iż-żamma tal-kontijiet tagħhom, il-kontrolli li jistgħu jsirulhom u r-relazzjonijiet ma’ partijiet terzi, ikun ġustifikat mill-għan ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-frodi, li huwa invokat mill-Gvern Awstrijak f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-ħtieġa li jiġi ddepożitat kapital azzjonarju ta’ ċertu daqs tista’ tkun utli biex tiġi żgurata ċerta kapaċità finanzjarja min-naħa tal-operatur u li jiġi żgurat li huwa jkun kapaċi li jissodisfa l-obbligi li jista’ jkollu fir-rigward tal-lagħba rebbieħa. Madankollu, għandu jiġi mfakkar li l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi b’mod partikolari li r-restrizzjoni imposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan mixtieq. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fir-rigward tal-possibbilitajiet l-oħra biex jiġi żgurat li l-krediti tal-lagħba rebbieħa jiġu onorati mill-operatur, il-karattru proporzjonat tar-rekwiżit inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8252"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq il-post tas-sede tad-detentur tal-monopolju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 14(2) tal-GSpG jipprovdi li d-detentur tal-monopolju għall-operat tal-lotteriji għandu jkollu s-sede tiegħu fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 120 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-obbligu jikkostitwixxi restrizzjoni diskriminatorja li tista’ tiġi ġġustifikata biss abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 46 KE, jiġifieri l-protezzjoni tal-ordni pubbliku, tas-sigurtà pubblika jew tas-saħħa pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-gvern Awstrijaku jsostni li l-preżenza tas-sede fit-territorju nazzjonali hija meħtieġa sabiex tippermetti l-kontroll effettiv tal-logħob online u li l-awtoritajiet Awstrijaċi ma għandhomx l-istess possibbilitajiet ta’ kontroll fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Dan josserva wkoll li l-preżenza ta’ Kummissarju tal-Istat fl-organi ta’ sorveljanza tad-detentur tal-monopolju, b’mod konformi mal-Artikolu 19(2) tal-GSpG tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jissorveljaw effettivament id-deċiżjonijiet u l-amministrazzjoni tad-detentur tal-monopolju. B’hekk, dawn l-awtoritajiet ikunu f’qagħda li jkollhom konoxxenza tad-deċiżjonijiet ta’ dan id-detentur qabel ma jiġu implementati u li jopponuhom jekk jiksru l-għanijiet tal-politka nazzjonali fil-qasam tal-logħob. Skont dan il-gvern, l-awtoritajiet imsemmija ma jkollhomx l-istess possibbilitajiet fir-rigward ta’ operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif ġie osservat fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, J. Dickinger u F. Ömer kif ukoll il-Gvern Malti, li b’mod partikolari jibbażaw ruħhom fuq l-Artikolu 14(5) tal-GSpG, argumentaw li l-għan ewlieni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa dak li jiżdied id-dħul mit-taxxa ġġenerat mil-logħob tal-ażżard. Għalkemm l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tinsab fil-kompetenza tal-qorti tar-rinviju, għandu fi kwalunkwe każ jiġi kkonstatat li sistema għall-allokazzjoni ta’ konċessjonijiet ibbażata fuq il-kriterju tal-massimizzazzjoni tad-dħul għat-Teżor pubbliku, li sistematikament tiżvantaġġa lill-operaturi stabbiliti fi Stati Membri barra mir-Repubblika tal-Awstrija minħabba l-fatt li operatur li jkollu s-sede<?PAGE NO="I-8253"?> tiegħu fit-territorju Awstrijaku x’aktarx ikollu jħallas iktar taxxi fl-Awstrija minn operatur li jistabilixxi ruħu fi Stat Membru ieħor, ma tistax jitqies bħala kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar speċifiku, l-għan ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tad-detentur tal-monopolju u l-argument ibbażat fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari bil-preżenza ta’ kummissarji tal-Istat invokat mill-Gvern Awstrijak, għandu jiġi mfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-kunċett ta’ ordni pubbliku, min-naħa waħda, jippreżumi theddida reali u suffiċjentement gravi li tolqot interess fundamentali tas-soċjetà u, min-naħa l-oħra, għandu, bħala ġustifikazzjoni għal deroga minn prinċipju fundamentali tat-Trattat, jiġi interpretat b’mod restrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19820518">18 ta’ Mejju 1982</DATE>, Adoui u Cornuaille, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="115/81+116/81" PAGE.ECR="1665" YEAR="1982">115/81 u 116/81, Ġabra p. 1665</REF.DOC.ECR>, punt 8, Calfa, iċċitata iktar ’il fuq, punti 21 u 23; tal-<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE>, Jany <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/99" PAGE.ECR="I-8615" YEAR="2001">C-268/99, Ġabra p. I-8615</REF.DOC.ECR>, punt 59, kif ukoll tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-161/07" PAGE.ECR="I-10671" YEAR="2008">C-161/07, Ġabra p. I-10671</REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, l-ewwel nett, jekk l-għanijiet invokati mill-Gvern Awstrijak jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett u, it-tieni nett, jekk ikun il-każ, jekk l-obbligu fir-rigward tas-sede inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfax il-kriterji ta’ neċessità u proporzjonalità skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha, b’mod partikolari, tiddetermina jekk jeżistux mezzi oħra inqas restrittivi biex jiġi żgurat livell ta’ kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi stabbiliti fit-territorju ta’ Stati Membri oħra bara r-Repubblika tal-Awstrija ekwivalenti dak li jista’ jsir fir-rigward tal-operaturi fejn għandhom is-sede fit-territorju tal-Awstrija.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8254"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq il-projbizzjoni li jiġu stabbiliti friegħi fi Stati Membri oħra</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(1) tal-GSpG, il-konċessjonarju ma għandu l-ebda dritt li jistabbilixxi friegħi barra mit-territorju Awstrijaku.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Awstrijak, din il-projbizzjoni ma tagħmel xejn ħlief li tikkonkretizza l-idea li tgħid li huwa kull Stat Membru li għandu jirregola l-operat tal-logħob tal-ażżard fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Madankollu, il-libertà ta’ kull Stat Membru li jirregola l-operat tal-logħob tal-ażżard fit-territorju tiegħu ma hijiex, minnha nnifisha, għan leġittimu ta’ interess ġenerali li jista’ jiġġustifika restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma ġiet invokata l-ebda ġustifikazzjoni valida għall-projbizzjoni imposta fuq id-detentur tal-monopolju inkwistjoni fil-kawża prinċipali milli jistabbilixxi friegħi barra mit-territorju Awstrijaku.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kontrolli fuq l-operaturi tal-logħob tal-ażżard imwettqa fi Stati Membri oħra</P></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kontrolli fuq l-operaturi tal-logħob tal-ażżard imwettqa fi Stati Membri oħra humiex rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-għażla tal-leġiżlatur nazzjonali li joħloq monopolju f’dak li jrrigwarda l-logħob tal-każinò fuq l-internet.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8255"?><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tat-tielet domanda jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tidher li titlaq mill-premessa li, min-naħa waħda, l-interessi regolatorji invokati mill-Istat Membru ospitanti, jiġifieri r-Repubblika tal-Awstrija, biex jiġġustifika r-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni biżżejjed fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, f’dan il-każ ir-Repubblika ta’ Malta, u min-naħa l-oħra, fl-intensità tagħhom, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dan l-Istat imorru anki lil hinn minn dawk applikabbli fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Gvern Malti sostna li l-Istat Malti kien l-ewwel li żviluppa sistema regolatorja maħsuba b’mod speċifiku biex tikkontrolla u tissorvelja l-logħob tal-ażżard fuq l-internet li, filwaqt li hija bbażata fuq l-istess prinċipji u għanijiet bħal dawk li jikkaratterizzaw il-leġiżlazzjoni dwar il-kanali tradizzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi, ġiet imfassla bil-għan li twieġeb għar-riskji inerenti marbuta ma’ dawn is-sistemi ta’ operat moderni. B’mod partikolari, il-kontrolli stabbiliti fit-territorju Malti jmorru lil hinn mill-eżami superfiċjali stabbilit fit-territorju ta’ Ġibiltà fil-kawża li wasslet għas-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, J. Dickinger u F. Ömer, kif ukoll il-Gvern Malti, isostnu li l-logħob tal-ażżard ikkummerċjalizzat permezz tal-internet jista’ jiġi kkontrollat b’mod iktar effettiv minn dak ikkumerċjalizzat permezz ta’ kanali tradizzjonali minħabba t-traċċabbilità tat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa b’mod informatiku, liema ħaġa tippermetti b’mod partikolari li jiġu skoperti faċilment operazzjonijiet problematiċi jew suspettużi. Barra minn hekk, minħabba l-ħtieġa għall-konsumaturi li jkollhom kont bankarju għall-ħlas tar-rebħ, huwa possibbli li tiġi żgurata trasparenza ikbar meta mqabbla mal-kanali tal-logħob tradizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>L-operaturi Maltin tal-grupp bet-at-home.com kienu suġġetti għal kontrolli stretti ta’ aċċess li jinvolvu eżami tal-kwalitajiet professjonali u tal-integrità tagħhom. Dawn l-operaturi għadhom suġġetti għall-kontroll u għas-sorveljenza kontinwa tal-awtoritajiet kompetenti Maltin biex jirregolaw lil dan is-settur, b’mod partikolari l-Lotteries and Gaming Authority. Din tal-aħħar dejjem implementat sistemi<?PAGE NO="I-8256"?> regolatorji avvanzati u b’saħħithom, li jinkludu kontrolli fuq il-persuni involuti, kif ukoll fuq is-sistemi u l-proċessi użati mill-operatur.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>J. Dickinger u F. Ömer, kif ukoll il-Gvern Malti, jinvokaw il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li ma huwiex konformi mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li fornitur jiġi ssuġġettat għal restrizzjonijiet għall-fini li jiġu mħarsa interessi ġenerali sa fejn dawn l-interessi huma diġà mħarsa mir-regoli li l-fornitur huwa suġġett għalihom fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19811217">17 ta’ Diċembru 1981</DATE>, Webb, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="279/80" PAGE.ECR="3305" YEAR="1981">279/80, Ġabra p. 3305</REF.DOC.ECR>, punt 17, tat-<DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, Arblade <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-369/96+C-376/96" PAGE.ECR="I-8453" YEAR="1999">C-369/96 u C-376/96, Ġabra p. I-8453</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35, kif ukoll tat-<DATE ISO="20020122">22 ta’ Jannar 2002</DATE>, Canal Satélite Digital, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-390/99" PAGE.ECR="I-607" YEAR="2002">C-390/99, Ġabra p. I-607</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Konsegwentement, dawn josservaw li, peress li l-kwalitajiet u l-integrità professjonali tas-sussidjarji Maltin huma diġà ggarantiti mill-kontrolli li huma applikati fuqhom f’Malta, huwa bi ksur tal-Artikolu 49 KE li l-awtoritajiet Awstrijaċi jeskluduhom mis-suq Awstrijaku minħabba l-allegat tiftix tal-għan ta’ protezzjoni tal-lagħba mill-frodi mwettqa minn operaturi tal-logħob tal-ażżard.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jitfakkar li l-ebda obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mid-diversi Stati Membri ma jista’ jeżisti fid-dawl tal-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et.</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 112). Fil-fatt, fid-dawl tan-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unioni tal-leġiżlazzjoni tas-settur tal-logħob tal-ażżard u tad-diverġenzi sinjifikattivi bejn l-għanijiet segwiti kif ukoll il-livelli ta’ protezzjoni mfittxija mil-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri differenti, is-sempliċi fatt li operatur jipproponi legalment servizzi fi Stat Membru, fejn ikun stabbilit u fejn fil-prinċipju jkun diġà suġġett għal kundizzjonijiet legali u għal kontrolli min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat tal-aħħar, ma jistax jitqies bħala garanzija suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi nazzjonali kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità, fid-dawl tad-diffikultajiet li jistgħu jsibu, f’tali<?PAGE NO="I-8257"?> kuntest, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ stabbiliment fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kwalitajiet u tal-onestà professjonali tal-operaturi (ara s-sentenza ċcitata iktar ’il fuq Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif tfakkar fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, is-sempliċi fatt li Stat Membru għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ma jista jkollu ebda effett fuq l-evalwazzjoni tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati f’dan il-qasam, li għandhom jiġu evalwati biss fir-rigward tal-għanijiet segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u tal-livell ta’ protezzjoni li dawn jixtiequ jiżguraw.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Istati Membri differenti mhux neċċessarjament għandhom l-istess mezzi tekniċi biex jikkontrollaw il-logħob tal-ażżard online li ma jagħmlux bilfors l-istess għażla f’dan ir-rigward. Għalkemm il-Gvern Malti stess sostna li r-Repubblika ta’ Malta hija l-ewwel Stat Membru li żviluppa sistema regolatorja maħsuba b’mod speċifiku sabiex tikkontrolla u tissorvelja l-logħob tal-ażżard fuq l-internet, il-fatt li livell partikolari ta’ protezzjoni tal-konsumaturi kontra frodi minn operatur fi Stat Membru partikolari jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ tekniki sofistikati ta’ kontroll u ta’ sorveljanza ma jippermettix li jiġi konkluż li l-istess livell ta’ protezzjoni jista’ jinkiseb minn Stati Membri oħra li ma għandhomx dawn il-mezzi tekniċi jew li ma għamlux l-istess għażliet. Stat Membru jista’, barra minn hekk, ikun jixtieq li leġittimament jissorvelja attività ekonomika li sseħħ fit-territorju tiegħu, liema ħaġa tkun impossibbli għalih jekk ikollu jibbaża ruħu fuq kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor permezz ta’ sistemi regolatorji li ma jikkontrollax huwa nnifsu.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-ġurisprudenza invokata minn J. Dickinger u F. Ömer, kif ukoll mill-Gvern Malti, li tgħid li ma huwiex konformi mal-Artikolu 49 KE li fornitur jiġi suġġett għal restrizzjonijiet sabiex jiġu salvagwardjati interessi ġenerali safejn dawn l-interessi huma diġà salvagwardjati fl-Istat Membru ta’ stabbiliment ma hijiex, fl-istat attwali tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni, applikabbli f’qasam bħalma huwa dak tal-logħob tal-ażżard, li ma huwiex armonizzat fuq livell tal-Unjoni u li fih l-Istati<?PAGE NO="I-8258"?> Membri jgawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa f’dak li jirrigwarda l-għanijiet li huma bi ħsiebhom isegwu u l-livell ta’ protezzjoni li jridu jilħqu.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel u t-tielet domanda għandha tkun li: L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Stat Membru li jfittex li jiżgura livell ta’ protezzjoni partikolarment għoli tal-konsumaturi fis-settur tal-logħob tal-ażżard jista’ jkun intitolat li jikkunsidra li huwa biss l-għoti ta’ monopolju favur organu uniku suġġett għal kontroll strett min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jista’ jippermettilu jikkontrolla l-kriminalità marbuta ma’ dan is-settur u jfittex l-għan ta’ prevenzjoni tal-inkoraġġiment għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob u mal-ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob b’mod suffiċjentement effettiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>biex tkun konsistenti mal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll biex jitnaqqsu l-opportunitajiet għal-logħob, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li tippermetti lid-detentur tal-monopolju jimplementa politika ta’ espansjoni għandha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tkun ibbażata fuq il-konstatazzjoni li tgħid li l-attivitajiet kriminali u frawdolenti relatati mal-logħob u mal-vizzju tal-logħob jikkostitwixxu problema fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li fih, espansjoni tal-attivitajiet awtorizzati u rregolati, tkun ta’ natura li tindirizza, u</P></ITEM><ITEM><P>tippermetti biss l-implementazzjoni ta’ reklamar bil-qies u strettament limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex il-konsumaturi jiġu diretti lejn networks tal-logħob ikkontrollati;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-fatt li Stat Membru jkun għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma jistax jaffettwa l-evalwazzjoni tal-ħtieġa<?PAGE NO="I-8259"?> u tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati fir-rigward, li għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tal-għanijiet segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u tal-livell ta’ protezzjoni li huma maħsuba jiżguraw.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 49 KE, jipprekludi li jiġi ssanzjonat kriminalment il-ksur ta’ monopolju għall-operat tal-logħob tal-ażżard, bħall-monopolju għall-operat tal-logħob ta’ każinò kkummerċjalizzat fuq l-internet skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk tali leġiżlazzjoni ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għas-servizzi tal-logħob tal-ażżard ikkummerċjalizzati bl-internet fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti minn operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor minkejja l-fatt li dan l-operatur:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">stabilixxa fl-Istat Membru ospitanti ċerta infrastruttura bħal server, u</HT></P></ITEM><?PAGE NO="I-8260"?><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">jinqeda b’servizzi ta’ appoġġ minn fornitur stabbilit fl-Istat Membru ospitanti biex jipprovdi s-servizzi tiegħu lil konsumaturi li wkoll huma stabbiliti f’dan l-Istat Membru.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Stat Membru li jfittex li jiżgura livell ta’ protezzjoni partikolarment għoli tal-konsumaturi fis-settur tal-logħob tal-ażżard jista’ jkun intitolat li jikkunsidra li huwa biss l-għoti ta’ monopolju favur organu uniku suġġett għal kontroll strett min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jista’ jippermettilu jikkontrolla l-kriminalità marbuta ma’ dan is-settur u jfittex l-għan ta’ prevenzjoni tal-inkoraġġiment għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob u mal-ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob b’mod suffiċjentement effettiv;</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">biex tkun konsistenti mal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll biex jitnaqqsu l-opportunitajiet għal-logħob, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju fir-rigward tal-logħob tal ażżard li tippermetti lid-detentur tal-monopolju jimplementa politika ta’ espansjoni għandha:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tkun ibbażata fuq il-konstatazzjoni li tgħid li l-attivitajiet kriminali u frawdolenti relatati mal-logħob u mal-vizzju tal-logħob jikkostitwixxu problema fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li fih, espansjoni tal-attivitajiet awtorizzati u rregolati, tkun ta’ natura li tindirizza, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tippermetti biss l-implementazzjoni ta’ reklamar bil-qies u strettament limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex il-konsumaturi jiġu diretti lejn networks tal-logħob ikkontrollati;</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8261"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">ċ)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">il-fatt li Stat Membru jkun għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma jistax jaffettwa l-evalwazzjoni tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati fir-rigward, li għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tal għanijiet segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u tal-livell ta’ protezzjoni li huma maħsuba jiżguraw.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>