European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1045

25.7.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1045

tal-20 ta’ Mejju 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda ta’ subgruppi tal-vetturi għal trakkijiet b’kombinazzjoni tqila ħafna

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punti (a), (e), (f) u (g), tiegħu,

Billi:

(1)

Jekk jintużaw f’kundizzjonijiet operazzjonali u reġjonali xierqa, it-trakkijiet b’kombinazzjoni tqila ħafna (“trakkijiet EHC”, extra-heavy combination lorries) definiti fl-Artikolu 3(25) tar-Regolament (UE) 2019/1242, jista’ jkollhom emissjonijiet tas-CO2 aktar baxxi għal kull kilometraġġ li jsir u għal kull tagħbija utli ttrasportata, espressi f’valuri aktar baxxi ta’ gCO2/t•km, meta mqabbla ma’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi oħrajn.

(2)

Jenħtieġ li dawn il-valuri aktar baxxi ta’ gCO2/t•km jiġu riflessi fil-kalkolu tal-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 previsti fl-Artikolu 3a(1), il-punti (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2019/1242 billi jiżdiedu subgruppi separati tal-vetturi għal trakkijiet EHC.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2019/1242

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1242 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 1.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.1.

Għall-vetturi tqal tal-kategorija N, is-subgrupp tal-vetturi (sg) huwa definit kif ġej:

Grupp ta’ vetturi skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400

Tip ta’ kabina

Potenza tal-magna

Awtonomija operazzjonali (OR, operational range)

Subgrupp tal-vetturi (sg) attribwit għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament (1)

Vetturi għajr vetturi vokazzjonali

Vetturi vokazzjonali

53 u vetturi tqal b’emissjonijiet żero fil-grupp 51

Kollha

53

53v

54 u vetturi tqal b’emissjonijiet żero fil-grupp 52

Kollha

54

—

1s

Kollha

1s

1sv

1

Kollha

1

1v

2

Kollha

2

2v

3

Kollha

3

3v

4

Kollha

< 170  kW

Kollha

4-UD

4v

Kabina tal-jum

≥ 170  kW

Kollha

4-RD

Kabina tal-irqad

≥ 170  kW u < 265  kW

Kabina tal-irqad

≥ 265  kW

< 350  km

Kabina tal-irqad

≥ 265  kW

≥ 350  km

4-LH

5

Kabina tal-jum

Kollha

Kollha

5-RD

5v

Kabina tal-irqad

< 265  kW

Kabina tal-irqad

≥ 265  kW

< 350  km

Kabina tal-irqad

≥ 265  kW

≥ 350  km

5-LH

9

Kabina tal-jum

Kollha

Kollha

9-RD

9v

Kabina tal-irqad

Kollha

< 350  km

Kabina tal-irqad

Kollha

≥ 350  km

9-LH

10

Kabina tal-jum

Kollha

Kollha

10-RD

10v

Kabina tal-irqad

Kollha

< 350  km

Kabina tal-irqad

Kollha

≥ 350  km

10-LH

11

Kollha, minbarra t-trakkijiet EHC

11

11v

Kollha, it-trakkijiet EHC biss

11-EHC

12

Kollha, minbarra t-trakkijiet EHC

12

12v

 

Kollha, it-trakkijiet EHC biss.

12-EHC

16

Kollha, minbarra t-trakkijiet EHC

16

16v

 

Kollha, it-trakkijiet EHC biss

16-EHC

“Kabina tal-irqad” tfisser tip ta’ kabina li għandha kompartiment wara s-sit tas-sewwieq maħsub għall-irqad kif irrapportat skont l-Artikoli 13a u 13b.

“Kabina tal-jum” tfisser tip ta’ kabina li mhijiex kabina tal-irqad.

Meta vettura tqila ġdida tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vetturi 4-UD, iżda d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ma tkunx disponibbli għall-profili tal-missjoni UDL jew UDR kif definiti fil-punt 1.4., il-vettura tqila ġdida għandha tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vetturi 4-RD.

“Awtonomija operazzjonali” tfisser id-distanza li vettura tqila tista’ tivvjaġġa f’kundizzjonijiet ta’ trasport fuq distanzi twal mingħajr ma tiġi riċarġjata jew rifornita, kif previst fil-punt 1.3.

Meta, għal vettura tqila li taqa’ fil-grupp 11, 12 jew 16, l-informazzjoni dwar it-TPMLM imsemmija fl-Artikolu 3(25), il-punt (c), ma tkunx disponibbli, dik il-vettura għandha tiġi attribwita għas-subgruppi tal-vetturi 11-EHC, 12-EHC u 16-EHC abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(25), il-punti (a) u (b) biss.”;

(2)

il-punt 2.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.1.1.

Piżijiet tal-profil tal-missjoni (Wsg,mp) għall-vetturi tqal tal-kategorija N

Subgrupp tal-vetturi

(sg) (2)

Profil tal-missjoni (mp) (3)

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL, RER

LEL

LER

MUL

MUR

COL

COR

53, 53v

0,25

0,25

0

0

0,25

0,25

0

0

0

0

0

0

0

54

0,25

0,25

0

0

0,25

0,25

0

0

0

0

0

0

0

1s, 1sv

0,1

0,3

0

0

0,18

0,42

0

0

0

0

0

0

0

1, 1v

0,1

0,3

0

0

0,18

0,42

0

0

0

0

0

0

0

2, 2v

0,125

0,375

0

0

0,15

0,35

0

0

0

0

0

0

0

3, 3v

0,125

0,375

0

0

0,15

0,35

0

0

0

0

0

0

0

4-UD

0

0

0

0

0,5

0,5

0

0

0

0

0

0

0

4-RD

0,45

0,45

0,05

0,05

0

0

0

0

0

0

0

0

0

4-LH

0,05

0,05

0,45

0,45

0

0

0

0

0

0

0

0

0

4v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,25

0,25

0,25

0,25

5-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

0

0

0

0

0

0

5-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

0

0

0

0

0

0

5v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,5

0,5

9-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

0

0

0

0

0

0

9-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

0

0

0

0

0

0

9v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,25

0,25

0,25

0,25

10-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

0

0

0

0

0

0

10-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

0

0

0

0

0

0

10v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,5

0,5

11

0,3

0,7

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

11v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,1

0,23

0,3

0,37

11-EHC

0,03

0,07

0

0

0

0

0

0,27

0,63

0

0

0

0

12

0,3

0,7

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

12v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,3

0,7

12-EHC

0,03

0,07

0

0

0

0

0

0,27

0,63

0

0

0

0

16, 16v

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0,3

0,7

16-EHC

0,03

0,07

0

0

0

0

0

0,27

0,63

0

0

0

0

(3)

il-punt 2.5.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.5.1.

Vetturi tqal tal-kategorija N

Il-valuri tat-tagħbija PL sg , mp (f’tunnellati) huma determinati kif ġej:

Subgrupp tal-vetturi (sg) (4)

Profil tal-missjoni (mp) (5)

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL

RER

LEL

LER

MUL

MUR

COL

COR

53

Kif determinati fil-punt 3.1.1

Mhux applikabbli

Kif determinati fil-punt 3.1.1

Mhux applikabbli

53v

54

1s

1sv

1

1v

2

Kif determinati fil-punt 3.1.1

2v

3

Mhux applikabbli

3v

4-UD

0,9

4,4

1,9

14

0,9

4,4

3,5

17,5

3,5

26,5

0,6

3,0

0,9

4,4

4-RD

4-LH

4v

5-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

2,6

12,9

5-LH

5v

9-RD

1,4

7,1

2,6

19,3

1,4

7,1

3,5

17,5

3,5

26,5

1,2

6,0

1,4

7,1

9-LH

9v

10-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

2,6

12,9

10-LH

10v

11

1,4

7,1

2,6

19,3

1,4

7,1

3,5

17,5

3,5

26,5

1,2

6,0

1,4

7,1

11v

11-EHC

31

12

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

2,6

12,9

12v

12-EHC

31

16

1,4

7,1

2,6

19,3

1,4

7,1

3,5

17,5

3,5

26,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

2,6

12,9

16v

16-EHC

34

Il-valuri tat-tagħbija massima teknikament possibbli maxPL sg u l-volumi tal-merkanzija CVsg huma determinati f’konformità mal-punt 3.1.1.”;

(4)

il-punt 2.6.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.6.1.

Kilometraġġi annwali għall-vetturi tqal tal-kategorija N

Subgrupp tal-vetturi

(sg) (6)

Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

53, 53v

58 000

54

58 000

1s, 1sv

58 000

1, 1v

58 000

2, 2v

60 000

3, 3v

60 000

4-UD

60 000

4-RD

78 000

4-LH

98 000

4v

60 000

5-RD

78 000

5-LH

116 000

5v

60 000

9-RD

73 000

9-LH

108 000

9v

60 000

10-RD

68 000

10-LH

107 000

10v

60 000

11

65 000

11v

60 000

11-EHC

107 000

12

67 000

12v

60 000

12-EHC

107 000

16, 16v

60 000

16-EHC

107 000

(5)

il-punt 4.3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.3.1.

Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 rfsg u rfpsg li ġejjin skont l-Artikolu 3a għandhom japplikaw għall-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi (sg) għall-perjodi ta’ rapportar differenti:

Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 rfsg u rfpsg

Subgruppi tal-vetturi (sg)

Perjodi ta’ rapportar tas-snin

2025–2029

2030–2034

2035–2039

Mill-2040

Trakkijiet medji

53, 54

0

43  %

64  %

90  %

Trakkijiet tqal > 7,4 t

1s, 1, 2, 3

0

43  %

64  %

90  %

Trakkijiet tqal > 16 t b’konfigurazzjonijiet tal-fusien 4 × 2 u 6 × 4

4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH

15  %

43  %

64  %

90  %

Trakkijiet tqal > 16 t b’konfigurazzjonijiet ta’ fusien speċjali

11, 12, 16, 11-EHC, 12-EHC, 16-EHC

0

43  %

64  %

90  %

Vetturi vokazzjonali

53v, 1sv, 1v, 2v, 3v, 4v, 5v, 9v, 10v, 11v, 12v, 16v

0

0

64  %

90  %

Kowċis u xarabanks interurbani (rfsg )

32-C2, 32-C3, 32-DD, 34-C2, 34-C3, 34-DD, 31-L2, 33-L2

0

43  %

64  %

90  %

Vetturi primarji tal-kowċis u tax-xarabanks interurbani (rfpsg )

32-C2, 32-C3, 32-DD, 34-C2, 34-C3, 34-DD, 31-L2, 33-L2

0

43  %

64  %

90  %

Trejlers

421, 421v, 422, 422v, 423, 431, 431v, 432, 432v, 433, 611, 612, 611 V, 612 V, 621, 623, 621 V, 622, 622 V, 623 V, 624, 624 V, 625, 631, 631v, 632, 632v, 633

0

7,5  %

7,5  %

7,5  %

Semitrejlers

111, 111 V, 112, 112 V, 113, 121, 121 V, 122, 122 V, 123, 123 V, 124, 124 V, 125, 126, 131, 131 V, 132, 132 V, 133

0

10  %

10  %

10  %

Għall-perjodi ta’ rapportar tas-snin ta’ qabel l-2025, il-miri kollha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 rfsg u rfpsg għandhom ikunu 0.”.


(1)  Għall-kalkolu tal-ishma tal-vetturi u tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi tal-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2030 sa 2034 f’konformità mal-punti 2.4 u 2.7, rispettivament, il-vetturi vokazzjonali b’emissjonijiet żero tal-kategorija N għandhom jiġu attribwiti kif ġej:

Vettura vokazzjonali b’emissjonijiet żero fis-subgrupp tal-vetturi

Attribwita għas-subgrupp tal-vetturi

53v

53

1sv

1s

1v

1

2v

2

3v

3

4v

4-UD

5v

5-RD

9v

9-RD

10v

10-RD

11v

11

12v

12

16v

16

(2)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1.

(3)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4.”

(4)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1.

(5)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4.

(6)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1045/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)