|
16.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 275/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1000/2008
tat-13 ta’ Ottubru 2008
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
F’Lulju 2002, bir-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv (il-“miżuri eżistenti”) ta’ 21 % fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 10 (kodiċi TARIC 2921 42 10 60) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u rata ta’ dazju residwu ta’ 18,3 % fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja. Il-miżuri imposti ġew ibbażati fuq ir-riżultati ta’ proċediment anti-dumping li nbeda skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
|
(2) |
Fl-istess waqt, bir-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (3), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ kumpens ta’ 7,1 % fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fl-Indja. |
|
(3) |
Fil-qafas tal-proċedimenti anti-dumping u ta’ kumpens imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni, bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2002/611/KE (4) aċċettat impenn ta’ prezz offrut minn produttur esportatur Indjan wieħed, Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd (“Kokan”). |
|
(4) |
Fi Frar 2004, wara investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 236/2004 (5), żied ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-RPĊ minn 21 % għal 33,7 %. |
|
(5) |
F’Diċembru 2003, Kokan informat lill-Kummissjoni li din xtaqet tirtira l-impenn tagħha b’mod volontarju. B’hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenn tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE (6). |
|
(6) |
F’April 2005, wara talba li ġiet ippreżentata minn Kokan, il-Kummissjoni bdiet (7) reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (8) (“ir-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju”), li hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-eżami tal-aċċettabbiltà ta’ impenn sussegwenti li kellu jiġi offrut minn Kohan. |
|
(7) |
Bid-Deċiżjoni 2006/37/KE (9), il-Kummissjoni aċċettat l-impenn sussegwenti offrut minn Kokan b’rabta mal-proċedimenti anti-dumping u ta’ kumpens li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja. |
|
(8) |
Fl-istess waqt, ir-Regolament (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju ta’ anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina, inter alia fl-Indja, ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 (10), biex tiġi kkunsidrata l-aċċettazzjoni tal-impenn imsemmi. |
2. Talba għal reviżjoni
|
(9) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż tal-iskadenza imminenti (11), il-Kummissjoni, fl-24 ta’ April 2007, irċeviet talba għal reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din it-talba ġiet ippreżentata minn żewġ produtturi tal-Komunità (l-“applikanti”) li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-aċidu sulfaniliku. |
|
(10) |
L-applikanti allegaw u pprovdew evidenza prima facie suffiċjenti li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-RPĊ u fl-Indja (il-“pajjiżi kkonċernati”). |
|
(11) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, fl-24 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ inizjazzjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (12), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
3. Investigazzjonijiet paralleli
|
(12) |
B’avviż ta’ bidu li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Lulju 2007 (13), il-Kummissjoni bdiet ukoll investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju b’rabta mal-miżuri ta’ kumpens li huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja. Din l-investigazzjoni għadha għaddejja. |
|
(13) |
B’avviż ta’ bidu li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Settembru 2007 (14), il-Kummissjoni bdiet b’inizjattiva tagħha stess reviżjoni interim parzjali limitata għal-livell ta’ sussidji, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju, billi l-Kummissjoni kellha evidenza prima facie suffiċjenti li ċ-ċirkostanzi marbuta mas-sussidji, u li abbażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri, kienu nbidlu u dawn kienu ta’ natura permanenti. Din l-investigazzjoni għadha għaddejja. |
4. Investigazzjoni
4.1. Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(14) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-2003 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
4.2. Partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni
|
(15) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-applikanti, bit-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. |
|
(16) |
Il-partijiet interessati kollha, li talbu hekk u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigħ. |
|
(17) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati, jiġifieri liż-żewġ produtturi tal-Komunità u lill-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti magħrufa kollha. |
|
(18) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji miż-żewġ produtturi tal-Komunità u minn esportatur wieħed fl-Indja, kif ukoll minn erba’ utenti. Ħadd mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u mill-importaturi ma wieġeb għall-kwestjonarju, u ħadd minn dawn ma għamel lilu nnifsu magħruf waqt din l-investigazzjoni. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset neċessarju għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u tad-dannu li jirriżulta kif ukoll tal-interessi tal-Komunità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji:
|
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Prodott ikkonċernat
|
(20) |
Il-prodott taħt reviżjoni huwa l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-aċidu sulfaniliku li bħalissa huwa klassifikat fil-kodiċi NM ex 2921 42 10 . Bażikament jeżistu żewġ gradi ta’ aċidu sulfaniliku, li jiġu determinati skont il-purità tagħhom: grad tekniku u grad purifikat. Barra minn hekk, kultant il-grad purifikat jiġi kummerċjalizzat fil-forma ta’ melħ tal-aċidu sulfaniliku. L-aċidu sulfanliku jintuża bħala materja prima fil-produzzjoni ta’ sustanzi li joħolqu luminożità ottika, addittivi tal-konkrit, koloranti tal-ikel u żebgħa speċjali. Filwaqt li l-aċidu sulfaniliku għandu użi differenti, il-gradi u l-forom kollha huma meqjusin mill-utenti li jistgħu jiġu sostitwiti b’mod raġonevoli, jintużaw bħallikieku l-istess f’bosta applikazzjonijiet u, għaldaqstant, huma ttrattati, bħal fil-każ tal-investigazzjoni oriġinali, bħala prodott wieħed. |
2. Prodott simili
|
(21) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din ir-reviżjoni kkonfermat li l-aċidu sulfaniliku huwa prodott purament ta’ komodità u l-kwalità u l-karatterisitiċi fiżiċi tiegħu huma identiċi minkejja l-pajjiż tal-oriġini. Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fl-Indja fis-suq domestiku tiegħu u f’pajjiżi terzi, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħin mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, għaldaqstant instabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi, u għalhekk huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
Ċ. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING
|
(22) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ matul il-PIR u jekk l-iskadenza tal-miżuri kellhiex twassal jew le għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping. |
1. Rimarki preliminari
|
(23) |
Ta’ min jinnota li, billi l-Komunità kibret għal 25 Stat Membru fl-2004 u għal 27 Stat Membru fl-2007, il-volumi tal-esportazzjonijiet u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet fl-investigazzjoni preċedenti u fir-reviżjoni tal-iskadenza preżenti ma jistgħux jitqabblu direttament. |
1.1. Indja
|
(24) |
Biex tiġi rispettata informazzjoni kunfidenzjali dwar in-negozju u minħabba li Kokan tirrappreżenta 100 % tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja, kien neċessarju li l-informazzjoni rilevanti tiġi ppreżentata fi stadji jew fil-forma ta’ indiċi. |
|
(25) |
Dan l-eżami kien ibbażat fuq it-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju mill-produttur esportatur fl-Indja li kkoopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni. Mill-informazzjoni fornuta mill-kumpanija u mid-data disponibbli tal-Eurostat jidher li l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR saru minn dan il-produttur esportatur. |
|
(26) |
Instab li matul il-PIR fil-Komunità ġew importati madwar 800 sa 1 000 tunnellata ta’ aċidu sulfaniliku mill-Indja, jiġifieri madwar 8-10 % tal-konsum Komunitarju. Fl-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mill-Indja ammontaw għal 1 712 tunnellata. |
1.2. Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(27) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-eżami dwar jekk twettaqx dumping jew le kellu jiġi bbażat fuq l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni minn sorsi oħrajn. F’dan ir-rigward, u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, id-data uffiċjali tal-Eurostat intużat biex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet. |
|
(28) |
Abbażi tad-data disponibbli, instab li matul il-PIR, fil-Komunità ġew importati 1 482 tunnellata ta’ aċidu sulfaniliku mir-RPĊ, jiġifieri madwar 15 % tal-konsum Komunitarju. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jammontaw għal 2 950 tunnellata. |
2. Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping
2.1. Indja
|
(29) |
Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni preċedenti biex jiġi stabbilit l-marġini ta’ dumping. Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien ġie stabbilit marġini ta’ dumping ta’ 24,6 %. |
(a) Valur Normali
|
(30) |
Għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit, fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera, jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu tal-prodott ikkonċernat kienx wieħed rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat bħala wieħed rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali kien mill-inqas 5 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni totali tiegħu lejn il-Komunità. L-investigazzjoni żvelat li l-bejgħ domestiku kien wieħed rappreżentattiv. |
|
(31) |
Sussegwentement, dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat li nbiegħu lokalment mill-produttur esportatur u kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali, u li kienu identiċi jew kumparabbli direttament għat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, kienu identifikati. Il-kriterji użati għall-identifikazzjoni tat-tipi tal-prodott differenti kienu l-grad (pur jew tekniku), il-forma (trab tal-aċidu jew melħ tas-sodju) u l-konċentrazzjoni tal-aċidu. |
|
(32) |
Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu li nstab li kien kumparabbli direttament mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat bħala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ dak it-tip matul il-PIR kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tat-tip tal-prodott kumparabbli esportat lejn il-Komunità. L-investigazzjoni żvelat li mit-tliet tipi esportati mill-produttur esportatur ikkonċernat, tnejn inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku. |
|
(33) |
Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku tal-kumpanija setax ikun ikkunsidrat li qiegħed isir fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku lil konsumaturi indipendenti, ta’ kull wieħed miż-żewġ tipi mibjugħin fi kwantitajiet rappreżentattivi li ma nbigħux b’telf matul il-PIR. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti, fejn aktar minn 80 % skont il-volum ma nbigħux b’telf fis-suq domestiku u fejn il-prezz medju tal-bejgħ ikkalkolat kien ugwali għal jew ogħla mill-ispiża medja tal-produzzjoni kkalkolata, il-valur normali, skont it-tip tal-prodott, ġie kkalkolat bħala l-medja kkalkolata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi kollha, imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn konsumaturi indipendenti, tal-prodott ikkonċernat, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Għat-tip ta’ prodott li ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, kellu jinbena l-valur normali. Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali kostrutt, il-bejgħ tal-produttur esportatur li kkoopera stess, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (BĠA) magħmula u l-profitt medju ikkalkolat li sar fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, matul il-PIR, żdiedu mal-ispiża medja tal-manifattura matul il-PIR, skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. |
(b) Prezz tal-esportazzjoni
|
(36) |
L-investigazzjoni żvelat li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur Indjan kienu saru biss lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità. |
|
(37) |
Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu. |
(ċ) Tqabbil
|
(38) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati, fil-forma ta’ aġġustamenti, id-differenzi li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil fil-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni. |
(d) Marġini ta’ dumping
|
(39) |
Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ikkalkolat ta’ kull tip ta’ prodott tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità fil-PIR tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ikkalkolat ta’ kull tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. |
|
(40) |
Dan it-tqabbil żvela n-nuqqas ta’ dumping min-naħa tal-produttur esportatur fl-Indja li kkoopera li esporta lejn il-Komunità matul il-PIR. |
|
(41) |
Rigward in-nuqqas ta’ dumping mill-esportatur li kkoopera fil-PIR, ta’ min jinnota li, kif imsemmi fil-premessa (7) hawn fuq, matul il-PIR, kien hemm fis-seħħ impenn ta’ prezz li kien jeħtieġ li l-produttur esportatur jirrispetta ċertu livell ta’ prezz għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Ċerti transazzjonijiet instabu li kienu ftit ogħla mil-livell tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni (“PMI”) tal-impenn, iżda l-maġġoranza tal-bejgħ kienu fil-livell tal-PMI. |
2.2. Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(42) |
Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni preċedenti ntużat biex jiġi stabbilit il-marġini ta’ dumping. Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien ġie stabbilit marġini ta’ dumping ta’ 21 %. Madankollu, wara investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment li bdiet f’Ġunju 2003, il-marġini ta’ dumping ġie vvalutat mill-ġdid u nstab li dan kien żdied għal 33,7 %, kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 236/2004. |
(e) Pajjiż analogu
|
(43) |
Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-RPĊ mhix pajjiż b’ekonomija tas-suq u għalhekk, il-valur normali tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kellu jiġi bbażat fuq id-data minn pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. |
|
(44) |
Fl-avviż ta’ bidu, l-Indja kienet prevista bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adatt fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità tar-RPĊ. L-Indja ntużat ukoll bħala l-pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(45) |
Madankollu, l-applikanti ssuġġerew, li jkun iżjed adatt li l-Istati Uniti tal-Amerika jintuża bħala l-pajjiż analogu f’dan il-każ. Ġie argumentat li kuntrarju għall-Indja, il-prezzijiet tal-aċidu sulfaniliku fl-Istati Uniti huma mmexxija minn forzi tas-suq normali mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, ġie ddikjarat ukoll li l-proċess tal-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku fl-Istati Uniti jsir b’mod kumparabbli ma’ dak tar-RPĊ u li l-kwantitajiet prodotti u mibjugħin fl-Istati Uniti huma rappreżentattivi. Aktar minn hekk, l-applikanti argumentaw ukoll li l-aċċess għall-materja prima fl-Indja m’huwiex kumparabbli mal-aċċess għall-materja prima fir-RPĊ, billi l-produtturi Indjani, minħabba l-Iskema għall-Avvanz tal-Liċenzja, jippreferu jimpurtaw il-materja prima milli jixtru l-materja domestika. |
|
(46) |
Rigward is-suġġeriment li l-Istati Uniti jintuża bħala l-pajjiż analogu, ta’ min jinnota li l-Istati Uniti, għal diversi snin, kellha miżuri protettivi stabbiliti fil-forma ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja kif ukoll ta’ miżuri ta’ kumpens kontra l-importazzjonijiet mill-Indja. Għal din ir-raġuni, ma jistax jiġi eskluż li l-prezzijiet ġew influwenzati minn dawn il-miżuri ta’ ħarsien tan-negozju. |
|
(47) |
Rigward l-aċċess għall-materja prima, instab ukoll li l-manifatturi Indjani tal-aċidu sulfaniliku xtraw materja prima fis-suq domestiku. Għaldaqstant, ma jistax jiġi argumentat li l-aċċess għall-materja prima jagħmel lill-Indja pajjiż analogu mhux adatt. Barra minn hekk, hemm diversi produtturi tal-aċidu sulfaniliku fl-Indja u importaturi, pereżempju fir-RPĊ, li huma preżenti wkoll fis-suq. Għalhekk, m’hemmx evidenza li tissuġġerixxi nuqqas ta’ kompetizzjoni fl-Indja. |
|
(48) |
Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ argumenti oħra konvinċenti ta’ ċirkostanzi li nbidlu mill-investigazzjoni oriġinali, huwa konkluż li l-Indja tikkostitwixxi pajjiż analogu adatt sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza. |
(f) Determinazzjoni tal-valur normali
|
(49) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni vverifikata li waslet mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu. B’mod aktar speċifiku, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz li tħallas jew li jista’ jitħallas fl-Indja mill-konsumaturi mhux relatati għat-tipi tal-prodott komparabbli, billi dawn instabu li saru fl-andament ordinarju tan-negozju. |
(g) Prezz tal-esportazzjoni
|
(50) |
Meta jiġi kkunsidrat in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni kellu jiġi bbażat fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-figuri uffiċjali tal-Eurostat intgħażlu bħala l-bażi adatta li fuqha ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. |
(h) Tqabbil
|
(51) |
Sabiex isir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati d-differenzi li setgħu jaffettwaw it-tqabbil fil-prezz. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali fil-livell tal-prezzijiet tal-fabbrika fl-Indja mbagħad tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni aġġustat taċ-Ċina fl-istess livell. |
(i) Marġini ta’ dumping
|
(52) |
It-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni żvela l-eżistenza ta’ dumping, fejn il-marġini ta’ dumping kien ugwali għall-ammont li bih il-valur normali qabeż il-prezz tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-marġini tad-dumping li nstab, bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, kien fl-ordni ta’ bejn 15 u 20 %. |
3. Żvilupp tal-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri jiġu revokati
3.1. Indja
(j) Rimarki preliminari
|
(53) |
Fin-nuqqas ta’ dumping matul il-PIR, ġie eżaminat jekk setax iseħħ dumping mill-Indja li kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati. Biex jiġi vvalutat jekk kienx hemm il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, ġew eżaminati l-imġiba tal-ipprezzar ta’ Kokan, jiġifieri l-prezzijiet tagħha lis-swieq l-oħra tal-esportazzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità u mal-prezzijiet domestiċi tagħha, u l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni kif ukoll il-ħażniet tagħha. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni fornuta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u vverifikata fil-proprjetà ta’ Kokan matul l-investigazzjoni. |
(k) Relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fl-Indja
|
(54) |
Il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità kienu ogħla minn dawk miksuba minn Kokan fis-suq domestiku tagħha matul il-PIR. Madankollu, dan l-iżvilupp għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-fatt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ din il-kumpanija kienu soġġetti għad-dixxipplina tal-PMI tal-impenn. |
(l) Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Komunità u l-prezzijiet domestiċi fl-Indja
|
(55) |
Ġie żvelat li l-prezz medju tal-esportazzjoni mitlub minn Kokan lill-pajjiżi terzi kien ferm inqas mill-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Instab ukoll li dawn il-prezzijiet kienu l-oġġett ta’ dumping billi dawn instabu li kienu ferm iktar baxxi mill-prezzijiet mitluba minn Kokan fis-suq domestiku tagħha. |
|
(56) |
Kif issemma fil-premessi (7) u (41) hawn fuq, matul il-PIR Kokan kienet soġġetta għal impenn ta’ prezz minimu għall-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità, waqt li l-prezzijiet mitluba lill-konsumaturi fil-pajjiżi terzi l-oħra ġew stabbiliti b’mod liberu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prezzijiet tal-aħħar huma indikazzjoni tal-livell tal-prezz probabbli għall-esportazzjoni lejn il-Komunità li kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. Ġie għalhekk konkluż li Kokan x’aktarx li tnaqqas il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità u li huwa mistenni li jerġa’ jseħħ dumping fis-suq tal-Komunità li kieku l-miżuri jiġu revokati. |
(m) Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezz fis-suq tal-Komunità
|
(57) |
Ta’ min jonnota wkoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu, bħala medja, taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità fis-suq Komunitarju. Dan ifisser li l-livell tal-prezz prevalenti għall-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Komunità jagħmel dan is-suq attraenti ħafna għall-produttur esportatur fl-Indja. Fuq din il-bażi, qed jiġi kkunsidrat li fil-fatt jeżisti inċentiv ekonomiku biex il-bejgħ jiġi trasferit lejn is-suq tal-Komunità bi prezz ogħla li kieku l-miżuri fis-seħħ kellhom jiġu revokati. |
(n) Kapaċitajiet żejda u ħażniet
|
(58) |
L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur li kkoopera ma beniex il-ħażniet matul il-PIR. Madankollu, instab li l-kumpanija setgħet iżżid il-produzzjoni tagħha minħabba li matul il-PIR ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tagħha kienet ta’ madwar 65 %. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-kapaċità żejda tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera kienet tikkorrispondi għal aktar minn 30 % tal-konsum Komunitarju. |
(o) Konklużjoni dwar l-Indja
|
(59) |
L-investigazzjoni żvelat b’mod ċar li l-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Indja u f’dawk tal-pajjiżi terzi l-oħra huwa ferm iktar baxx mil-livelli tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju. Li kieku l-miżuri anti-dumping eżistenti kellhom jiġu revokati, kien ikun hemm inċentiv b’saħħtu għall-produttur esportatur Indjan li kkoopera biex mhux biss juża l-kapaċitajiet żejda, iżda wkoll li jittrasferixxi aktar bejgħ lejn is-suq Komunitarju u għalhekk ikompli jesporta, anki fi kwantitajiet miżjuda. Il-valutazzjoni magħmula hawn fuq tindika li l-kwantitajiet miżjuda tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità x’aktarx isiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
3.2. RPĊ
(p) Rimarki preliminari
|
(60) |
Minbarra s-sejba ta’ dumping matul il-PIR, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping li kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati ġiet eżaminata wkoll. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-konklużjonijiet ta’ hawn taħt huma bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni mressqa mill-applikanti, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, flimkien mad-data estrattata mill-Eurostat. |
(q) Kapaċità tal-produzzjoni
|
(61) |
Id-data disponibbli pubblikament tiżvela li l-volum tal-produzzjoni Ċiniża huwa ta’ madwar 22 000 tunnellata, li huwa aktar mid-doppju tal-konsum fil-Komunità matul il-PIR. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar jekk jeżistux kapaċitajiet żejda fir-RPĊ. Madankollu, skont l-informazzjoni disponibbli, il-produtturi Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jużaw il-proċess relattivament sempliċi tal-lott li jintuża bħalissa sabiex issir żebgħa speċjali u kimiċi għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. Barra minn hekk, kif jissemma fil-premessa (63) ta’ hawn taħt, is-suq Komunitarju kompla għal bosta snin ikun suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, huwa raġonevoli li jiġi preżunt illi kieku l-miżuri eżistenti ta’ anti-dumping kellhom jiġu revokati, kwalunkwe kapaċità żejda ta’ produzzjoni li setgħet teżisti fir-RPĊ kienet tintuża sabiex tidderieġi kwantitajiet addizzjonali lejn is-suq Komunitarju u/jew il-produzzjoni eżistenti miżjuda b’tibdil fil-produzzjoni bejn iż-żebgħa speċjali u l-kimiċi kienet tiġi diretta mill-ġdid lejn il-Komunità. |
(r) Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Komunità
|
(62) |
Skont id-data disponibbli, matul il-PIR il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn il-pajjiżi terzi kienu taħt il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn il-Komunità. Għalhekk, hemm probabbiltà kbira illi, kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati, l-esportaturi Ċiniżi jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet preżenti tagħhom lejn il-pajjiżi terzi lejn is-suq Komunitarju u dawn kienu jkomplu jkunu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(s) Prattiki tal-assorbiment
|
(63) |
Kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 236/2004, instab li fir-rigward tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Komunità kien hemm assorbiment tad-dazju anti-dumping. Din il-prattika żvelat kif is-suq Komunitarju kompla jkun ta’ attrazzjoni kontinwa għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Billi l-esportazzjonijiet instabu li saru bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping matul il-PIR, jista’ jiġi konkluż illi kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu d-dumping x’aktarx ikompli u l-volumi tal-esportazzjoni jiżdiedu. |
(t) Konklużjoni dwar ir-RPĊ
|
(64) |
L-investigazzjoni żvelat li matul il-PIR l-esportaturi Ċiniżi komplew fuq livell sinifikanti bil-prattiki ta’ dumping tagħhom. Fuq il-bażi tar-riżultati fil-premessi (62) u (63) aktar ‘il fuq, qiegħed jiġi konkluż li hemm probabbiltà illi kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati, dumping fuq livell sinifikanti jkompli għaddej. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jiżdied b’mod sinifikanti fin-nuqqas tal-miżuri. |
4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping
|
(65) |
Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż illi kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati, id-dumping x’aktarx li jkompli fir-rigward tal-esportaturi Ċiniżi u jkompli jseħħ fir-rigward tal-produtturi esportaturi Indjani. |
D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ
|
(66) |
Fil-Komunità, il-prodott simili jiġi manifatturat minn żewġ produtturi li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(67) |
Ta’ min jinnota li meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, il-kumpaniji “Sorochimie Chimie Fine” u “Quimigal SA” bidlu isimhom, b’tal-ewwel issir “Ardenity” u tal-aħħar issir “CUF Químicos Industriais”. |
|
(68) |
Dawn iż-żewġ produtturi kkooperaw fl-investigazzjoni u appoġġjaw it-talba għar-reviżjoni. Għalhekk, dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
E. QAGĦDA FIS-SUQ KOMUNITARJU
1. Konsum fis-suq Komunitarju
|
(69) |
Il-konsum Komunitarju evidenti ġie stabbilit fuq il-bażi ta’:
|
|
(70) |
Il-konsum Komunitarju tal-aċidu sulfaniliku fil-PIR kien ta’ madwar 10 000 tunnellata. Matul il-perjodu kkunsidrat kien osservat tnaqqis ta’ 6 % fil-konsum. Tabella 1 Konsum fis-suq Komunitarju
|
2. Importazzjonijiet preżenti mill-pajjiżi kkonċernati
|
(71) |
Sabiex tiġi rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar in-negozju, minħabba li Kokan tirrappreżenta 100 % tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u li l-industrija tal-Komunità tikkonsisti minn żewġ produtturi biss, l-informazzjoni fit-Tabelli 2 sa 5 ta’ hawn taħt qed tiġi ppreżentata fil-forma ta’ indiċi. |
2.1. Volum tal-importazzjoni u sehem fis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-PIR
|
(72) |
Il-volumi u l-ishma fis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja żviluppaw kif stabbilit fit-tabelli t’hawn taħt. Id-data dwar il-volum tal-importazzjonijiet hija bbażata fuq l-Eurostat. Tabella 2 Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
Tabella 3 Sehem fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(73) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b’27 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati naqas bi 22 % bejn l-2003 u l-PIR. |
|
(74) |
Meta kull pajjiż jiġi kkunsidrat b’mod separat, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b’40 % bejn l-2003 u l-PIR, filwaqt li s-sehem fis-suq tal-importaturi Indjani naqas b’36 %. |
|
(75) |
Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ naqas b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li matul l-istess perjodu s-sehem fis-suq naqas b’10 %. |
2.2. Evoluzzjoni tal-prezz u mġiba tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
Tabella 4
Prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
Prezzijiet ta’ unità (Euro/tunnellata) |
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
PIR |
|
RPĊ |
773 |
876 |
1 138 |
1 128 |
1 040 |
|
Indiċi |
100 |
113 |
147 |
146 |
135 |
|
Indja (forma ta’ indiċi) |
100 |
85 |
96 |
110 |
111 |
|
Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati |
956 |
910 |
1 131 |
1 180 |
1 138 |
|
Indiċi |
100 |
95 |
118 |
123 |
119 |
|
Sors: Eurostat |
|||||
|
(76) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet ikkonċernati li joriġinaw mir-RPĊ żdied b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess perjodu l-prezz medju tal-importazzjonijiet ikkonċernati li joriġinaw fl-Indja żdied bi 11 %. |
|
(77) |
Biex jiġi kkalkulat il-livell tat-traħħis fil-prezz matul il-PIR, il-prezzijiet tal-fabbrika tal-industrija tal-Komunità lill-konsumaturi mhux relatati tqabblu mal-prezzijiet CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità tal-pajjiżi kkonċernati, aġġustati kif jixraq sabiex jirriflettu l-prezz ta’ wara l-kunsinna. Dan l-aġġustament sar biż-żieda fil-prezzijiet tad-dazju doganali normali u tal-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni, kemm għar-RPĊ kif ukoll għall-Indja, u billi mal-prezzijiet taċ-Ċina kompla żdied id-dazju anti-dumping. It-tqabbil żvela li l-prezzijiet aġġustati taċ-Ċina u tal-Indja ma kinux irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità. |
3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
Tabella 5
Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
Bqija tad-dinja |
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
PIR |
|
Importazzjonijiet (Indiċi) |
100 |
80 |
100 |
97 |
97 |
|
Sehem fis-suq (Indiċi) |
100 |
82 |
98 |
104 |
104 |
|
Prezzijiet medji (EUR/tunnellata) |
935 |
927 |
1 100 |
1 255 |
1 285 |
|
Indiċi |
100 |
99 |
118 |
134 |
137 |
|
Sors: Eurostat |
|||||
|
(78) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minħabba n-nuqqas fid-domanda, is-sehem fis-suq tagħhom żdied b’0,7 punti perċentwali. Matul il-perjodu kkunsidrat il-pajjiż esportatur ewlieni, jiġifieri l-Istati Uniti, kien responsabbli għall-maġġoranza ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
|
(79) |
Il-prezzijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi terzi l-oħra kienu ftit inqas minn dawk tal-industrija tal-Komunità u segwew ix-xejriet fil-prezz Indjan mill-2005 ‘l quddiem. |
4. Qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja
(a) Rimarki preliminari
|
(80) |
Sabiex tiġi rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju, l-informazzjoni rigward iż-żewġ kumpaniji li jiffurmaw l-industrija Komunitarja qiegħda tiġi ppreżentata f’forma ta’ indiċi. |
|
(81) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, ġew eżaminati l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċijiet li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità. |
(b) Data rigward l-industrija tal-Komunità
— Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni installata u rata tal-użu tal-kapaċità
Tabella 6
Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni installata, użu tal-kapaċità
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
PIR |
|
Tunnellati ta’ kapaċità (indiċi) |
100 |
100 |
100 |
105 |
112 |
|
Tunnellati ta’ produzzjoni (indiċi) |
100 |
119 |
115 |
115 |
117 |
|
Użu tal-kapaċità (indiċi) |
100 |
119 |
115 |
109 |
105 |
|
Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità |
|||||
|
(82) |
Il-livell tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità matul il-PIR kien 17 % ogħla mil-livell reġistrat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità wkoll żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat bi 12 % bħala riżultat li wieħed mill-produtturi tal-Komunità żied il-kapaċità tiegħu b’investiment f’tagħmir biex jipproduċi aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi wasslet biex matul il-perjodu kkunsidrat ikun hemm żieda ġenerali fir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Komunità. Ta’ min jinnota wkoll li matul il-PIR l-industrija tal-Komunità laħqet livell sodisfaċenti fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità (fil-medda ta’ 75-80 %). |
— Inventarji
|
(83) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-livelli ta’ ħażniet ta’ għeluq is-sena tal-industrija tal-Komunità naqsu bi 22 %. Il-livelli tal-ħażna waqgħu b’mod sinifikanti fl-2004 u l-2005 iżda żdiedu progressivament fl-2006 u matul il-PIR. Tabella 7 Ħażna fl-għeluq f’volumi
|
||||||||||||||||||
— Volum tal-bejgħ, sehem fis-suq u tkabbir
|
(84) |
Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità matul il-PIR kienu 5 % ogħla meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Billi l-konsum tal-Komunità naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (70) hawn fuq), is-sehem fis-suq li kellha l-industrija tal-Komunità żdied bi 12 % matul l-istess perjodu. B’mod speċifiku, matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kisbet madwar 7 punti perċentwali tas-sehem fis-suq. Is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Komunità nżamm ‘il fuq minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 8 Volum ta’ bejgħ u sehem fis-suq
|
||||||||||||||||||||||||
|
(85) |
Ta’ min jinnota li t-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità fl-2006 u matul il-PIR affettwa xi ftit it-tkabbir tal-industrija tal-Komunità. Iż-żieda fis-sehem fis-suq huwa spjegat kważi b’mod ugwali b’żieda fil-volumi ta’ bejgħ u bil-konsum iktar dgħajjef lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat. |
— Fatturi li affettwaw il-prezzijiet tal-Komunità
|
(86) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità żdiedu sostanzjalment b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-iżviluppi osservati mill-2005 ‘l quddiem jidhru li jirriflettu b’mod partikolari l-effetti tal-miżuri ta’ kontra l-assorbiment imposti fl-2004. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2004 u l-2005 u baqgħu tista’ tgħid stabbli minn hemm ‘il quddiem. Madankollu, din iż-żieda kienet f’rata aktar baxxa miż-żieda fil-prezz tal-anilina, li hija l-iktar materja prima importanti għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. L-anilina, li hija derivattiv tal-benżin, kienet tirrappreżenta madwar 50 % tal-ispiża totali tal-manifattura matul il-PIR, ikkaratterizzata b’żieda fil-prezz ta’ madwar 45 % bejn l-2003 u l-PIR. Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ
|
||||||||||||||||||
— Impjiegi u produttività
|
(87) |
Il-livell tal-impjiegi naqas b’9 % bejn l-2003 u l-PIR, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet, li b’hekk tirrifletti żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-industrija tal-Komunità. L-ispiża medja għal kull impjegat, madankollu, telgħet matul l-istess perjodu bi 15 %. Tabella 10 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
— Profitabilità
Tabella 11
Profitabilità
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
PIR |
|
Indiċi |
100 |
–1 286 |
1 519 |
335 |
191 |
|
Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità |
|||||
|
(88) |
Il-profitabilità tal-industrija tal-Komunità, ħlief għas-sena 2005, kien ta’ madwar jew taħt il-1 % tal-fatturat tagħha. Fl-2004, ġie rreġistrat telf importanti, filwaqt li l-industrija tal-Komunità rreġistrat profitti fl-2005, l-2006 u l-PIR. Billi l-profitt tal-industrija tal-Komunità kien baxx ħafna fl-2003, iż-żieda evidenti fil-perjodu kkunsidrat wasslet għal livell ta’ profitabilità ferm aktar baxx minn dak aċċettabbli f’din it-tip ta’ industrija. |
|
(89) |
Ta’ min jinnota wkoll li l-profitabilità tal-industrija tal-Komunità kienet influwenzata bl-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima. L-ispiża medja tal-produzzjoni żdiedet b’25 % bejn l-2003 u l-PIR. Kif issemma fil-premessa (86) hawn fuq, l-anilina hija l-iktar materjal importanti fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku u dan jammonta għal madwar nofs l-ispiża tal-manifattura. Meta jitqies li l-prezzijiet tal-anilina telgħu b’mod sinifikanti fl-2004, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgħaddi din iż-żieda fil-prezz fuq il-konsumaturi, u allura ġarrbet telf. Is-sitwazzjoni għall-industrija tal-Komunità tjiebet fl-2005 billi l-prezzijiet tal-anilina stabbilizzaw ruħhom u l-industrija tal-Komunità setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha tal-aċidu sulfaniliku sakemm kien possibbli sabiex tkopri ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima. Fl-2006 u fil-PIR, ikkonfrontata biż-żieda ġdida fil-prezzijiet tal-analina, il-profitt tal-industrija tal-Komunità, f’relazzjoni mal-fatturat, naqas għal-livelli taħt il-1 %. |
— Investimenti, qligħ fuq l-investiment u l-kapaċità li jinġabar il-kapital
Tabella 12
Investimenti, qligħ fuq l-investiment
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
PIR |
|
Investimenti (indiċi) |
100 |
39 |
57 |
255 |
305 |
|
Qligħ fuq l-investiment (indiċi) |
100 |
–1 779 |
2 498 |
420 |
224 |
|
Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità |
|||||
|
(90) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kompliet tagħmel investimenti fl-attivitajiet tagħha tal-aċidu sulfaniliku. Fl-2006 u matul il-PIR, minbarra l-investimenti relatati primarjament maż-żamma tal-assi kapitali eżistenti, wieħed mill-produtturi tal-Komunità għamel investimenti biex iżid il-kapaċità tiegħu fil-produzzjoni ta’ aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Madankollu, ta’ min jinnota li din il-kapaċità ġdida hija mistennija li tibda topera b’mod sħiħ biss mill-2008. |
|
(91) |
Waqt li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kellha profitti baxxi, il-qligħ fuq l-investiment, li jesprimi r-riżultat ta’ qabel it-taxxa bħala perċentwali tal-valur medju nett tal-ftuħ u l-għeluq tal-assi kif imniżżel fil-kotba użat fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku, ukoll baqa’ baxx ħafna, jiġifieri madwar 2 % matul il-PIR. |
|
(92) |
L-investigazzjoni żvelat li r-rekwiżiti tal-kapital tal-industrija tal-Komunità ġew affettwati b’mod ħażin minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Għalkemm wieħed mill-produtturi tal-Komunità jifforma parti minn grupp kbir, ir-rekwiżiti tal-kapital mhux dejjem intlaħqu sal-livell mixtieq, billi f’dan il-grupp ir-riżorsi finanzjarji jiġu ġeneralment allokati għall-aktar entitajiet li jagħmlu qligħ. |
— Likwidità
|
(93) |
Il-likwidità naqset b’mod sinifikanti, b’85 % bejn l-2003 u l-PIR, iżda xorta waħda baqgħet waħda pożittiva. Il-likwidità mhux qiegħda ssegwi x-xejra tal-profitt billi dan kien influwenzat b’elementi mhux kontanti, bħalma huma d-deprezzament u l-movimenti tal-inventarju. Tabella 13 Likwidità
|
||||||||||||||||||
5. Konklużjoni
|
(94) |
Bejn l-2003 u l-PIR, ħafna mill-indikaturi li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità żviluppaw b’mod pożittiv: il-volumi tal-bejgħ, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-produzzjoni, il-ħażniet fl-għeluq, il-produttività, l-investimenti u l-qligħ fuq l-investiment. Madankollu, matul il-PIR il-profitabilità tagħha baqgħet taħt il-1 % tal-fatturat. |
|
(95) |
L-industrija tal-Komunità bbenefikat minn żieda fil-prezz tal-aċidu sulfaniliku l-aktar mill-2004 sa tmiem il-PIR. Madankollu, iż-żieda fil-prezz tal-bejgħ ma setgħetx tikkompensa b’mod sħiħ għaż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u, għalhekk, il-marġini ta’ profitt naqas. |
|
(96) |
Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità fl-2006 u fil-PIR xekkel xi ftit l-irkupru tal-industrija tal-Komunità. |
|
(97) |
B’mod ġenerali, l-introduzzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping ippermettiet lill-industrija tal-Komunità sabiex tistabbilizza, iżda mhux biex tirkupra b’mod sħiħ mis-sitwazzjoni dannuża li kienet fiha minħabba fil-preżenza kontinwa ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, kif ukoll iż-żieda fl-ispiża tal-materja prima, li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgħaddi fuq il-konsumaturi tagħha. Minkejja dan, l-investigazzjoni żvelat li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità bdiet tinvesti f’tagħmir ġdid. |
|
(98) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, ħareġ, minn naħa waħda, li l-indikaturi tal-volum żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Min-naħa l-oħra, l-indikaturi finanzjarji li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità, bħall-profitt u l-likwidità, żvelaw li l-industrija tal-Komunità għadha f’sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli. Għalhekk, qiegħed jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ma tistax tirkupra b’mod sħiħ mill-effetti ta’ dumping dannuż. |
F. PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAD-DANNU
1. Ġenerali
|
(99) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, saret analiżi dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati. F’dan ir-rigward, ġie eżaminat b’mod partikolari l-iżvilupp probabbli tal-volumi u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll l-effetti probabbli ta’ dawn fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri. |
2. Żvilupp tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati
|
(100) |
Ta’ min ifakkar li anki bil-miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kellhom sehem fis-suq ta’ 24,6 % matul il-PIR. |
|
(101) |
L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur Indjan li kkoopera kellu kapaċità żejda sinifikanti, li tikkorrispondi għal aktar minn 30 % tal-konsum tal-Komunità. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni żvelat li l-produzzjoni eżistenti tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ hija ta’ madwar 22 000 tunnellata, li tikkorrispondi għal aktar mid-doppju tal-konsum tal-Komunità. Fuq il-bażi tal-istess informazzjoni, jidher ukoll li l-produtturi Ċiniżi jistgħu faċilment jaqilbu l-produzzjoni minn dik taż-żebgħa speċjali u l-kimiċi għal dik tal-aċidu sulfaniliku. Dawn il-kapaċitajiet li jistgħu jkunu disponibbli fil-pajjiżi kkonċernati jindikaw li l-produtturi esportaturi għandhom il-possibbiltà li jżidu l-produzzjoni preżenti tagħhom, u għalhekk li jżidu wkoll l-esportazzjonijiet tagħhom tal-aċidu sulfaniliku lejn il-Komunità. |
|
(102) |
Ta’ min jinnota wkoll li l-konsum tal-Komunità naqas bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat u mhux mistenni li f’xi ftit snin li ġejjin id-domanda tkun tali li tassorbi ż-żieda potenzjali fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Indja li kieku l-miżuri jiġu revokati. F’dan ix-xenarju, l-esportazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mir-RPĊ u l-Indja x’aktarx jissostitwixxu sehem kbir mill-bejgħ imwettaq mill-industrija tal-Komunità, billi l-prezzijiet tal-importazzjoni x’aktarx ikunu aktar baxxi. |
|
(103) |
L-investigazzjoni żvelat li s-suq tal-Komunità ser jibqa’ attraenti kemm għall-produtturi esportaturi taċ-Ċina kif ukoll dawk tal-Indja. Fil-fatt, kif issemma fil-premessi (57) u (62) hawn fuq, instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-bejgħ Indjan u Ċiniż lil pajjiżi terzi oħra kien sew taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Minkejja li ma nstabet l-ebda evidenza ta’ traħħis fil-prezz fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi u Indjani, meta aġġustati bl-anti-dumping preżenti u d-dażji doganali normali, il-prezzijiet CIF tal-esportazzjoni Ċiniżi u Indjani nstabu, bħala medja, li kienu sostanzjalment aktar baxxi (madwar 18 %) mill-prezz medju tal-industrija tal-Komunità. Għalhekk, mingħajr l-ebda miżura fis-seħħ, l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati fil-Komunità x’aktarx jiżdiedu b’mod sinifikanti fid-dawl ta’ (i) il-kapaċitajiet mhux użati (jiġifieri fl-Indja), (ii) id-direzzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet destinati lejn pajjiżi terzi oħra fis-suq tal-Komunità, (iii) il-possibbiltà li taqleb il-produzzjoni minn dik taż-żebgħa speċjali u l-kimiċi għal dik tal-aċidu sulfaniliku (jiġifieri fir-RPĊ), bi prezzijiet li huma sew taħt il-livelli tal-prezzijiet preżenti fil-Komunità. |
3. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu
|
(104) |
Fuq il-bażi ta’ dan li għadu kif ġie diskuss hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż illi, kieku l-miżuri kellhom jiskadu, l-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx iseħħu f’volumi sinifikati bi prezzijiet iddampjati, li jkunu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità. Probabbilment dan ikollu l-effett li jintroduċi xejra ta’ tnaqqis fil-prezz fuq is-suq tal-Komunità, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari dan jista’ jreġġa’ lura l-irkupru miksub matul il-perjodu kkunsidrat, li jwassal għal rikorrenza tad-dannu. |
G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ
1. Introduzzjoni
|
(105) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx jew le kontra l-interess tal-Komunità b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq apprezzament ta’ diversi interessi involuti. |
|
(106) |
Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li għalhekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping ikunu diġà fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri anti-dumping li hemm fis-seħħ. |
|
(107) |
Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li m’huwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari. |
2. Interess tal-industrija tal-Komunità
|
(108) |
Wieħed għandu jistenna b’mod raġonevoli li l-industrija tal-Komunità sejra tkompli tibbenefika mill-miżuri li huma imposti bħalissa u tkompli tirkupra aktar billi tikseb mill-ġdid is-sehem fis-suq u ttejjeb il-profitabilità tagħha. Jekk il-miżuri ma jinżammux, l-industrija tal-Komunità x’aktarx tibda tbati d-dannu għal darb’oħra, minħabba l-importazzjonijiet miżjuda bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, u s-sitwazzjoni finanzjarja fraġli preżenti tagħha tmur għall-agħar. |
|
(109) |
Fuq din il-bażi, qiegħed jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Komunità. |
3. Interess tal-importaturi
|
(110) |
Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, kien instab li l-impożizzjoni tal-miżuri ma kellhiex impatt serju fuq in-negozjanti tal-Komunità tal-aċidu sulfaniliku. Kif indikat hawn fuq, l-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni; għalhekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda raġuni konvinċenti li tissuġġerixxi li l-impożizzjoni tal-miżuri tmur kontra l-interess tal-importaturi. |
4. Interess tal-utenti
|
(111) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 31 utent magħruf, li minnhom erbgħa biss wieġbu għall-kwestjonarju. Tliet tweġibiet waslu mingħand il-kumpaniji tal-Komunità li jipproduċu sustanzi li joħolqu luminożità ottika filwaqt li tweġiba waħda waslet mingħand kumpanija li tipproduċi ż-żebgħa. Madankollu, l-informazzjoni fornuta minn dawn l-utenti fir-rigward tal-effett tal-miżuri u l-proporzjon li l-aċidu sulfaniliku rrappreżenta fl-ispejjeż tal-manifattura tagħhom ma kinitx sinifikattiva. |
|
(112) |
Il-volumi tal-prodott ikkonċernat importat minn dawn l-erba’ utenti jirrappreżentaw 47,3 % tal-importazzjonijiet totali fil-Komunità. Barra minn hekk, billi dawn l-erba’ utenti xtraw volumi sinifikanti ta’ aċidu sulfaniliku mill-industrija tal-Komunità, dawn kienu jammontaw għal madwar 40 % tal-konsum tal-Komunità matul il-PIR. |
|
(113) |
Tliet utenti għamlu l-istess kummenti li jopponu l-kontinwazzjoni tal-miżuri minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità m’hijiex biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda domestika, u minħabba li l-miżuri qed ikunu ta’ dannu għall-kompetittività tagħhom fuq il-prodotti downstream. Ir-raba’ utent ma qal xejn dwar jekk kienx favur jew kontra ż-żamma tal-miżuri. |
|
(114) |
Rigward is-sitwazzjoni tal-provvista fis-suq tal-Komunità, ta’ min jinnota li l-kapaċità tal-produzzjoni eżistenti tal-industrija tal-Komunità tista’ tissodisfa madwar 80 % tal-konsum tal-Komunità. Ta’ min jenfasizza wkoll li l-industrija tal-Komunità investiet f’faċilitajiet ġodda sabiex iżżid il-produzzjoni tagħha ta’ aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Fi kwalunkwe eventwalità, l-għan tal-miżuri m’huwiex li jiġu evitati l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati li jidħlu fis-suq tal-Komunità, iżda li jiġi żgurat li dawn ma jsirux bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u lanqas bi prezzijiet li jkunu dannużi. Għalhekk, ta’ min jistenna li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ser ikomplu jidħlu fis-suq kif ġara wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2002. |
|
(115) |
Ta’ min jinnota wkoll li l-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku barra l-Komunità issa hija ristretta għal ftit pajjiżi fid-dinja, bħall-Indja, ir-RPĊ u l-Istati Uniti. Għalhekk huwa importanti li l-industrija tal-Komunità titħalla topera taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva sabiex il-provvisti domestiċi tal-prodott ikomplu jkunu disponibbli għall-utenti kollha fil-Komunità. |
|
(116) |
Rigward il-kompetittività tal-utenti, ta’ min jinnota li, minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni miksuba mill-utenti fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni, fl-investigazzjoni oriġinali ġie żvelat li l-miżuri ta’ anti-dumping setgħu jżidu b’inqas minn 1 % l-ispejjeż sħaħ fir-rigward ta’ sustanzi li joħolqu luminożità ottika u ta’ żebgħa li jkollhom fihom l-aċidu sulfaniliku. |
|
(117) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa kkunsidrat ukoll fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni tal-iskadenza, li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt ħażin kbir fuq is-sitwazzjoni tal-utenti. |
5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità
|
(118) |
Minn dan li ġie spjegat hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li m’hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping preżenti. |
H. MIŻURI TA’ ANTI-DUMPING
|
(119) |
Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom kien maħsub li tiġi rakkomandata ż-żamma tal-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex matulu jippreżentaw il-fehmiet u l-kummenti tagħhom. Ma wasal l-ebda kumment li kien ta’ sustanza sabiex jinbidlu l-konklużjonijiet spjegati aktar ‘il fuq. |
|
(120) |
Minħabba fil-konklużjonijiet milħuqa dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku mir-RPĊ, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u dwar l-interess tal-Komunità, il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku għandhom jinżammu sabiex jiġi evitat li jkun hemm rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(121) |
Ir-rata ta’ dazju m’għandhiex tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jiġi manifatturat u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-kumpanija Indjana li mingħandha ġie aċċettat impenn bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv qiegħed jiġi b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 10 (kodiċi TARIC 2921 42 10 60) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett tas-CIF ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż |
Dazju definittiv (%) |
|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
33,7 |
|
Indja |
18,3 |
3. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju anti-dumping definittiv m’għandux japplika għall-importazzjonijiet li jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 2.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. L-importazzjonijiet dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li jiġu fatturati minn kumpaniji li mingħandhom ġew aċċettati impenji mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE, kif emendata minn żmien għall-ieħor, għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping impost bl-Artikolu 1, bil-kondizzjoni li:
|
— |
dawn ikunu manifatturati, trasportati u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u |
|
— |
dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati b’fattura ta’ impenn li tkun fattura kummerċjali li jkollha mill-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, u |
|
— |
il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tikkorrispondi preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn. |
2. Dejn doganali għandu jiġi impost mill-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa kulmeta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1 u eżentati mid-dazji taħt il-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet jew aktar ma ġewx rispettati. Il-kondizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 għandha titqies bħala mhux milħuqa meta l-fattura tal-impenn tinstab li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness jew tinstab li mhijiex awtentika jew fejn il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jew l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju b’Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjoni(jiet) partikolari u tiddikjara li l-fattura/i tal-impenn rilevanti hija/huma invalida/i.
3. L-importaturi għandhom jaċċettaw bħala riskju normali tan-negozju, li meta ma tintlaħaqx, minn kwalunkwe parti, waħda mill-kondizzjonijiet jew aktar elenkati fil-paragrafu 1 u definiti fil-paragrafu 2 dan jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ dejn doganali skont l-Artikolu 201 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi doganali tal-Komunità (15). Id-dejn doganali impost għandu jiġi rkuprat meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazjoni tal-impenn.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(2) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11.
(3) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1.
(4) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36.
(5) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17.
(6) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29.
(7) ĠU C 101, 27.4.2005, p. 34.
(8) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.
(9) ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52.
(10) ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5.
(11) ĠU C 272, 9.11.2006, p. 18.
(12) ĠU C 171, 24.7.2007, p. 18.
(13) ĠU C 171, 24.7.2007, p. 14.
ANNESS
L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-kumpanija tal-aċidu sulfaniliku fil-Komunità li huwa soġġett għal impenn:
|
1. |
L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦALL-IMPENN”. |
|
2. |
L-isem tal-kumpanija, imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjomi tal-Kummissjoni 2006/37/KE li taċċetta l-impenn, li qed toħroġ il-fattura kummerċjali. |
|
3. |
In-numru tal-fattura kummerċjali. |
|
4. |
Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali. |
|
5. |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fil-fattura jiġu rilaxxati mid-dwana fuq il-fruntiera tal-Komunità. |
|
6. |
Id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti, inklużi:
|
|
7. |
Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, inklużi:
|
|
8. |
L-isem tal-kumpanija li qiegħda taġixxi ta’ importatur fil-Komunità li fuqha hija maħruġa direttament mill-kumpanija l-fattura kummerċjali li qiegħda takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn. |
|
9. |
L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-oġġetti koperti minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont it-termini tal-Impenn offrut minn [IL-KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2006/37/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” |