52010PC0720




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.12.2010

KUMM(2010) 720 finali

2010/0350 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi , fi ħdan il-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u mal-persunal

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007[1] (minn hawn ’il quddiem, “ir-Regolament”).

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament, l-għan tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-uffiċċji relevanti u lill-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, b’assistenza u kompetenza relatati mad-drittijiet fundamentali sabiex tappoġġjahom meta jieħdu miżuri jew jifformulaw strateġiji ta’ azzjoni fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom bil-għan li jirrispettaw b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali.

Skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kunsill 168/2007/KE, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati bħala osservaturi. Il-parteċipazzjoni u l-modalitajiet rispettivi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni relevanti, filwaqt li jiġu definiti n-natura, il-firxa u l-mod ta’ parteċipazzjoni partikolari. Mal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-Aġenzija tkun tista’ tittratta l-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiż kandidat inkwistjoni fl-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament, sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tal-pajjiż mad-dritt tal-Unjoni.

2. Id-Deċiżjoni proposta

Il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-UE u tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-Aġenzija. Id-deċiżjoni proposta tinkludi abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 28.

B’konformità ma’ wieħed mill-prinċipji bażiċi li jsostnu r-Regolament (jiġifieri x-xogħlijiet tal-Aġenzija fuq il-bażi ta’ approċċ tematiku, u mhux approċċ speċifiku għall-pajjiż) l-abbozz tad-Deċiżjoni jippermetti lill-Aġenzija twettaq fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament.

L-abbozz tad-Deċiżjoni jistabbilixxi wkoll li l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha taħtar osservatur u sostitut għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija. Dawn il-persuni għandhom jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament. Huma għandhom jipparteċipaw fix-xogħlijiet tal-Bord ta’ Tmexxija fuq bażi ugwali mal-membri u s-sostituti maħtura mill-Istati Membri, iżda mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw.

Id-Deċiżjoni għall-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Aġenzija tinkludi wkoll dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mal-persunal.

Id-Deċiżjoni proposta tagħmel dispożizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja bbażata fuq parteċipazzjoni li tibda fl-2011 (l-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni fl-anness I, punt 5).

L-abbozz tad-deċiżjoni huwa wkoll konformi mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej. Il-proporzjon bejn l-ispejjeż amministrattivi u dawk operattivi tal-baġit tal-Aġenzija għall-Istati Membri tal-UE huwa wkoll applikabbli, bħala medja fuq l-estimi tal-pajjiżi kandidati.

L-abbozz tad-deċiżjoni huwa akkumpanjat minn dikjarazzjoni finanzjarja.

2010/0350 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-UE u tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi , fi ħdan il-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u mal-persunal

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta’ Diċembru 1997 għamel li l-parteċipazzjoni fl-aġenziji tal-Unjoni jkun mezz kif tittejjeb l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jistabbilixxu li l-"aġenziji tal-Unjoni li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi applikanti għandhom jiġu ddeterminati fuq bażi ta’ każ b’każ".

2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jipprovdi li l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tiegħu.

3. L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkondividi l-għanijiet u l-objettivi stabbiliti għall-Aġenzija u tappoġġja l-ambitu u d-deskrizzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

4. L-objettiv aħħari tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa li ssir membru tal-Unjoni Ewropea, u l-parteċipazzjoni tagħha fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tgħin lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex tilħaq dan l-objettiv.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-UE u tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-UE u tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNE SS

Abbozz ta'

DEĊIŻJONI Nru …./

dwar il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi , fi ħdan il-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u mal-persunal

IL-KUNSILL TA’ STABILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI TAL-UE U TAL-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, fuq naħa waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi

(1) Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta’ Diċembru 1997 għamel li l-parteċipazzjoni fl-aġenziji tal-Unjoni jkun mezz kif tittejjeb l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jistabbilixxu li l-"aġenziji tal-Unjoni li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi applikanti għandhom jiġu ddeterminati fuq bażi ta’ każ b’każ".

(2) L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkondividi l-għanijiet u l-objettivi stabbiliti għall-Aġenzija u tappoġġja l-ambitu u d-deskrizzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(3) Huwa xieraq li tiġi permessa l-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija u li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta’ tali parteċipazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u mal-persunal.

(4) Huwa wkoll xieraq li l-Aġenzija tkun tista' tittratta kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt tal-Unjoni.

(5) Skont l-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, id-Direttur tal-Aġenzija jista’ jawtorizza l-ingaġġar ta’ ċittadini nazzjonali tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala pajjiż kandidat, għandha tipparteċipa bħala osservatur fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Arti kolu 2

1. L-Aġenzija tista’ tittratta kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fl-ambitu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt tal-Unjoni.

2. Għal dan il-għan, l-Aġenzija se tkun tista’ twettaq fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Arti kolu 3

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Arti kolu 4

1. L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha taħtar persuni li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament bħala osservatur u sostitut, rispettivament. Huma jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord ta’ Tmexxija fuq bażi ugwali mal-membri u s-sostituti maħtura mill-Istati Membri, iżda mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw.

2. L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tinnomina uffiċjal tal-gvern bħala Uffiċjal Nazzjonali ta’ Kuntatt, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

3. Fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea bl-ismijiet, il-kwalifiki u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Arti kolu 5

Id-dejta pprovduta lil jew li toħroġ mill-Aġenzija tista’ tiġi ppubblikata u għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni kunfidenzjali tingħata l-istess grad ta’ protezzjoni fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hekk kif tingħata fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 6

L-Aġenzija għandha tgawdi fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-istess kapaċità legali bħal dik mogħtija lill-entitajiet legali skont il-liġijiet tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Artikolu 7

Sabiex l-Aġenzija u l-persunal tagħha jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tagħtihom il-privileġġi u l-immunitajiet identiċi għal dawk fl-Artikoli 1 sa 4, 5, 6, 10 sa 13, 15, 17 u 18 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattati dwar l-Unjoni Ewropea u dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Il-Partijiet kollha għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri ġenerali jew speċifiċi meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Deċiżjoni u għandhom jinnotifikawhom lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

Arti kolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

ANNESS

I

KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAL-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA LILL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

5. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-baġit tal-Unjoni Ewropea biex tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-Aġenzija), kif stipulat fil-punt 2, tirrappreżenta l-ispiża sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħha fiha.

6. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-baġit tal-Unjoni Ewropea għandha tkun kif ġej:

L-Ewwel Sena: | EUR 165,000 |

It-Tieni Sena: | EUR 170,000 |

It-Tielet Sena: | EUR 175,000 |

7. L-appoġġ finanzjarju possibbli mill-programmi ta’ assistenza tal-Unjoni se jiġi miftiehem separatament skont il-programm tal-Unjoni relevanti.

8. Il-kontribuzzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se tiġi ġestita b’konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

9. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien li jintnefqu mir-rappreżentanti u l-esperti tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jieħdu sehem fl-Aġenzija jew f’laqgħat relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija fuq l-istess bażi ta’ u skont il-proċeduri attwalment fis-seħħ għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

10. Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u fil-bidu ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja talba għall-fondi li tikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tagħha lill-Aġenzija skont din id-Deċiżjoni. Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se tħallas kontribuzzjoni kkalkulata mid-data tal-parteċipazzjoni sal-aħħar tas-sena fuq bażi prorata. Għas-snin ta’ wara, il-kontribuzzjoni għandha tkun skont din id-Deċiżjoni.

11. Din il-kontribuzzjoni għandha tkun espressa f'euro u mħallsa f’kont bankarju tal-euro tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.

12. L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se tħallas il-kontribuzzjoni tagħha skont it-talba għall-fondi għall-parti tagħha sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li tintbagħat it-talba għall-fondi mill-Kummissjoni.

13. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jġib miegħu ħlas ta’ imgħax mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi mar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fid-data dovuta, għall-operazzjonijiet tiegħu f'euro, biż-żieda ta’ 1.5 punti perċentwali.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2. Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4. Objettiv(i)

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6. Tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.7. Il-metodu/metodi ta' ġestjoni previst(i)

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet

3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. S ommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4. Il-kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Tit olu tal-proposta/inizjattiva

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni tal-Unjoni fuq il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi, fi ħdan il-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u mal-persunal.

Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[2]

Qasam politiku : 18 "Libertà, Sigurtà u Ġustizzja"

Attività tal-ABB: 18 04 "Id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza"

Natur a tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

Objettivi

L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat(i) mill-proposta/inizjattiva

Din id-deċiżjoni se tikkontribwixxi għat-tħejjija b’suċċess tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.

Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

Objettiv speċifiku: Id-deċiżjoni se tippermetti lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipparteċipa bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija u se tippermetti lill-Aġenzija tkopri kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Attività tal-ABM/ABB ikkonċernata: 18 04 "Id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza".

Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Din id-deċiżjoni se tikkontribwixxi għat-tħejjija b’suċċess tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.

Indi katuri tar-riżultati u l-impatt

Spe ċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

Id-deċiżjoni tippermetti lill-Aġenzija twettaq fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament.

Il-Qafas tal-Kejl tal-Prestazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) se jidħol fis-seħħ fl-2011 u jkun issupplimentat mill-miżuri ta’ prestazzjoni li jservu biex jiddeterminaw sa liema punt l-Aġenzija se twassal ir-riżultati mistennija.

Il-mudell loġiku tal-FRA, li huwa komuni għad-disa' oqsma tematiċi differenti iżda li huma interkonnessi, jistabbilixxi tipi ta' riżultati definiti minn qabel li jridu jinkisbu fi ħdan il-proġetti differenti, li huma mistennija li se jwasslu għar- riżultati immedjati u eventwalment jikkontribwixxu għar- riżultati intermedji u għall-impatt finali u globali tal-Aġenzija ( ir-riżultat aħħari ).

Fuq il- livell tar-riżultati , l-abbiltà li jsir tqabbil tat-tip ta’ riżultati mal-valur referenzjarju (pereżempju n-numru ta’ rapporti istituzzjonali, ta' stħarriġ, ta' rapporti tematiċi, ta' prattiċi tajba identifikati, l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi, taħriġ u tagħlim reċiproku eċċ.) u d-definizzjoni ta’ informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva aktar preċiża li għandha tinġabar matul is-sena (templates standard ta’ rappurtar, stħarriġ tal-parteċipanti fuq il-bażi ta’ kwestjonarju standardizzat, lista ta’ kontroll standard għall-valutazzjoni tal-kwalità tar-riżultati miksuba) se jiġġeneraw kontinwament dejta ta’ monitoraġġ li tinġabar fil-qosor, tiġi analizzata u interpretata darbtejn fis-sena (għar-rapporti interim u annwali tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni).

Bl-istess mod, sabiex jippermetti li tinġabar informazzjoni aktar speċifika fil- livell tar-riżultati , il-Qafas tal-Monitoraġġ jipprevedi li jagħmel xi stħarriġ annwali (għal kull qasam tematiku); dan se jkun bbażat fuq kwestjonarji fil-biċċa l-kbira tagħhom uniformi, li se jiġu aġġustati b’tali mod li jirriflettu l-kwistjonijiet speċifiċi li jappartjenu għal qasam tematiku partikolari.

Bl-istess mod, se jkun hemm bżonn ta’ aktar riċerka sekondarja kwalitattiva fil-fond fil-livell tar-riżultati intermedji sabiex ikunu jistgħu jiġu traċċati u rrapportati l-analiżi u l-interpretazzjoni tal-kisbiet fost l-oqsma tematiċi. Barra minn hekk, il-laqgħat tal-focus group se jgħinu biex tiġi interpretata l-informazzjoni miġbura dwar il-monitoraġġ permezz ta’ kuntestwalizzazzjoni u sintetizzazzjoni (sabiex jiġi evalwat, pereżempju, kif u sa liema punt l-FRA tikkontribwixxi għal (1) qsim ta’ informazzjoni/tagħlim effettiv u komprensjoni komuni akbar tal-FR fost dawk li jfasslu l-politika jew li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati fl-Istati Membri (2) linji politiċi u leġiżlazzjonijiet tal-UE bbażati fuq l-evidenza fil-qasam tagħha u relevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kondizzjonijiet fl-Istati Membri (3) inkorporazzjoni aħjar tal-kwistjonijiet trasversali tal-FR u konsistenza akbar fil-linji politiċi u l-leġiżlazzjonijiet relatati tal-UE, eċċ.).

Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

Re kwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfat(i) fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil

Id-deċiżjoni għandha tippermetti lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipparteċipa fil-ħidma tal-Aġenzija bħala osservatur u għandha tippermetti lill-Aġenzija tkopri kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

B illi tittratta kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Aġenzija se tkun ta’ għajnuna għall-allinjament gradwali meħtieġ tal-pajjiżmad-dritt tal-Unjoni.

Le zzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Il-proposta għar-Regolament (KE) Nru 168/2007 kien fiha valutazzjoni tal-impatt li tittratta l-kwistjoni tal-ambitu ġeografiku tal-attivitajiet tal-Aġenzija.

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC), il-prekursur tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, wettaq proġetti ta’ PHARE f’pajjiżi kandidati differenti (jiġifieri RO, BG, TR u HR) li rriżultaw li kienu pożittivi ħafna kemm għall-pajjiżi kandidati kif ukoll għall-EUMC.

Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti relevanti oħrajn

Part i mill-ispiża tal-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se titħallas mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

Propos ta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

- Proposta/inizjattiva fis-seħħ, mill-2011 sad-data tas-sħubija tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-UE

- Impatt finanzjarju mill-2011 sal-2013

M etodu/Metodi ta’ ġestjoni previst(i)[3]

( Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[4]

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Regoli ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kondizzjonijiet.

Il-ħidma tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, inkluż il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandhom jiġu evalwati regolarment skont il-qafas stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 168/2007 u b’kunsiderazzjoni tal-Qafas Multiannwali tal-Aġenzija, kif ukoll tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali.

Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll

Risk ju/Riskji identifikat(i)

(1) L-għarfien tal-persunal dwar is-suq partikolari.

(2) Problemi speċifiċi fil-ġbir tad-dejta dwar id-drittijiet fundamentali minħabba nuqqas ta’ fornituri fis-suq.

(3) L-impatt fuq il-proċess tal-akkwist minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà tal-fornituri ta’ servizzi għall-ġbir tad-dejta dwar id-drittijiet fundamentali.

(4) L-impatt fuq ir-riżultati tar-riċerka minħabba ġbir ta’ dejta insuffiċjenti jew nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ dejta.

Metodu/Metodi ta’ kontroll previst(i)

(1) Anal iżi tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi partikolari meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjoni u l-identifikazzjoni tat-taħriġ neċessarju tal-persunal.

(2) Tisħiħ tal-monitoraġġ fuq l-attivitajiet tal-kuntratturi, speċjalment jekk ikunu ġodda fil-forniment ta’ dejta dwar id-drittijiet fundamentali.

Deskrizzjoni ċara tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tal-offerti u l-użu ta’ kuntratti multipli ta’ qafas. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjonijiet għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali.

L-Aġenzija għandha tiffirma l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha toħroġ, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal kollu tagħha.

Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk ikun hemm bżonn, kontrolli fuq il-post fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Aġenzija u l-persunal responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] | AD/AMD ([5]) | minn pajjiżi tal-EFTA[6] | minn pajjiżi kandidati[7] | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

5 | XX 01 01 01 Nefqa relatata mal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali | AMD | LE | LE | LE | LE |

L-impatt stmat fuq in-nefqa

Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 5 | " Nefqa amministrattiva " |

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

DĠ: JLS | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

( Riżorsi umani | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

( Nefqa amministrattiva oħra | - | - | - | - |

TOTAL tad-DĠ JUST | Approprjazzjonijiet | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

Approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | (Impenji totali = Ħlasijiet totali) | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Approprjazzjonijiet TOTALI skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Impenji | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

Ħlasijiet | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

- Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Sommarju

- Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali |

Riżorsi Umani | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

Nefqa amministrattiva oħra | - | - | - | - |

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

Barra l-INTESTATURA 5[8] tal-qafas finanzjarju multiannwali |

Riżorsi Umani | - | - | - | - |

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva | - | - | - | - |

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | - | - | - | - |

TOTAL | 0,061 | 0,061 | 0,061 | 0,183 |

Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

- Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 |

( Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (l-uffiċjali u l-aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Persunal fil-Kwartieri Ġenerali) | 0,5 | 0,5 | 0,5 |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[9] |

TOTAL | 0,5 | 0,5 | 0,5 |

Ir-riżorsi umani meħtieġa mill-Kummissjoni se jintlaħqu minn persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji | Il-ġbir tad-dejta dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |

Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Total |

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament | 0,165 | 0,170 | 0,175 | 0,510 |

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati | 0.165 | 0.175 | 0,175 | 0,510 |

L-impatt stmat fuq id-dħul

- Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

- ( fuq ir-riżorsi tagħha stess

- ( fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: | Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju baġitarju kontinwu | Impatt tal-proposta/inizjattiva[10] |

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 |

Artikolu 603.1 | 0,165 | 0,170 | 0,175 |

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit affettwata/affettwati.

18 04 05 03 u 18 04 05 04

Speċifika l-metodu tal-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

Ara l-anness I tad-deċiżjoni

ANNESS għad- DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Isem tal-proposta/inizjattiva:

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni tal-Unjoni fuq il-parteċipazzjoni tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi, fi ħdan il-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u mal-persunal.

14. IN-NUMRU u l-ISPIŻA tar-RIŻORSI UMANI MEQJUSA BĦALA MEĦTIEĠA

15. L-ISPIŻA ta’ NEFQA OĦRA ta’ NATURA AMMINISTRATTIVA

16. In-numru u l-ispiża tar-riżorsi umani meqjusa bħala meħtieġa

17. Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 |

( Persunal estern |

| FTE | Approprjazzjoni | FTE | Approprjazzjoni | FTE | Approprjazzjoni | | TOTAL INTESTATURA 5 u Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali |0,5 |0,061 |0,5 |0,061 |0,5 |0,061 | |

Ir-riżorsi umani meħtieġa mill-Kummissjoni se jintlaħqu minn persunal mid-DĠ, li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni.

18. L-ispiża ta’ nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

19. Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ kwalunkwe approprjazzjoni ta’ natura amministrattiva

[1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, ĠU L 53 tat-22.2.2007, p. 1.

[2] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Stabbiliment tal-Baġit Abbażi tal-Attivitajiet.

[3] Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[4] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[5] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[6] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[7] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[8] Nefqa u għajnuna teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement il-linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[9] CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija (" Intérimaire") ; JED= " Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[10] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.