|
10.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Awwissu 2011
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-estratt tal-fażola sewda fermentata bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5645)
(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)
(2011/497/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Lulju 2008, il-kumpanija Cantox Health Sciences International ressqet talba f’isem CBC Co. (Japan) lill-awtoritajiet kompetenti fir-Renju Unit biex tkun tista’ tpoġġi l-estratt tal-fażola sewda fermentata fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel għal użu fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Jannar 2009, l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport inizjali tal-istudju tagħha. F’dak ir-rapport ikkonkludiet li l-estratt tal-fażola sewda fermentata kien aċċettabbli bħala ingredjent tal-ikel ġdid sakemm jinżammu l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u l-livelli tal-użu tiegħu. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fil-5 ta’ Frar 2009. |
|
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont dik id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fid-19 ta’ Awwissu 2009. |
|
(6) |
Fit-8 ta’ April 2011, l-EFSA fis-“Scientific Opinion on the safety of a ‘fermented black bean extract’ (Touchi) as a Novel Food ingredient” (2) ikkonkludiet li l-estratt tal-fażola sewda fermentata kien sikur skont l-użu propost u l-kundizzjonijiet dwar l-użu. |
|
(7) |
Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-estratt tal-fażola sewda fermentata huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (3) u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (4), |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estratt tal-fażola sewda fermentata kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel fis-supplimenti tal-ikel bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006, b’konsum massimu ta’ 4,5 g kuljum.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni tal-estratt tal-fażola sewda fermentata awtorizzat permezz ta’ din id-Deċiżjoni fuq it-tikketta tal-oġġett tal-ikel li jkun jinsab fih għandha tkun “estratt tal-fażola sewda (Sojja) fermentata” jew “estratt tas-Sojja fermentata”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil CBC Co. Ltd., 2-15-13, Tsukima, Chuo-ku, Tokjo 104-0052, il-Ġappun.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) EFSA Journal 2011; 9(5):2136. [20 pp.]
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-ESTRATT TAL-FAŻOLA SEWDA FERMENTATA
Deskrizzjoni:
L-estratt tal-fażola sewda fermentata (estratt Touchi) huwa trab fin kannella ċar għani fil-proteini miksub bl-estrazzjoni tal-ilma minn fażola tas-sojja żgħira (Glycine max) fermentata bl-Aspergillus oryzae. L-estratt fih inibitur a-glukosidase.
|
Karatteristiċi kimiċi tal-estratt tal-fażola sewda fermentata |
|
|
xaħam |
Mhux aktar minn 1 % |
|
proteina |
Mhux inqas minn 55 % |
|
ilma |
Mhux aktar minn 7 % |
|
irmied |
Mhux aktar minn 10 % |
|
karboidrati |
Mhux inqas minn 20 % |
|
attività inibitorja tal-a-glukosidaże |
IC50 min 0,025 mg/ml |
|
Iżovlavonju tas-sojja |
Mhux aktar minn 0,3 g/100 g |