European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/253

12.1.2026

Avviż tal-Kummissjoni

Il-Ftehim Qafas Inklużiv tal-OECD dwar l-Isfera ta’ Sikurezza u d-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru

(C/2026/253)

1.   Kummenti ġenerali

Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-Ftehim Qafas Inklużiv tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-Isfera ta’ Sikurezza adottat fil-5 ta’ Jannar 2026  (1), u tikkonferma l-applikazzjoni tiegħu fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 (2) (minn hawn ’il quddiem: id-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru).

2.   Id-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru u l-Ftehimiet Qafas Inklużivi dwar l-Isfera ta’ Sikurezza

L-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2022/2523 jistipula li:

B'deroga mill-Artikoli 26 sa 31, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, it-taxxa kumplimentari dovuta minn grupp f'ġuriżdizzjoni għandha titqies li tkun żero għal sena fiskali jekk il-livell effettiv ta’ tassazzjoni tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali kwalifikanti dwar portijiet sikuri (sferi ta’ sikurezza).

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, “ftehim internazzjonali li jikkwalifika dwar portijiet sikuri' jfisser sett ta’ regoli u kundizzjonijiet internazzjonali li l-Istati Membri kollha jkunu taw il-kunsens tagħhom għalihom u li jagħti lill-gruppi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-possibbiltà li jagħżlu li jibbenefikaw minn port sikur wieħed jew aktar għal ġuriżdizzjoni.”

3.   Sferi ta’ Sikurezza adottati f’Jannar 2026

Fil-5 ta’ Jannar 2026, ġew miftiehma l-Isferi ta’ Sikurezza li ġejjin fil-Qafas Inklużiv tal-OECD u l-Istati Membri kollha taw il-kunsens tagħhom għalihom:

—

Sfera ta’ Sikurezza tal-ETR simplifikata;

—

Estensjoni tal-Isfera ta’ Sikurezza tas-CbCR Tranżizzjonali;

—

Sfera ta’ Sikurezza għall-Inċentiv tat-Taxxa bbażata fuq is-Sustanza;

—

Sistema Maġenb Xulxin (li tinkludi l-Isfera ta’ Sikurezza Maġenb Xulxin u l-Isfera ta’ Sikurezza tal-Entità Omm Apikali (Ultimate Parent Entity, UPE)).


(1)   https://www.oecd.org/content/dam/oecd/en/topics/policy-sub-issues/global-minimum-tax/side-by-side-package.pdf.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2523/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/253/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)