<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0126</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:489">EU:C:2017:489</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170622">22.6.2017</DATE> – KAWŻA C-126/16</P><P>FEDERATIE NEDERLANDSE VAKVERENIGING ET</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/23/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 3 sa 5</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>pre-pack<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Sopravivenza ta’ impriża</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-126/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (qorti tal-Midden-Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni <DATE ISO="20160224">24 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160226">26 ta’ Frar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Federatie Nederlandse Vakvereniging,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Karin van den Burg-Vergeer,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lyoba Tanja Alida Kukupessy,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Danielle Paase-Teeuwen,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Smallsteps BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Federatie Nederlandse Vakvereniging, kif ukoll għal Karin van den Burg-Vergeer, Lyoba Tanja Alida Kukupessy, Danielle Paase-Teeuwen u Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk, minn A. Simsek, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Smallsteps BV, minn B.F.H. Rumora-Scheltema, H.T. ten Have u R.J. van Galen, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn J. Langer u M. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20170329">29 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2001">ĠU 2001 L 82, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kunest ta’ tilwima bejn il-Federatie Nederlandse Vakvereniging, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>FNV<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), organizzazzjoni sindakali Olandiża, kif ukoll Karin van den Burg-Vergeer, Lyoba Tanja Alida Kukupessy, Danielle Paase-Teeuwen u Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk, u Smallsteps BV rigward il-konstatazzjoni ta’ trasferiment tar-relazzjonijiet ta’ impjieg lejn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 tikkostitwixxi l-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KE, tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU 1977 L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU 1998 L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2001/23 hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Huwa neċessarju li jigi provdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjiega, b’mod partikulari, sabiex jigi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardati.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ mpri¿a, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjiega bhala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>“Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkaw¿ati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it-trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tkun ta’ xkiel għal tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm l-Istati Membri ma jipprovdux xort’oħra, l-Artikoli 3 u 4 m’ għandhomx japplikaw għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju meta min ikun qed jagħmel it-trasferiment huwa s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ falliment jew ta’ xi proċedimenti analogi ta’ falliment li kienu istitwiti bl-iskop tal-likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min qed jagħmel it-trasferiment u huma taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti (li tista’ tkun prattikant tal-falliment awtorizzat minn awtorità pubblika kompetenti).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-Artikoli 3 u 4 japplikaw għal trasferiment waqt proċedimenti ta’ falliment li nfetħu għar-rigward ta’ min jagħmel it-trasferiment (kemm jekk dawk il-proċedimenti jkunu nbdew bl-iskop tal-likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min ikun qed jagħmel it-trasferiment kemm jekk le) u sakemm dawn il-proċedimenti jkunu taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti (li tista’ tkun prattikant tal-falliment determinat mil-liġi nazzjonali) Stat Membru jista’ jipprovdi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>minkejja l-Artikolu 3(1), id-djun ta’ min ikun qed jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn xi kuntratti ta’ mpjieg jew relazzjonijiet ta’ mpjieg u pagabbli qabel it-trasferiment jew qabel il-ftuħ tal-proċedimenti tal-falliment m’għandhomx jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment, sakemm dawn il-proċedimenti jikkawżaw, taħt il-liġi dak l-Istat Membru, protezzjoni għall-inqas ekwivalenti għal dik prevista f’sitwazzjonijiet koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE ta’ l-<DATE ISO="19801020">20 ta’ Ottubru 1980</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri konnessi mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ tal-falliment ta’ min jimpjegahom [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 217],</TXT><P>jew alternattivament, li,</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>min lilu jsir it-trasferiment, min jagħmel it-trasferiment jew il-persuna jew persuni li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ min jagħmel it-trasferiment, minn naha wahda, u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati min-naha l-oħra jistgħu jaqblu li jsiru tibdiliet, sa fejn tippermetti il-liġi jew il-prattika kurrenti, għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ l-impjegati ddisinnjati għas-salvagwardja ta’ l-opportunitajiet ta’ l-impjieg billi jiżguraw is-soppravivenza ta’ l-impriża, in-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ japplika l-paragrafu 2(b) għal kull trasferiment meta min jagħmel it-trasferiment ikun f’qagħda ta’ kriżi ekonomika serja, kif definita mill-liġi nazzjonali, sakemm il-qagħda tiġi ddikjarata minn awtorità pubblika kompetenti u tkun miftuħa għal sorveljanza ġudizzjarja, bil-kundizzjoni li dawn id-disposizzjonijiet kienu digà jeżistu fil-liġi nazzjonali fis-<DATE ISO="19980717">17 ta’ Lulju 1998</DATE>.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati bl-iskop li jipprevjenu l-użu hażin tal-proċedimenti ta’ falliment b’tali mod li jċaħħdu lill-impjegati mid-drittijiet previsti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw, fid-dritt Olandiż, id-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment tal-impriżi huma l-Artikoli 7:662 sa 7:666 u l-Artikolu 7:670(8) tal-Burgerlijk Wetboek (kodiċi ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>BW<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7:662(2)(a) tal-BW jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Trasferiment: it-trasferiment, wara ftehim, amalgamazzjoni jew diviżjoni, ta’ entità ekonomika li tppreżerva l-identità tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, l-Artikolu 7:663 tal-BW jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>It-trasferiment ta’ impriża tinkludi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> t-trasferiment, liċ-ċessjonarju, tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw f’dak il-mument, għall-persuna li timpjega f’din l-impriża, mill-kuntratt ta’ xogħol li hemm bejnu stess u ħaddiem attiv fi ħdan l-impriża. Madankollu, matul is-sena wara t-trasferiment, il-persuna li timpjega u ċ-ċessjonarju jibqgħu vinkolati <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol u maħluqa qabel dan il-mument.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7:666 tal-BW jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Artikoli 7:662 sa 7:665 u l-Artikolu 7:670(8) ma japplikawx għat-trasferiment ta’ impriża meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna li timpjega hija ddikjarata fi stat ta’ falliment u li l-impriża tidħol fil-massa tal-insolvenza […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7:670 tal-BW:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>il-persuna li timpjega ma tistax tirrixxendi l-kuntratt ta’ xogħol mal-ħaddiem attiv fl-impriża tiegħu minħabba t-trasferiment ta’ din l-impiża kif imsemmi fl-Artikolu 7:662(2)(a);</P><P>[…]”</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-2012 ’il hawn, diversi qrati Olandiżi rrikorrew għall-pre-pack. Din hija operazzjoni fuq l-attivi preparata qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, bil-kunsens tal-kuratur mistenni maħtur minn qorti, u hija implementata minnu immedjatament wara li jiġi ddikjarat il-falliment. Fil-kuntest ta’ dan il-pre-pack, din il-qorti taħtar ukoll imħallef kummisarju mistenni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sa din il-ġurnata, fil-Pajjiżi l-Baxxi, la l-fażi preparatorja u lanqas il-pre-pack bħala tali ma huma iskritti fil-liġi iżda huma r-riżultat tal-prattika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sal-falliment tagħha, Estro Groep BV kienet l-ikbar kumpannija ta’ skejjel tat-tfal żgħar fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija kellha xi 380 stabbiliment fit-territorju kollu tal-Pajjiżi l-Baxxi kollha u kienet timpjega madwar <FT TYPE="NUMBER">3600</FT> ħaddiem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’Novembru 2013 sar prevedibbli li, fin-nuqqas ta’ finanzjament ġdid, Estro Groep ma kinitx ser tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha sas-sajf tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tfittxija ta’ tali finanzjament, Estro Groep kienet, inizjalment, ikkoordinat mad-donaturi finanzjarji u l-azzjonisti prinċipali tagħha, kif ukoll ma’ donaturi finanzjarji oħra sabiex tikseb finanzjamenti ġodda. Madankollu, din il-konsultazzjoni, imsejħa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Pjan A<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> minn Estro Groep ma kinitx ta’ suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-istess żmien tan-negozjati fil-kuntest tal-Pjan A, Estro Groep fasslet pjan alternattiv, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>proġett Butterfly<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Dan il-pjan alternattiv kien jipprevedi l-bidu mill-ġdid ta’ parti importanti mill-impriża Estro Groep wara pre-pack. L-imsemmi bidu mill-ġdid kellu jseħħ abbażi ta’ bidu mill-ġdid ta’ 243 ċentru minn 380, fuq iż-żamma tal-impjieg għal kważi <FT TYPE="NUMBER">2500</FT> ħaddiem fuq total ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">3600</FT> u fuq il-kontinwità tas-servizz fl-istabbilimenti kollha fix-xahar ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-implementazzjoni tal-proġett Butterfly, Estro Groep ikkuntattjat bħala xerrej potenzjali lill-kumpannija potenzjali H.I.G. Capital biss, kumpannija oħt tal-azzjonista prinċipali tagħha Bayside Capital. Ma ġiet eżaminata l-ebda possibbiltà oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, Estro Groep ressqet quddiem ir-Rechtbank Amsterdam (qorti ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) rikors għall-ħatra ta’ kuratur mistenni. Dan inħatar fl-<DATE ISO="20140610">10 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE>, Smallsteps ġiet ikkostitwita sabiex tieħu bħala impriża li ser tibda mill-ġdid, f’isem H.I.G. Capital, parti kbira mill-iskejjel ta’ tfal żgħar ta’ Estro Groep fil-kuntest tal-proġett Butterfly.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-persunal kollu ta’ Estro Groep irċieva posta elettronika li tindika li t-talba għad-dikjarazzjoni tal-falliment kienet se tkun imressqa fl-<DATE ISO="20140704">4 ta’ Lulju 2014</DATE> u li tispeċifika li l-persunal kien eventwalment imsejjaħ għal laqgħa qabel din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140704">4 ta’ Lulju 2014</DATE>, Estro Groep ressqet quddiem ir-Rechtbank Amsterdam (qorti ta’ Amsterdam), talba għas-sospensjoni ta’ pagament. Fil-<DATE ISO="20140705">5 ta’ Lulju 2014</DATE>, din it-talba nbidlet f’talba għad-dikjarazzjoni tal-falliment li ġie ddikjarat fl-istess ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata, fil-<DATE ISO="20140705">5 ta’ Lulju 2014</DATE>, ġie ffirmat pre-pack bejn il-kuratur u Smallsteps li abbażi tiegħu, din tal-aħħar xtrat l-impriża li fiha madwar 250 stabbiliment u ntrabtet sabiex toffri impjieg lil kważi <FT TYPE="NUMBER">2600</FT> ħaddiem ta’ Estro Groep fil-ġurnata tad-dikjarazzjoni tal-falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140707">7 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-kuratur keċċa lill-ħaddiema kollha ta’ Estro Groep. Kważi <FT TYPE="NUMBER">2600</FT> ħaddiema li kienu preċedentement impjegati minn Estro Groep ġew offruti kuntratt ta’ xogħol ġdid mingħand Smallsteps u iktar minn elf finalment ġew imkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-FNV u l-erba’ rikorrenti oħra li kienu jaħdmu fiċ-ċentri meħuda minn Smallsteps, iżda li, wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ Estro Groep, ma ġewx offruti kuntratti ta’ xogħol ġodda, ippreżentaw rikors quddiem il-qorti tar-rinviju li permezz tiegħu talbu, prinċipalment, sabiex jiġi kkonstatat li d-Direttiva 2001/23 tapplika għall-pre-pack konkluż bejn Estro Groep u Smallsteps, u li, b’hekk, l-imsemmija erba’ rikorrenti kellhom jitqiesu bħala li issa jaħdmu <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> għal Smallsteps, billi jiġu ppreżervati l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom. Sussidjarjament, huma talbu li jiġi kkonstatat li l-Artikoli 7:662 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-BW japplikaw xorta, peress li t-trasferiment tal-impriża seħħ qabel il-ġurnata tad-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ Estro Groep. Smallsteps ikkontestat it-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank Midden-Nederland (qorti ta’ Midden-Nederland) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ trasferiment tal-impriża ddikjarata f’falliment, li jseħħ fil-kuntest ta’ falliment preċedut minn pre-pack taħt l-istħarriġ tal-qorti, u intiż b’mod espliċitu sabiex jinżammu (partijiet tal-impriża), il-proċedura Olandiża ta’ falliment hija konformi mal-għan u l-iskop tad-Direttiva 2001/23 u l-Artikolu 7:666, paragrafu 1, il-parti inizjali u s-subparagrafu (a), BW, f’dan ir-rigward, (għadu) effettivament konformi mad-Direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 hija applikabbli fil-każ fejn, qabel saħansitra l-bidu tal-falliment, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kuratur mistenni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> maħtur mill-qorti jinforma ruħu dwar is-sitwazzjoni tad-debitur, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ eventwali bidu mill-ġdid tal-attivitajiet tal-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-bidu mill-ġdid permezz ta’ operazzjoni fuq assi li tinvolvi trasferiment tal-impriża tad-debitur jew ta’ parti minnha fid-data tal-falliment jew eżatt wara, u dawn l-attivitajiet huma segwiti, totalment jew parzjalment b’mod (prattikament) mhux interrott?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Hemm differenza f’dan ir-rigward skont jekk il-pre-pack għandux bħala għan prinċipali t-tkomplija tal-impriża jew jekk, permezz tal-pre-pack u l-bejgħ tal-assi fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tkomplija tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> eżatt wara l-falliment, il-kuratur (mistenni) jkollux prinċipalment l-għan li jżid sal-massimu tiegħu d-dħul tat-trasferiment għall-kredituri kollha jew jekk il-qbil għat-trasferiment tal-assi jkun seħħ qabel il-falliment fil-kuntest ta’ pre-pack (tkomplija tal-impriża) u l-eżekuzzjoni tiegħu tiġi fformalizzata jew imwettqa wara l-falliment?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ pre-pack qabel il-falliment tal-impriża, il-mument tat-trasferiment tal-impriża jiġi stabbilit, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 u tal-Artikoli 7:662 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> BW li jirriżultaw minnha, bil-qbil effettiv, li jseħħ qabel il-falliment, li l-impriża tiġi ttrasferita jew dan il-mument huwa stabbilit permezz tad-data li fiha effettivament tgħaddi, miċ-ċedent għaċ-ċessjonarju, il-kwalità ta’ imprenditur tal-entità inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Wara li ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, Smallsteps, permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>, talab li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Smallsteps sostniet, insostenn ta’ din it-talba, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fihom malintiżi fir-rigward tal-proċedura tal-pre-pack.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà, għall-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan l-Istatut, li jippreżentaw osservazzjonijiet b’risposta għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu d-dmir li pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma hija marbuta la mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas mill-motivazzjoni li abbażi tagħha huwa jasal għal dawn il-konklużjonijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-312/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:794">EU:C:2015:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ persuna kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu liema jkunu l-mistoqsijiet li jkun qed jeżamina hawn, ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi bażi li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fi kwalunkwe mument, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jekk tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew li l-kawża għandha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-persuni kkonċernati (ara, is-sentenza tad- <REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pesce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑78/16 u C‑79/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:428">EU:C:2016:428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li għandha l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-kunsiderazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li tinfetaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-kompetenza ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. F’dan id-dawl, jekk ikun il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Município de Palmela</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-144/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:76">EU:C:2017:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li l-ewwel sat-tielet domandi, li għandhom jiġu analizzati flimkien, għandhom jiġu interpretati li qed jistaqsu, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), għandux jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni lill-ħaddiema ggarantita mill-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżammx, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, imħejji preċedentement u implementat immedjatament wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, huwa f’tali kuntest, li b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kuratur mistenni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, maħtur mill-qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment bil-għan li jitwettaq dan l-għan, u, barra minn hekk, jekk ikun rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit mill-operazzjoni pre-peck, jirrigwarda kemm il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża inkwistjoni kif ukoll il-massimazzjoni tal-prodott tat-trasferiment għall-kredituri kollha ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-bidu nett, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2001/23 hija intiża li tipproteġi, kif jirriżulta mill-premessa 3 tagħha, lill-ħaddiema, b’mod partikolari billi tiżgura ż-żamma tad-drittijiet tagħhom f’każ ta’ bidla tat-tmexxija tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol jew relazzjoni ta’ xogħol eżistenti fid-data ta’ trasferiment ta’ impriża għandhom, minħabba dan il-fatt, jiġu ttrasferiti liċ-ċessjonarju. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, dan jipproteġi lill-ħaddiema mit-tkeċċija mwettqa miċ-ċedent jew miċ-ċessjonarju abbażi biss tat-trasferiment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz ta’ deroga, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi li s-sistema ta’ protezzjoni, imsemmija f’dawn l-Artikoli 3 u 4, ma tapplikax għat-trasferiment ta’ impriżi mwettqa fil-kundizzjonijiet speċifikati minn din id-dispożizzjoni, sakemm l-Istati Membri ma jistabbilixxux mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmi Artikolu 5(1), sa fejn, bħala prinċipju, jagħmel inapplikabbli s-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ ċerti trasferimenti ta’ impriża u jiddevja b’hekk mill-għan prinċipali li huwa l-bażi tad-Direttiva 2001/23, għandu neċessarjament ikun suġġett għal interpretazzjoni stretta (ara, fir-rigward tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 77/187, kif emendata bid-Direttiva 98/50, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020604">4 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Beckmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-164/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:330">EU:C:2002:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Jekk jirriżulta mill-kliem stess tal-ewwel parti tas-sentenza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 li l-Istati Membri għandhom il-fakultà, fiċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li jimplementaw is-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, stabbilita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva, fil-kawża prinċipali, madankollu, l-Istat Membru inkwistjoni ma użax din il-fakultà, kif ikkonferma l-Gvern Olandiż, waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, billi jippermetti deroga mis-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, huwa applikabbli għal kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-proċedura msemmija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, jispeċifika, b’mod kumulattiv, li ċ-ċedent għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ falliment jew għal proċeduri ta’ insolvenza simili. Barra minn hekk, din il-proċedura għandha tinbeda għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent u tkun taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kundizzjoni skont liema ċ-ċedent għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ falliment jew ta’ insolvenza simili, din ma tistax tiġi estiża, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ interpretazzjoni stretta, imfakkar fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, għal operazzjoni li tħejji l-falliment iżda li ma jwassalx għalih, kif imsemmi diġà mill-Avukat Ġenerali fil-punt 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 14 ta’ din is-sentenza, l-operazzjoni pre-pack inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, ċertament, ippreparata qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment iżda hija tiġi implementata wara. Peress li tali operazzjoni, timplika effettivament il-falliment, hija, għaldaqstant, tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>proċedura ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, jeżiġi li l-proċedura ta’ falliment jew ta’ stralċ simili jinbdew għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent. F’dan ir-rigward, huwa mifhum, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ma tissodisfax lil din il-kundizzjoni proċedura intiża għall-prosegwiment tal-attività tal-impriża kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>d’Urso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-362/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:326">EU:C:1991:326</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951207">7 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Spano <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-472/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:421">EU:C:1995:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-differenzi bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ proċedura, kif speċifika l-Avukat Ġenerali fil-punti 57 u 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, proċedura hija intiża għall-prosegwiment tal-attività li għandha l-għan li tiġi ssalvagwardjata n-natura operazzjonali tal-impriża jew tal-unitajiet vijabbli. Min-naħa l-oħra proċedura li twassal għal-likwidazzjoni tal-beni intiża li timmassimizza d-diżinteressament kollettiv tal-kredituri. Minkejja li ma huwiex eskluż li tista’ teżisti ċerta koinċidenza bejn dawn iż-żewġ għanijiet li jsegwu proċedura speċifika, l-għan prinċipali ta’ proċedura fir-rigward tal-prosegwiment ta’ attività tal-impriża jibqa’, fi kwalunkwe każ, is-salvagwardja tal-impriża kkonċernata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li operazzjoni pre-pack, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija intiża sabiex tħejji ċ-ċessjoni tal-impriża fl-iċken dettalji sabiex tippermetti l-bidu mill-ġdid rapidu tal-unitajiet vijabbli tal-impriża wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment sabiex b’hekk tiġi evitata d-diżordni li tista’ tirriżulta miċ-ċessjoni brutali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża fid-data tad-dikjarazzjoni tal-falliment, b’mod li jiġi ppreżervat il-valur tal-imsemmija impriża u l-impjiegi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li tali operazzjoni ma hijiex intiża, b’mod definittiv, għal-likwidazzjoni tal-impriża, l-għan ekonomiku u soċjali li hija ssegwi ma jistax jispjega u lanqas jiġġustifika li, meta l-impriża kkonċernata tkun suġġetta għal trasferiment totali jew parzjali, il-ħaddiema tagħha jiġu miċħuda d-drittijiet lilhom irrikonoxxuti fid-Direttiva 2001/23 (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951207">7 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Spano <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-472/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:421">EU:C:1995:421</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 30).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konstatazzjoni, imwettqa fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, is-sempliċi fatt li l-imsemmija operazzjoni pre-pack tista’ tirrigwarda wkoll kemm il-massimazzjoni tad-diżinteressament tal-kredituri ma tistax tittrasformaha fi proċedura miftuħa għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li tali operazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li għandha bħala għan prinċipali s-salvagwardja tal-impriża falluta, anki jekk ma taqax taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 47 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kundizzjoni skont liema l-proċedura, imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, għandha tkun taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika, għandu jiġi rrilevat li l-fażi tal-operazzjoni pre-pack, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippreċedi d-dikjarazzjoni ta’ falliment, ma għandha l-ebda bażi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għaldaqstant, din l-operazzjoni ma hijiex ġestita taħt is-superviżjoni tal-qorti, iżda, jif jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, mill-amministrazzjoni tal-impriża li tmexxi n-negozjati u tadotta d-deċiżjonijiet bi preparazzjoni tal-bejgħ tal-impriża falluta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li huwa maħtur mill-qorti, fuq talba tal-impriża falluta, il-kuratur mistenni kif ukoll l-imħallef kummissarju mistenni formalment ma għandhom l-ebda setgħa. Għaldaqstant, ma huma superviżjonati minn ebda awtorità pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra dan, sa fejn, rapidament wara l-bidu tal-falliment, il-kuratur jitlob u jirċievi l-awtorizzazzjoni tal-imħallef kummissarju għaċ-ċessjoni tal-impriża, dan tal-aħħar għandu jkun ġie infurmat u, essenzjalment, u ma jkun qajjem ebda oppożizzjoni għal din iċ-ċessjoni, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-proċedura tista’ tinvalida kompletament il-kontenut tas-superviżjoni eventwali minn awtorità pubblika kompetenti fuq il-proċedura ta’ falliment u, għaldaqstant, ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ superviżjoni minn awtorità msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li operazzjoni ta’ pre-pack bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha previsti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 u li, konsegwentement, ma tidderogax mis-sistema ta’ protezzjoni prevista fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u t-tielet domandi magħmula hija li d-Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li l-protezzjoni tal-ħaddiema ggarantita permezz tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżamm fis-sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’<?PAGE NO="10"?> impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, ippreparata preċedentement u implementata immedjatament wara d-dikjarazjzoni ta’ falliment, fil-kuntest ta’ liema, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kuratur mistenni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, maħtur minn qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-prosegwiment, u, barra minn hekk, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit minn din l-operazzjoni ta’ pre-pack tirrigwarda wkoll il-massimazzjoni tal-prodott taċ-ċessjoni għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel sat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tal-ħaddiema ggarantita permezz tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżamm fis-sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, ippreparata preċedentement u implementata immedjatament wara d-dikjarazjzoni ta’ falliment, fil-kuntest ta’ liema, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kuratur mistenni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, maħtur minn qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-prosegwiment, u, barra minn hekk, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit minn din l-operazzjoni ta’ pre-pack tirrigwarda wkoll il-massimazzjoni tal-prodott taċ-ċessjoni għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>