Official Journal L 057 , 15/03/1995 P. 0051 - 0052
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 559/95 tat-3 ta' Marzu 1995 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull sub-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fil-merkanzija; Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet provduti fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' verifika doppja u għas-sorveljanza minn qabel jew retrospettiva ta' prodotti tat-tessut fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li torbot fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissuktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' 60 jum mid-detentur; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, informazzjoni li torbot tat-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax iżjed ma’ dan ir-Regolament tista’ tkompli tkun invokata skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' 60 jum. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f'Brussel, fit-13 ta' Marzu 1995. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 345, tal-31.12.1994, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Biċċa drapp rettangulari ħafif (105 × 180 cm) (100 % qoton) minn liema żewġ naħat huma bil-keffa u tnejn bil-ħwiexi. Għandu mottivi b'ħafna ilwien fuq il-wiċċ prinċipali b'bordura dejqa ta' stampat sempliċi matul il-ħwiexi (Shawl). (See photograph No 528) [1] | 62149010 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, nota 7 fit-taqsima XI u l-kliem tal-kodiċijiet NM 6214, 621490 u 62149010 Il-klassifikazzjoni ta' dawn l-oġġetti bħala ilbies ta' l-intestatura Nru 6201 sa 6211 hija eskluża għaliex m'għandhomx karatterisitiċi ta' ilbies ta' dawn l-intestaturi. | +++++ TIFF +++++ [1] ir-ritratti huma purament għall-iskopijiet ta' illustrazzjoni. --------------------------------------------------