<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.1000918701.case.xml"><NO.CASE>C-53/09</NO.CASE><NO.CASE>C-55/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0053</NO.CELEX><NO.SEQ>0008.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9191</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9216</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20101007">7.10.2010</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-53/09 U C-55/09</LEFT><RIGHT>LOYALTY MANAGEMENT UK U BAXI GROUP</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-53/09 u C-55/09,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-House of Lords (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20081215">15 ta’ Diċembru 2008</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja, fis-6 u fid-<DATE ISO="20090209">9 ta’ Frar 2009</DATE> rispettivament, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Loyalty Management UK Ltd</HT> (C-53/09),</P><P><HT TYPE="BOLD">Baxi Group Ltd</HT> (C-55/09),</P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-9192"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev, A. Rosas (Relatur), U. Lõhmus u P. Lindh, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Loyalty Management UK Ltd, minn G. Sinfield, solicitor, u D. Milne, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għal Baxi Group Ltd, minn B. Cooper, solicitor, u D. Scorey, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth u S. Hathaway, bħala aġenti, assistiti minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="I-9193"?><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Georgiadis u I. Bakopoulos kif ukoll minn M. Tassopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Afonso u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 11A(1)(a), kif ukoll tal-Artikolu 17(2), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn il-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Commissioners<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Loyalty Management UK Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>LMUK<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) (Kawża C-53/09) u Baxi Group Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Baxi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) (Kawża C-55/09) dwar il-klassifikazzjoni, fil-qasam<?PAGE NO="I-9194"?> tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), tal-korrispettiv għall-ħlasijiet mill-amministratur tal-iskema ta’ premjijiet għal-lealtà lill-fornituri, li jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti, u mill-kummerċjant lill-amministratur tal-iskema ta’ premjijiet għal-lealtà, li jipprovdi tali premjijiet, rispettivament.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, għandhom ikunu suġġetti għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà korporali [tanġibbli].</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-9195"?><PARAG IDENTIFIER="005.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni minn persuna taxxabbli ta’ oġġetti li jifformaw parti mill-assi tan-negozju tagħha għall-użu privat tagħha jew tal-persunal tagħha, jew biex issir it-tneħħija tagħhom mingħajr ħlas, jew b’mod iktar ġenerali, l-applikazzjoni tagħhom għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha, fejn i[l-VAT] fuq l-oġġetti in kwistjoni jew il-partijiet komponenti tagħhom […] setgħet titnaqqas kollha jew parti minnha, għandhom jitqiesu bħala provvisti bi ħlas. Iżda applikazzjonijet biex jingħataw kampjuni jew rigali ta’ valur żgħir għall-iskopijiet tan-negozju tal-persuna taxxabbli m’għandhomx ikunu hekk meqjusa.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Provvista tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>; tfisser kull operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ oġġetti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala provvisti ta’ servizzi bi ħlas:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi magħmula mingħajr ħlas minn persuna taxxabbli għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha jew b’mod iktar ġenerali għal skopijiet barra dawk tan-negozju tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-9196"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><SUBDIV><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>A.</NO.P><TXT>Fit-territorju tal-pajjiż</TXT></NP></TI></TITLE><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammont taxxabbli għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi barra dawk msemmija f’(b), (ċ) u (d) isfel, dak kollox li jikkostitwixxi l-konsiderazzjoni [korrispettiv] li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej, il-klijenti jew it-tielet parti għal dawn il-provvisti inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tat-tali provvisti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></SUBDIV></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17(2), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizi jintużaw għall-iskop tat-transazzjonijiet taxxabbli tagħha, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas mit-taxxa li għandu jħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-[VAT] imħalsa għal merkanzija jew servizzi pprovduti jew li se jkunu pprovduti lilha minn persuna taxxabbli oħra li għandha tħallas it-taxxa fit-territorju tal-pajjiż;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9197"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-[VAT] dovut jew imħallas għal merkanzija importata fit-territorju tal-pajjiż;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-[VAT] dovuta skond l-Artikoli 5(7) (a), 6(3) u 28a(6).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikoli 14, 16, 24, 26, 73, 74 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), essenzjalment jirriproduċu l-kliem tal-Artikoli 5, 6, 11A(1)(a), kif ukoll tal-Artikolu 17(2) fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali huma l-Artikoli 2, 5, 19, 24, 25, u 26 tal-Liġi tal-1994 dwar il-VAT (Value Added Tax Act 1994), kif ukoll il-paragrafi 1 sa 5 tal-Anness 4 u l-paragrafu 6 tal-Anness 6 tagħha. Dawn id-dispożizzjonijiet jirriproduċu l-Artikoli analogi li jinsabu fis-Sitt Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9198"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kawża C-53/09</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>LMUK topera skema ta’ premjijiet għal-lealtà tal-klijenti. Fil-kuntest ta’ din l-iskema, il-klijenti jirċievu punti li jistgħu jsarrfu fi premjijiet għal-lealtà, li jikkonsistu f’oġġetti jew servizzi, meta jixtru kwantitajiet kbar ta’ oġġetti jew ta’ servizzi minn għand bejjiegħa bl-imnut li jipparteċipaw fl-imsemmija skema. F’din l-istess iskema jeżistu erba’ parteċipanti, jiġifieri l-isponsers, li f’dan il każ huma l-bejjiegħa bl-imnut li jipprovaw iħajjru lill-klijenti jixtru iktar minn għandhom, il-klijenti, l-amministraturi tal-iskema kkonċernata, li f’dan il-każ hija LMUK, u l-fornituri, li f’dan il-każ huma l-kumpanniji li jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijienti meta dawn isarrfu l-punti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-isponsers jagħtu punti lill-klijenti għal kull xirja skont is-somma li tintefaq. Meta l-klijenti jakkumulaw numru biżżejjed ta’ punti, huma jistgħu jirċievu premju għal-lealtà meta jsarrfu l-punti tagħhom, bla ħlas, jew bi prezz orħos. Il-premjijiet għal-lealtà huma pprovduti mill-fornituri.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-iskema, l-isponsers iħallsu lil LMUK somma speċifika għal kull punt mogħti. Huma jħallsu wkoll miżata annwali għall-kummerċjalizzazzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-iskema inkwistjoni. Il-fornituri jirċievu somma fissa min-naħa ta’ LMUK għal kull punt li jissarraf, li tissejjaħ il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-fornituri joħorġu fattura lil LMUK li tinkludi l-VAT fuq l-imsemmija kummissjoni. Meta LMUK ipprovat tnaqqas din il-VAT tal-input, il-Commissioners iddeċidew li<?PAGE NO="I-9199"?> t-taxxa mħallsa kienet tikkostitwixxi taxxa fuq kummissjoni li tirrappreżenta ħlas bħala korrispettiv għal tranżazzjonijiet imwettqa mill-fornituri, mhux għall-benefiċċju ta’ LMUK, iżda għall-benefiċċju tal-klijenti, minkejja li dawn it-tranżazzjonijiet huma mħallsa, kollha jew parti minnhom, minn LMUK. Għaldaqstant, il-Commissioners qiesu li l-kummissjoni inkwistjoni kienet il-korrispettiv, imħallas minn terz, inkambju għal provvista ta’ premjijiet għal-lealtà lill-klijenti, u li konsegwentement, LMUK ma kellhiex id-dritt tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa fuq din il-kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>LMUK appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-VAT and Duties Tribunal. Din il-qorti qieset li l-provvista tal-oġġetti magħmula mill-fornituri lill-klijenti meta jsarrfu l-punti, għandha tiġi kkunsidrata bħala provvista ta’ servizzi pprovduta lil LMUK.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Commissioners appellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales). Din il-qorti, filwaqt li biddlet is-sentenza tal-VAT and Duties Tribunal, ikkonkludiet li l-fornituri kienu qegħdin jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti u li l-kummissjoni inkwistjoni kienet korrispettiv imħallas minn terz, f’dan il-każ minn LMUK, inkambju għall-imsemmija provvista. Il-Commissioners qajmu wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>argument sussidjarju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), rigward il-każ fejn ir-rikompensi kienu jikkonsistu f’oġġetti u li skont dan, jekk il-fornituri kienu jipprovdu tali oġġetti lil LMUK, minn dan jirriżulta li LMUK kienet il-persuna taxxabbli għat-taxxa tal-output fuq il-preżunta provvista sussegwenti ta’ dawn l-istess oġġetti lill-klijenti skont l-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva. Il-High Court of Justice (England &amp; Wales) iddeċidiet favur il-Commissioners rigward l-argument sussidjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>LMUK appellat quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) li biddlet is-sentenza tal-High Court of Justice (England &amp; Wales). Il-Court of Appeal (England &amp; Wales) qieset li LMUK kienet tħallas il-kummissjoni lill-fornituri bħala korrispettiv<?PAGE NO="I-9200"?> għall-provvista ta’ servizz ipprovdut minn dawn lil LMUK. Konsegwentement, LMUK kellha d-dritt tnaqqas il-VAT li kellha titħallas fuq din il-kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Adita minn appell tal-Commissioners, il-House of Lords ikkonkludiet li deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/112, li qabel kienet is-Sitt Direttiva, kienet neċessarja sabiex tiddeċiedi l-kawża quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-House of Lords iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin;</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Fiċ-ċirkustanzi fejn persuna taxxabbli (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>promotur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>) teżerċità attività kummerċjali fejn tamministra skema ta’ premjijiet għal-lealtà għal diversi klijenti partecipanti [...], li permezz tagħha il-promotur jidħol f’diversi ftehim kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ftehim ma’ diversi kumpanniji msejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>sponsers<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> li jipprovdu li l-isponsers jagħtu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>punti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> lill-klijenti [...] li jixtru oġġetti jew servizzi mill-isponsers u l-isponsers jagħmlu ħlasijiet lill-promotur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ftehim mal-[klijenti] li jinkludu dispożizzjonijiet li, meta jixtru oġġetti u/jew servizzi mill-isponsers, huma jirċievu punti li jistgħu jsarrfu f’oġġetti u/jew servizzi; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Ftehim ma’ diversi kumpanniji (imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fornituri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>) li jipprovdu li l-fornituri jaċċettaw, fost l-oħrajn, li jipprovdu oġġetti u/jew servizzi lil [klijenti] għal prezz li huwa inqas milli kieku jkun pagabbli jew għal ebda ħlas meta l-[klijent] isarraf<?PAGE NO="I-9201"?> il-punti u min-naħa tiegħu il-promotur iħallas <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ħlas għas-servizz [kummissjoni]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> li huwa kkalkulat skont in-numru ta’ punti li jistgħu jissarrfu ma’ dak il-fornitur matul il-perijodu rilevanti.</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Kif għandhom jiġu interpretati l-Artikoli 14, 24 u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 [...] (li qabel kienu l-Artikoli 5, 6 u 11A(1)(a) ta[s-Sitt Direttiva]) fil-każ fejn il-ħlasijiet isiru mill-promotur lill-fornituri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li l-ħlasijiet bħal dawk li jsiru mill-promotur lill-fornituri għandhom jiġu kkunsidrati bħala:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>korrispettiv biss għall-provvista ta’ servizzi mill-fornituri lill-promotur jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>korrispettiv biss għall-provvista ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-fornituri lill-[klijenti]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>korrispettiv parzjalment għall-provvista ta’ servizzi mill-fornituri lill-promotur u parzjalment għall-provvista ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-fornituri lill-[klijenti]?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 2 hija (ċ), u għalhekk il-kummissjoni inkwistjoni hija l-korrispettiv għal żewġ provvisti mill-fornituri, waħda lill-promotur u waħda lill-[klijenti], liema huma l-kriterji stabbiliti mid-dritt Komunitarju sabiex<?PAGE NO="I-9202"?> jiġi stabbilit kif ħlas bħal kummissjoni għandu jitqassam bejn dawn iż-żewġ provvisti?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kawża C-55/09</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Baxi tagħmel parti minn grupp ta’ kumpanniji li jipproduċu boilers u prodotti oħra simili għat-tisħin. Dan il-grupp ta’ kumpanniji stabbilixxa skema ta’ premjijiet għal-lealtà tal-klijenti, li f’dan il-każ huma l-installaturi tal-boilers, intiża sabiex tħajjarhom jixtru l-prodotti tagħhom. Għall-finijiet tal-istess użu ta’ kliem kif użat fil-punt 10 ta’ din is-sentenza, Baxi taġixxi bħala sponser fil-kuntest ta’ din l-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-klijenti li jieħdu sehem fl-imsemmija skema jirċievu punti li jistgħu jsarrfu f’premjijiet għal-lealtà, li jikkonsistu f’oġġetti jew f’servizzi, meta jixtru prodotti ta’ Baxi. Madankollu għandu jingħad li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda biss il-premjijiet għal-lealtà li jikkonsistu f’oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Baxi tat l-amministrazzjoni tal-iskema ta’ premijiet għal-lealtà inkwistjoni b’subappalt lil @1 Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>@1<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ din l-iskema, il-klijenti jinsabu f’relazzjoni kuntrattwali ma’ Baxi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni minn @1 tal-iskema ta’ premijiet għal-lealtà inkwistjoni tinkludi, b’mod partikolari, il-kummerċjalizzazzjoni tagħha lill-klijenti permezz ta’ katalgi u tal-internet, l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, l-amministrazzjoni tal-kontijiet tal-klijenti, l-għażla, ix-xiri u l-provvista ta’ premjijiet għal-lealtà, kif ukoll servizz ta’ għajnuna bit-telefon.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9203"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, differenza sinjifikattiva bejn din l-iskema u dik inkwistjoni fil-Kawża C-53/09 tinsab fil-fatt li @1 tagħżel u tixtri l-premjijiet għal-lealtà u tipprovdihom lill-klijenti. Konsegwentement, din il-kumpannija taġixxi kemm bħala amministratriċi tal-iskema ta’ premjijiet għal-lealtà tal-klijenti kif ukoll bħala fornitur. Il-premjijiet għal-lealtà huma pprovduti biss meta jissarfu l-punti. Ma huwiex possibbli li jingħata premju għal-lealtà permezz ta’ xiri bi prezz imraħħas. Baxi tħallas lil @1 il-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-premjijiet għal-lealtà, flimkien ma’ ċerti spejjeż għal servizzi speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Baxi talbet li titnaqqas il-VAT minn fuq l-ammont li hija ħallset lil @1. Il-Commissioners qiesu li l-ammont tal-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-oġġetti mħallas minn Baxi lil @1 kien jinqasam f’żewġ partijiet. Parti mill-imsemmi ammont kienet tikkostitwixxi l-korrispettiv għall-provvista ta’ servizzi provduti minn @1 lil Baxi, li fir-rigward tagħhom, hija kella d-dritt li tnaqqas il-VAT li kienet iffatturata minn @1. Il-parti l-oħra kienet tikkostitwixxi l-korrispettiv għall-provvista ta’ oġġetti minn @1 lill-klijenti, miksuba mingħand terz, li fir-rigward tagħha, Baxi ma setgħetx tnaqqas din it-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Baxi appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-VAT and Duties Tribunal. Din il-qorti ċaħdet it-talba ta’ Baxi billi ddeċidiet li @1 kienet tipprovdi l-premjijiet għal-lealtà lil Baxi li mbagħad kienet tipprovdihom lill-klijenti mingħajr korrispettiv. Konsegwentement, Baxi setgħet tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa fuq il-provvista ta’ oġġetti li bbenefikat minnha, iżda kienet obbligata tiddikjara l-VAT tal-output miġbura fuq l-għoti sussegwenti tal-oġġetti lill-klijenti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Baxi appellat minn din is-sentenza quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), li ddeċidiet li @1 kienet ipprovdiet il-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti u mhux lil Baxi, iżda li @1 kienet ipprovdiet ukoll provvista ta’ servizzi lil Baxi li kienet tinkludi, b’mod partikolari, il-provvista ta’ oġġetti lill-klijenti. Il-prezz imħallas minn Baxi kien jikkostitwixxi l-korrispettiv tal-provvista ta’ dan is-servizz u għaldaqstant hija kellha d-dritt li tqis il-VAT kollha iffatturata minn @1 bħala taxxa tal-input.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9204"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Commissioners appellaw quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) li ddeċidiet li Baxi kellha d-dritt li tirkupra l-VAT fuq il-ħlas totali tagħha lil @1. Fil-fehma tagħha, Baxi kellha tiġi kkunsidrata li għamlet il-ħlas totali inkambju għas-servizz li ġie pprovdut lilha minn @1 u li parti minnu kien jikkonsisti fil-provvista tal-oġġetti lill-klijenti, u b’dan il-mod il-promozzjoni ta’ Baxi, fit-tnissil tal-lealtà tal-klijenti u fil-ħelsien ta’ din tal-aħħar mill-obbligi tagħha fil-konfront tal-klijenti skont l-iskema ta’ premjijiet għal-lealtà.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Adita minn appell tal-Commissioners, il-House of Lords ikkonkludiet li deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/112, li qabel kienet is-Sitt Direttiva, kienet neċessarja sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kawża quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-House of Lords iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>F’ċirkustanzi fejn</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuna taxxabbli topera skema ta’ promozzjoni tan-negozju immexxija minn kumpannija ta’ pubbliċità u marketing li permezz tagħha l-klijenti tal-persuna taxxabbli jingħataw <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>punti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> skont l-oġġetti li jixtru mill-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>klijenti jsarrfu l-punti billi jiksbu [f’]oġġetti bħala rigal [premjijiet għal-lealtà] mill-kumpannija ta’ pubbliċità u marketing mingħajr ma jħallsu għalihom;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9205"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-persuna taxxabbli ftehmet ma’ dik il-kumpannija l-oħra li tħallasha l-prezz bl-imnut rakkomandat għar-rigali [l-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-premjijiet għal-lealtà].</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Kif għandhom jiġu interpretati l-Artikoli 14, 24 u 73 u 168 tad-Direttiva 2006/112[...] (preċedentement l-Artikoli 5, 6 u 11A(1)(a) u 17(2) [fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1)] tas-[Sitt Direttiva]) fir-rigward tal-ħlasijiet mill-persuna taxxabbli lill-kumpannija l-oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’tali mod li l-ħlasijiet mill-persuna taxxabbli lill-kumpannija l-oħra għandhom jiġu kklassifikati:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>biss bħala korrispettiv għall-provvista ta’ servizzi mill-kumpannija l-oħra lill-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>biss bħala korrispettiv miksub minn terzi għall-provvista ta’ oġġetti mill-kumpannija l-oħra lill-klijenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>bħala korrispettiv in parti għall-provvista ta’ servizzi mill-kumpannija l-oħra lill-persuna taxxabbli u in parti għall-provvista ta’ oġġetti mill-kumpannija l-oħra lill-klijenti jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>bħala korrispettiv għall-provvista kemm tas-servizzi ta’ pubbliċità u marketing kif ukoll tar-rigali mill-kumpannija l-oħra lill-persuna taxxabbli?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9206"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 2 hija li tali ħlasijiet għandhom jiġu kklassifikati in parti bħala korrispettiv għall-provvista ta’ servizzi mill-kumpannija l-oħra lill-persuna taxxabbli u in parti bħala korrispettiv miksub minn terzi, jiġifieri mill-persuna taxxabbli lill-kumpannija l-oħra għall-provvista mill-kumpannija l-oħra ta’ oġġetti lill-klijenti, x’inhuma l-kriterji stabbiliti mid-dritt Komunitarju sabiex jiġi stabbilit kif għandu jitqassam il-ħlas bejn dawn iż-żewġ provvisti?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Kawżi C-53/09 u C-55/09 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċeduri orali u bil-miktub kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Filwaqt li l-qorti nazzjonali tirreferi kemm għas-Sitt Direttiva kif ukoll għad-Direttiva 2006/112 fid-deċiżjonijiet tar-rinviju, hemm lok li jiġi rrilevat li din tal-aħħar ġiet adottata fit-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> u li d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, jiġifieri l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, tiġi wara d-data tal-fatti tal-kawża prinċipali. Għaldaqstant, għandha tingħata risposta għad-domandi fuq il-bażi tas-Sitt Direttiva biss.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Kawża C-53/09, għandu jiġi kkonstatat ukoll li la d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju u lanqas it-trattazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma rrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-isponsers u l-amministratur tal-iskema ta’ premjijiet għal-lealtà, jiġifieri LMUK. Konsegwentement, l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ser tkun limitata għad-domandi kif magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9207"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fil-kuntest ta’ skema ta’ premjijiet għal-lealtà tal-klijenti bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema inkwistjoni lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti għandhomx jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-53/09, bħala l-korrispettiv imħallas minn terz, għal provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti, u/jew, skont il-każ, għal provvista ta’ servizzi magħmula minn dawn il-fornituri għall-benefiċċju tal-imsemmija klijenti, u/jew, bħala korrispettiv għal provvista ta’ servizzi magħmula mill-imsemmija fornituri għall-benefiċċju tal-amministratur ta’ din l-iskema, u</P></ITEM><ITEM><P>ħlasijiet magħmula mill-isponser lill-amministratur tal-iskema inkwistjoni li jipprovdi premjijiet għal-lealtà lill-klijenti għandhomx jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-55/09, bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, għal provvista ta’ oġġetti magħmula mill-amministratur ta’ din l-iskema lil dawn il-klijenti u/jew bħala korrispettiv għal provvista ta’ servizzi magħmula minn dan l-amministratur għall-benefiċċju ta’ dan l-isponser.</P></ITEM></LIST></P></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-Kawża C-53/09, LMUK issostni li l-ħlasijiet li hija għamlet lill-fornituri jikkostitwixxu l-korrispettiv għas-servizzi li pprovdewlha l-fornituri. L-imsemmija servizzi jikkonsistu f’diversi servizzi kuntrattwali, li jinkludu li l-fornituri jaċċettaw li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-klijenti bi prezz orħos jew bla ħlas.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9208"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-Kawża C-55/09, Baxi ssostni li l-ħlasijiet li hija għamlet lil @1 huma l-korrispettiv għas-servizzi li ngħatat minn din tal-aħħar. Dawn jikkonsistu f’diversi servizzi ta’ pubbliċità, fejn fosthom hemm il-provvista ta’ premjijiet għal-lealtà lill-klijenti, kif ukoll l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-klijentela ta’ Baxi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont il-Gvern tar-Renju Unit u dak Elleniku, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, il-ħlasijiet magħmula fil-Kawża C-53/09 minn LMUK lill-fornituri għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, jiġifieri LMUK, għal provvista ta’ oġġetti magħmula mill-fornituri lill-klijenti u/jew, skont in-natura tal-premju għal-lealtà, għal provvista ta’ servizzi magħmula minn dawn il-fornituri favur dawn il-klijenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-55/09, l-imsemmija Gvernijiet u l-Kummissjoni jikkunsidraw li l-ħlasijiet magħmula minn Baxi lil @1 għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, jiġifieri Baxi, għal provvista ta’ oġġetti magħmula minn @1 lill-klijenti. Madankollu, il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni jaċċettaw it-tnejn li huma, li parti mill-ħlasijiet li Baxi għamlet lil @1, jiġifieri d-differenza bejn il-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-premjijiet għal-lealtà, imħallsa minn Baxi lil @1, u l-prezz tax-xiri li għalih @1 takkwista l-premjijiet għal-lealtà, jikkostitwixxi l-korrispettiv għas-servizzi li din il-kumpannija tipprovdi lil Baxi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-prinċipju tas-sistema komuni tal-VAT jinvolvi l-applikazzjoni, fir-rigward ta’ oġġetti u ta’ servizzi sal-istadju tal-bejgħ bl-imnut, ta’ taxxa ġenerali fuq il-konsum li għandha tkun eżattament proporzjonali għall-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi, irrispettivament min-numru ta’ tranżazzjonijiet li jkunu saru waqt il-proċess<?PAGE NO="I-9209"?> ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni qabel l-istadju li fih titħallas it-taxxa (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Banca Popolare di Cremona, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-475/03" PAGE.ECR="I-9373" YEAR="2006">C-475/03, Ġabra p. I-9373</REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-realtà ekonomika jikkostitwixxi kriterju fundamentali fl-applikazzjoni tas-sistema komuni tal-VAT (ara, minn naħa, għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ fejn hija stabbilita l-attività ekonomika fir-rigward tal-VAT, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19970220">20 ta’ Frar 1997</DATE>, DFDS, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/95" PAGE.ECR="I-1005" YEAR="1997">C-260/95, Ġabra p. I-1005</REF.DOC.ECR>, punt 23, u tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Planzer Luxembourg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-73/06" PAGE.ECR="I-5655" YEAR="2007">C-73/06, Ġabra p. I-5655</REF.DOC.ECR>, punt 43, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tad-destinatarju ta’ provvista ta’ oġġetti, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, Auto Lease Holland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/01" PAGE.ECR="I-1317" YEAR="2003">C-185/01, Ġabra p. I-1317</REF.DOC.ECR>, punti 35 u 36).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan li ntqal, sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandha tiġi ddeterminata, fl-ewwel lok, in-natura tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-iskemi ta’ premjijiet għal-lealtà inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-iskemi ta’ premjijiet għal-lealtà inkwistjoni kienu maħsuba sabiex iħajru klijenti jagħmlu x-xirjiet tagħhom mingħand ċerti kummerċjanti. Għal dan il-għan, LMUK fil-Kawża C-53/09 u @1, fil-Kawża C-55/09, jipprovdu ċertu numru ta’ servizzi marbuta mal-amministrazzjoni ta’ dawn l-iskemi.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, ir-realità ekonomika hija li, fil-kuntest tal-imsemmija skemi, premjijiet għal-lealtà, li jistgħu jikkonsistu kemm f’oġġetti kif ukoll, fil-Kawża C-53/09, fi provvista ta’ servizzi, huma pprovduti mill-fornituri lill-klijenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9210"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk din it-tranżazzjoni, li tikkonsisti fil-provvista ta’ premjijiet għal-lealtà, hijiex suġġetta għall-VAT, għandu jiġi vverifikat jekk, skont l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva din tikkostitwixxix provvista ta’ oġġett jew ta’ servizz magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li għandu jkun meqjus bħala provvista ta’ oġġetti, it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli bħala l-proprjetarju.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kunċett tal-provvista ta’ oġġett ma jirreferix għal trasferiment tad-dritt ta’ sid skont il-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali applikabbli, iżda jkopri kull trasferiment ta’ proprjetà tanġibbli minn parti waħda li tagħti s-setgħa lill-parti l-oħra li tiddisponi minnha bħallikieku kienet is-sid ta’ din il-proprjetà (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19900208">8 ta’ Frar 1990</DATE>, Shipping u Forwarding Enterprise Safe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-320/08" PAGE.ECR="I-285" YEAR="1990">C-320/08, Ġabra p. I-285</REF.DOC.ECR>, punti 7 u Auto Lease Holland, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ provvista ta’ servizzi bħala kull tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ oġġett.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C-53/09 jirriżulta li LMUK ikkonkludiet kuntratti mal-fornituri li bis-saħħa tagħhom, meta dawn jipprovdu premjijiet għal-lealtà lill-klijenti li jsarrfu l-punti, LMUK tħallashom il-valur miftiehem għal dawn il-punti. Għaldaqstant, skont il-kuntratt konkluż bejn LMUK u kull fornitur, il-possibbiltà li l-fornitur jirċievi l-ħlas mingħand LMUK hija fil-fatt suġġetta għall-kundizzjoni li dawn jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti, liema premjijiet jistgħu jingħataw mhux biss fil-forma ta’ oġġetti tanġibbli iżda wkoll ta’ servizzi. Fil-fatt, huwa biss b’dan<?PAGE NO="I-9211"?> il-mod li huma jistgħu jirċievu punti li sussegwentement jistgħu jagħtu lok għall-ħlas magħmul minn LMUK.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C-55/09 jirriżulta wkoll li @1 takkwista provvisti ta’ premjijiet għal-lealtà u li l-ħażna ta’ dawn il-premjijiet hija proprjetà tagħha. Konsegwentement, @1 mhux biss għandha d-dritt li titrasferixxi l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti bħallikieku hija l-proprjetarja tagħhom iżda, fir-realtà hija fil-fatt il-proprjetarja tagħhom. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li @1 tiddistribbwixxi l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li fil-kawżi prinċipali, il-fornituri pprovdew l-oġġetti lill-klijenti, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva, u fil-Kawża C-53/09, ipprovdewlhom ukoll servizzi, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi evalwat jekk dawn it-tranżazzjonijiet twettqux bi ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, teħtieġ l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn l-oġġett jew is-servizz provdut u l-korrispettiv rċevut (ara, b’mod partikolari, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi, is-sentenza tat-<DATE ISO="19880308">8 ta’ Marzu 1988</DATE>, Apple and Pear Development Council, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="102/86" PAGE.ECR="1443" YEAR="1988">102/86, Ġabra p. 1443</REF.DOC.ECR>, punt 12).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Sabiex jiġi eżaminat jekk jeżistix korrispettiv u, f’tali każ, jekk teżistix rabta bejn dan il-korrispettiv u l-oġġett jew servizz ipprovdut, għandu jiġi rrilevat li l-ammont tal-prezz li l-klijenti jħallsu lill-isponsers għal oġġetti jew servizzi fil-Kawża C-53/09 u lil<?PAGE NO="I-9212"?> Baxi għal oġġetti fil-Kawża C-55/09 huwa l-istess, kemm jekk il-klijenti jipparteċipaw fl-iskema ta’ premjijiet għal-lealtà kif ukoll jekk le.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ skema ta’ premjijiet għal-lealtà li bis-saħħa tagħha kumpannija taż-żejt kienet tagħti oġġetti lix-xerrejja tal-fjuwil li jsarrfu l-punti li kellhom, skont il-kwantità ta’ fjuwil mixtrija, miksuba billi jitħallas il-prezz ta’ bejgħ bl-imnut mill-pompa, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-kumpannija taż-żejt ma setgħetx issostni b’mod validu li l-prezz imħallas mix-xerrejja tal-fjuwil kien fir-realtà jinkludi parti li tirrappreżenta l-valur tal-punti jew tal-oġġetti msarrfa mal-punti, peress li x-xerrejja tal-fjuwil kellhom iħallsu l-istess prezz ta’ bejgħ bl-imnut kemm jekk jieħdu l-punti kif ukoll jekk le (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19990427">27 ta’ April 1999</DATE>, Kuwait Petroleum <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-48/97" PAGE.ECR="I-2323" YEAR="1999">C-48/97, Ġabra p. I-2323</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-bejgħ tal-fjuwil li kien iwassal sabiex jingħataw punti lill-klijenti, minn naħa, u l-għoti ta’ oġġetti meta jissarrfu l-imsemmija punti, min-naħa l-oħra, kienu jikkostitwixxu żewġ tranżazzjonijiet distinti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kuwait Petroleum, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn dan jirriżulta li fil-kawżi prinċipali, il-bejgħ ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi li jwasslu sabiex il-klijenti jingħataw punti, minn naħa, u l-għoti tal-premjijiet għal-lealtà meta jissarfu l-punti, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu żewġ tranżazzjonijiet distinti.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirrileva l-Gvern tar-Renju Unit, is-Sitt Direttiva ma teħtieġx li, sabiex provvista ta’ oġġetti jew servizzi tkun saret <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tagħha, il-korrispettiv għal din il-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi jinkiseb direttament<?PAGE NO="I-9213"?> mingħand id-destinatarju tagħha. Fil-fatt, l-Artikolu 11A(1)(a) ta’ din id-direttiva jipprovdi li l-korrispettiv jista’ jinkiseb mingħand terz.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C-53/09 jirriżulta li meta l-klijenti jsarrfu l-punti għand il-fornituri, dan iwassal għal għoti ta’ ħlas minn LMUK lil dawn tal-aħħar. Dan il-ħlas huwa kkalkolat billi jingħaddu flimkien il-kummissjonijiet, li jirrappreżentaw ammont fiss għal kull punt imsarraf fil-prezz tal-premju kollu għal-lealtà jew parti minnu. F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat, kif isostni l-Gvern tar-Renju Unit, li dan il-ħlas jikkorrispondi għall-korrispettiv tal-provvista tal-premjijiet għal-lealtà.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-55/09, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-premjijiet għal-lealtà huma ffatturati minn @1 lil Baxi għall-prezz ta’ bejgħ bl-imnut flimkien mal-ispejjeż tal-kunsinna applikabbli fil-post fejn issir l-ordni, fejn jiġi ttrasferit d-dritt ta’ proprjetà u fejn jissarrfu l-punti. Għaldaqstant, wara li jitnaqqas il-marġni ta’ profitt ta’ @1 li jikkonsisti fid-differenza bejn il-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-premjijiet għal-lealtà u l-prezz tax-xiri li għalih @1 takkwista l-premjijiet, il-ħlas ta’ Baxi lil @1 jikkostitwixxi l-korrispettiv għall-provvista tal-imsemmija premjijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-55/09, Baxi madankollu ssostni li l-korrispettiv tal-ħlas ma jikkorrispondix għal provvista ta’ oġġetti, iżda għal servizz kumpless ta’ pubbliċità li fil-kuntest tiegħu il-provvista tal-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti hija fost servizzi oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, meta tranżazzjoni tkun ikkostitwita minn sensiela ta’ elementi u ta’ azzjonijiet, hemm lok li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha li fihom isseħħ it-tranżazzjoni inkwistjoni, sabiex jiġi ddeterminat, minn naħa, jekk humiex involuti żewġ provvisti distinti jew aktar<?PAGE NO="I-9214"?> jew jekk hijiex involuta provvista waħda u, min-naħa l-oħra, jekk, f’dan l-aħħar każ, din il-provvista waħda għandhiex tiġi kkunsidrata bħala provvista ta’ oġġetti jew bħala provvista ta’ servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, Aktiebolaget NN, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-111/05" PAGE.ECR="I-2697" YEAR="2007">C-111/05, Ġabra p. I-2697</REF.DOC.ECR>, punt 21, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C-55/09 jirriżulta li l-ħlasijiet magħmula minn Baxi lil @1 jikkorrispondu għall-ammont tal-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-premjijiet għal-lealtà flimkien mal-ispejjeż tal-ippakkjar u l-kunsinna u, li b’dan il-mod, @1 tikseb marġni ta’ profitt ikkostitwit mid-differenza bejn l-ammont tal-prezz ta’ bejgħ bl-imnut tal-premjijiet għal-lealtà u l-ammont tal-prezz tax-xiri li għalih din takkwista dawn il-premjijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif barra minn hekk jaċċettaw, fl-istess waqt, il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni, ħlas bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kawża C-55/09 jista’ jinqasam f’żewġ partijiet u kull waħda minn dawn il-partijiet tikkorrispondi għal provvista distinta.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ammont tal-prezz tax-xiri jikkostitwixxi l-korrispettiv għall-provvista ta’ premjijiet għal-lealtà lill-klijenti, filwaqt li d-differenza bejn l-ammont tal-prezz ta’ bejgħ bl-imnut, imħallas lil Baxi, u l-ammont tal-prezz tax-xiri imħallas minn @1 sabiex takkwista l-premjijiet għal-lealtà, jiġifieri l-marġni ta’ profitt, jikkostitwixxi l-korrispettiv għas-servizzi li @1 tipprovdi lil Baxi.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-Kawża C-53/09, fl-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tagħha, LMUK sostniet li l-ħlasijiet li hija għamlet lill-fornituri ma humiex il-korrispettiv ta’ żewġ jew diversi provvisti distinti. Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha l-obbligu li tivverifika jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9215"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposti għad-domandi magħmula għandhom ikunu li, fil-kuntest ta’ skema ta’ premjijiet għal-lealtà tal-klijenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-Artikoli 5, 6, 11A(1)(a) u l-Artikolu 17(2), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema inkwistjoni lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-53/09, bħala l-korrispettiv imħallas minn terz, għal provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti, jew, skont il-każ, għal provvista ta’ servizzi lil dawn. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha l-obbligu tivverifika jekk dawn il-ħlasijiet jinkludux ukoll il-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi li tikkorrispondi għal provvista distinta, u</P></ITEM><ITEM><P>ħlasijiet magħmula mill-isponser lill-amministratur tal-iskema inkwistjoni li jipprovdi premjijiet għal-lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-55/09, parzjalment bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, għall-provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti u partzjalment bħala l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi magħmula mill-amministratur ta’ din l-iskema għall-benefiċċju ta’ dan l-isponser.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9216"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Fil-kuntest ta’ skema ta’ premjijiet għal-lealtà tal-klijenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-Artikoli 5, 6, 11A(1)(a), kif ukoll tal-Artikolu 17(2), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema inkwistjoni lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal-lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-53/09, bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, għal provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti, jew, skont il-każ, għal provvista ta’ servizzi lil dawn. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha l-obbligu tivverifika jekk dawn il-ħlasijiet jinkludux ukoll il-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi li tikkorrispondi għal provvista distinta, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ħlasijiet magħmula mill-isponser lill-amministratur tal-iskema inkwistjoni li jipprovdi premjijiet għal-lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-55/09, parti bħala l-korrispettiv imħallas minn terz, għall-provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti u parti bħala l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi magħmula mill-amministratur ta’ din l-iskema għall-benefiċċju ta’ dan l-isponser.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>