|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2972 |
25.4.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.11496 — BP / ADNOC / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2972)
1.
Fis-17 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BP Exploration Operating Company Limited (“BPEOC”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn BP p.l.c. (“BP”, ir-Renju Unit), u |
|
— |
ADNOC International Limited (“AIC”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata minn Abu Dhabi National Oil Company P.J.S.C. (“ADNOC”, l-Emirati Għarab Magħquda). |
BPEOC u AIC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BPEOC hija involuta fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti petroliferi, |
|
— |
L-AIC tinvesti, iżżomm u timmaniġġja kumpaniji taż-żejt u tal-gass upstream, midstream u downstream u l-assi li huma proprjetà ta’ ADNOC barra mill-Emirat ta’ Abu Dhabi. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu dawn: L-Impriża Konġunta se jkollha s-sjieda u se tiżviluppa ċerti konċessjonijiet tal-gass naturali fl-Eġittu u se tikkummerċjalizza u tforni l-gass naturali u l-kondensat li jiġu prodotti permezz tal-assi fl-Eġittu.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11496 — BP / ADNOC / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2972/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)