2014D0702 — MT — 01.02.2015 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2014) 7083) (ĠU L 293, 9.10.2014, p.48) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Ottubru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2014) 7083)
(2014/702/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE ( 2 ) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE ( 3 ), tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għal tagħmir tar-radju li juża teknoloġija ultra-wideband (minn hawn 'il quddiem “UWB”) fl-Unjoni. Din tiżgura li l-ispettru tar-radju ikun disponibbli madwar l-Unjoni skont kundizzjonijiet armonizzati, telimina l-ostakli għall-applikazzjoni tat-teknoloġija UWB u toħloq suq uniku effettiv għas-sistemi UWB b'ekonomiji ta' skala u benefiċċji sinifikanti għall-konsumatur. |
|
(2) |
Jeħtieġ li l-bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u fl-użu tal-ispettru tar-radju jkunu riflessi b'mod adegwat fir-Regolament tat-teknoloġija UWB, sabiex is-soċjetà Ewropea tibbenefika mill-introduzzjoni ta' applikazzjonijiet innovattivi bbażati fuq din it-tekonoloġija, filwaqt li jiġi żgurat li utenti oħra tal-ispettru ma jiġux affettwati ħażin. Għalhekk, l-aktar verżjoni riċenti tad-Deċiżjoni 2007/131/KE għandha tiġi emendata. |
|
(3) |
Għal din ir-raġuni, fit-28 ta' Mejju 2012 il-Kummissjoni ħarġet il-Ħames Mandat, skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT) dwar it-teknoloġija UWB, biex jiġu ċċarati l-parametri tekniċi fid-dawl ta' aġġornament potenzjali tad-Deċiżjoni 2007/131/KE. |
|
(4) |
Fir-Rapport CEPT 45, approvat fil-21 ta' Ġunju 2013 mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ECC) u mressaq b'risposta għall-ħames mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex tieħu approċċ aktar simplifikat dwar emendi sussegwenti tad-Deċiżjoni 2007/131/KE, li tqis id-deskrizzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni bil-parametri ddettaljati rilevanti kollha fi ħdan l-istandards Ewropej armonizzati żviluppati mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI). |
|
(5) |
Ir-Rapport Nru 45 tas-CEPT iċċara l-kundizzjonijiet tekniċi li skonthom, tekniki speċifiċi tal-mitigazzjoni jippermettu li t-tagħmir UWB jitħaddem b'kapaċitajiet ta' trażmissjoni ogħla, filwaqt li joffru protezzjoni ekwivalenti eżistenti għal limiti UWB eżistenti fl-użu ġeneriku, l-użu tal-vetturi tat-triq u dawk ferrovjarji u t-tagħmir għal-lokalizzazzjoni. Barra mir-rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rapport, li għandhom jiġu applikati madwar l-UE, id-definizzjonijiet u l-parametri tekniċi ta' dawn it-tekniki ta' mitigazzjoni għandhom ukoll isiru vinkolanti, kif stipulat fl-istandards rilevanti, minħabba li dawn it-tekniki jipprovdu biss effett ta' mitigazzjoni meta jintużaw ma' parametri operattivi xierqa. |
|
(6) |
It-tagħmir UWB abbord l-ajruplani għandu jkun permess biss bil-kundizzjoni li jissodisfa standards tas-sikurezza tal-ajru permezz ta' ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa u dispożizzjonijiet ajrunawtiċi rilevanti oħra, u standards ta' komunikazzjoni elettronika. Iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà validi fil-Komunità kollha jinħarġu mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 4 ). |
|
(7) |
L-apparat ta' detezzjoni ta' materjali għandu għadd ta' użi fl-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta' oġġetti u materjali jew it-teħid ta' ritratti ta' pajpijiet, wajers u strutturi oħra fil-ħitan ta' bini residenzjali jew kummerċjali. Is-CEPT għarrfet lill-Kummissjoni li limiti inqas stretti huma possibbli, minħabba li l-modi tat-tħaddim tagħhom, flimkien mad-densitajiet ta' użu baxxi ħafna u l-fatturi ta' attività tagħhom, inaqqsu iktar il-possibbiltà ta' interferenza li tagħmel ħsara lis-servizzi ta' radjukomunikazzjoni. Il-limiti riveduti huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-ECC ECC/DEC/(07)01 tat-30 ta' Marzu 2007, kif emendata fis-26 ta' Ġunju 2009. |
|
(8) |
Skont id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), il-Kummissjoni tat mandat M/407 lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex ifasslu sett ta' standards armonizzati. Dawn se jkopru t-tagħmir UWB li jiġi rikonoxxut taħt din id-Direttiva, u se jkun hemm preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti tagħha. F'rispons għall-mandat M/407 mill-Kummissjoni, l-ETSI żviluppa l-istandards armonizzati: EN 302 065-1 dwar rekwiżiti tekniċi komuni għal tagħmir għal meded qosra bl-użu ta' UWB, EN 302 065-2, dwar rekwiżiti għal-lokalizzazzjoni tal-UWB u l-EN 302 065-3 dwar rekwiżiti għal tagħmir UWB għall-vetturi tat-toroq u l-vetturi ferrovjarji. |
|
(9) |
Il-Memorandum ta' Ftehim bejn l-ECC u l-ETSI, iffirmat fl-20 ta' Ottubru 2004, jiżgura l-koordinazzjoni tal-iżvilupp ta' standards armonizzati u l-kundizzjonijiet regolatorji għall-użu tal-ispettru rilevanti għal dawn l-istandards. Id-dettalji tekniċi ta' tekniki ta' mitigazzjoni huma stabbiliti permezz ta' standards Ewropej armonizzati mill-ETSI u d-Deċiżjoni ECC (06)04, u dawn se jibqgħu allinjati fi kwalunkwe modifika sussegwenti, kif stipulat fil-Memorandum ta' Ftehim ECC-ETSI. Bħala riżultat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha telenka biss tekniki ta' mitigazzjoni xierqa. |
|
(10) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/131/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/131/KE hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 2, il-punti 6, 7 u 8 jinbidlu b':
“6. ‘e.i.r.p’ tfisser qawwa rradjata isotropika ekwivalenti, li hija l-prodott tal-qawwa fornuta mill-antenna u l-gwadann tal-antenna f'direzzjoni speċifika relattiva għal antenna isotropika (gwadann assolut jew isotropiku);
7. ‘id-densità spettrali tal-qawwa medja massima’, speċifikata bħala e.i.r.p. tal-apparat tar-radju li qed jiġi ttestjat bi frekwenza partikulari, hija l-qawwa medja għal kull bandwith ta' unità (kkonċentrata fuq dik il-frekwenza) rraddjata fid-direzzjoni tal-livell massimu skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kejl;
8. ‘l-ogħla qawwa’, speċifikata bħala e.i.r.p. fil-banda ta' 50 MHz bil-frekwenza li fiha sseħħ l-ogħla qawwa rraddjata medja, irraddjata fid-direzzjoni tal-livell massimu skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kejl;”
(2) fl-Artikolu 2, jitħassar il-punt 9;
(3) fl-Artikolu 2, il-punt 11 jinbidel b';
“11. ‘densità spettrali tal-qawwa rradjata totali’ tfisser il-medja tal-valuri tad-densità spettrali tal-qawwa medja imkejla fuq sfera madwar ix-xenarju ta' kejl bi grad ta' mill-inqas 15-il grad. Is-setup tal-kejl dettaljat jinsab f'ETSI EN 302 435;”
(4) fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti 12 u 13 li ġejjin:
“12. ‘abbord inġenju tal-ajru’ tfisser l-użu ta' links għal skopijiet ta' komunikazzjonijiet tar-radju ġewwa inġenju tal-ajru.
13. ‘LT1’ huma sistemi maħsuba biex isegwu l-lokazzjoni ġenerali ta' persuni u oġġetti li jistgħu jitħaddmu fuq bażi mhux liċenzjata.”
(5) L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-ispettru tar-radju mingħajr interferenza u protezzjoni permezz ta' apparat li juża teknoloġija ultra-wideband sakemm dan it-tagħmir ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness u jintuża ġewwa jew, jekk jintuża barra, ma jkunx imqabbad ma' installazzjoni fissa, infrastruttura fissa jew antenna ta' barra fissa. Apparat li juża teknoloġija ultra-wideband li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandu jiġi awtorizzat ukoll f'vetturi tat-triq u ferrovjarji”
;(6) L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Frar 2015.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. UŻU ĠENERIKU TAL-UWB
|
Rekwiżiti tekniċi |
||
|
Firxa ta' frekwenzi |
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
L-ogħla qawwa massima (e.i.r.p.) (definita f'50 MHz) |
|
f ≤ 1,6 GHz |
– 90 dBm/MHz |
– 50 dBm |
|
1,6 < f ≤ 2,7 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
2,7 < f ≤ 3,1 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 36 dBm |
|
3,1 < f ≤ 3,4 GHz |
– 70 dBm/MHz jew |
– 36 dBm jew 0 dBm |
|
3,4 < f ≤ 3,8 GHz |
– 80 dBm/MHz jew |
– 40 dBm jew 0 dBm |
|
3,8 < f ≤ 4,8 GHz |
– 70 dBm/MHz jew |
– 30 dBm jew 0 dBm |
|
4,8 < f ≤ 6 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 30 dBm |
|
6 < f ≤ 8,5 GHz |
– 41,3 dBm/MHz |
0 dBm |
|
8,5 < f ≤ 9 GHz |
– 65 dBm/MHz jew – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' DAA (2) |
– 25 dBm jew 0 dBm |
|
9 < f ≤ 10,6 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 25 dBm |
|
f > 10,6 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
(1) Fil-firxa ta' bejn 3,1GHz u 4,8GHz. It-teknika ta' taffija tal-Low Duty Cycle u l-limiti tiegħu huma definiti fl-Istandard EN 302 065-1 tal-ETSI. (2) Fil-firxa bejn 3,1GHz u 4,8GHz u bejn 8,5GHz u 9GHz. It-teknika ta' taffija ta' “Rilevament u Evitar” u l-limiti tagħha huma definiti fl-Istandard EN 302 065-1 tal-ETSI. |
||
2. SISTEMI LI JSEGWU L-LOKAZZJONI Tip 1 (LT1)
|
Rekwiżiti tekniċi |
||
|
Firxa ta' frekwenzi |
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
L-ogħla qawwa massima (e.i.r.p.) (definita f'50 MHz) |
|
f ≤ 1,6 GHz |
– 90 dBm/MHz |
– 50 dBm |
|
1,6 < f ≤ 2,7 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
2,7 < f ≤ 3,4 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 36 dBm |
|
3,4 < f ≤ 3,8 GHz |
– 80 dBm/MHz |
– 40 dBm |
|
3,8 < f ≤ 6,0 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 30 dBm |
|
6 < f ≤ 8,5 GHz |
– 41,3 dBm/MHz |
0 dBm |
|
8,5 < f ≤ 9 GHz |
– 65 dBm/MHz jew – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' DAA (1) |
– 25 dBm jew 0 dBm |
|
9 < f ≤ 10,6 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 25 dBm |
|
f > 10,6 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
(1) It-teknika ta' taffija ta' “Rilevament u Evitar” u l-limiti tagħha huma definiti fl-Istandard EN 302 065-2 tal-ETSI. |
||
3. APPARAT UWB INSTALLAT F'VETTURI TAT-TRIQ U FERROVJARJI
|
Rekwiżiti tekniċi |
||
|
Firxa ta' frekwenzi |
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
L-ogħla qawwa massima (e.i.r.p.) (definita f'50 MHz) |
|
f ≤ 1,6 GHz |
– 90 dBm/MHz |
– 50 dBm |
|
1,6 < f ≤ 2,7 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
2,7 < f ≤ 3,1 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 36 dBm |
|
3,1 < f ≤ 3,4 GHz |
– 70 dBm/MHz jew – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) + e.l. (4) jew |
– 36 dBm jew ≤ 0 dBm jew ≤ 0 dBm |
|
3,4 < f ≤ 3,8 GHz |
– 80 dBm/MHz jew – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) + e.l. (4) jew |
– 40 dBm jew ≤ 0 dBm jew ≤ 0 dBm |
|
3,8 < f ≤ 4,8 GHz |
– 70 dBm/MHz jew – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) + e.l. (4) jew |
– 30 dBm jew ≤ 0 dBm jew ≤ 0 dBm |
|
4,8 < f ≤ 6 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 30 dBm |
|
6 < f ≤ 8,5 GHz |
– 53,3 dBm/MHz jew – 41,3 dBm/MHz bl-użu ta' LDC (1) + e.l. (4) jew |
– 13,3 dBm jew ≤ 0 dBm jew ≤ 0 dBm |
|
8,5 < f ≤ 9 GHz |
– 65 dBm/MHz jew |
– 25 dBm jew ≤ 0 dBm |
|
9 < f ≤ 10,6 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 25 dBm |
|
f > 10,6 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
(1) It-teknika ta' taffija tal-Low Duty Cycle (LDC) u l-limiti tagħha huma definiti fl-Istandard EN 302 065-3 tal-ETSI. (2) It-teknika ta' taffija “Rilevament u Evitar” (DAA) u l-limiti tagħha huma definiti fl-Istandard EN 302 065-3 tal-ETSI. (3) It-teknika ta' taffija Trażmettitur b'Kontroll tal-Qawwa (TPC) u l-limiti tagħha huma definiti fl-Istandard EN 302 065-3 tal-ETSI. (4) Il-limitu esterjuri (e.l.) ≤ – 53,3 dBm/MHz huwa meħtieġ. Il-limitu esterjuri huwa definit fl-Istandard EN 302 065-3 tal-ETSI. |
||
4. UWB ABBORD INĠENJU TAL-AJRU
Il-valuri tad-densità spettrali tal-qawwa medja massima (e.i.r.p.) u l-valuri tal-ogħla qawwa massima (e.i.r.p.) għal apparati ta' medda qasira (SRD) li juża teknoloġija UWB, bl-użu ta' teknoloġiji ta' taffija jew mingħajrhom fit-tabella hawn taħt.
|
Rekwiżiti tekniċi |
|||
|
Firxa ta' frekwenzi |
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
L-ogħla qawwa massima (e.i.r.p.) (definita f'50 MHz) |
Rekwiżiti għat-tekniki ta' taffija |
|
f ≤ 1,6 GHz |
– 90 dBm/MHz |
– 50 dBm |
|
|
1,6 < f ≤ 2,7 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
|
2,7 < f ≤ 3,4 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 36 dBm |
|
|
3,4 < f ≤ 3,8 GHz |
– 80 dBm/MHz |
– 40 dBm |
|
|
3,8 < f ≤ 6,0 GHz |
– 70 dBm/MHz |
– 30 dBm |
|
|
6,0 < f ≤ 6,650 GHz |
– 41,3 dBm/MHz |
0 dBm |
|
|
6,650 < f ≤ 6,6752 GHz |
– 62,3 dBm/MHz |
– 21 dBm |
għandu jiġi implimentat notch ta' 21 dB biex jissodisfa livell ta' – 62,3 dBm/MHz (1) |
|
6,6752 < f ≤ 8,5 GHz |
– 41,3 dBm/MHz |
0 dBm |
7,25 sa 7,75 GHz (protezzjoni FSS u MetSat (7,45 sa 7,55 GHz)) (1) (2) |
|
8,5 < f ≤ 10,6 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 25 dBm |
|
|
f > 10,6 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
|
(1) Tekniki ta' taffija alternattivi li joffru protezzjoni ekwivalenti bħall-użu ta' bokkaporti protetti jistgħu jkunu soluzzjoni. (2) Protezzjoni ta' 7,25 sa 7,75 GHz (Servizz ta' Satelliti Fissi) u 7,45 sa 7,55 GHz (Satellita Meteroloġika) – 51,3 – 20*log10(10[km]/x[km])(dBm/MHz) għal għoli aktar minn 1 000 m 'l fuq mill-art, fejn x hu l-għoli f'kilometri tal-inġenju tal-ajru 'l fuq mill-art, – 71,3 dBm/MHz għal għoli ta' 1 000 m u anqas 'il fuq mill-art. (3) Protezzjoni ta' 7,75 sa 7,9 GHz (Satellita meteroloġika): – 44,3 – 20*log10(10[km]/x[km])(dBm/MHz) għal għoli aktar minn 1 000 m 'l fuq mill-art, fejn x hu l-għoli f'kilometri tal-inġenju tal-ajru 'l fuq mill-art, – 64,3 dBm/MHz għal għoli ta' 1 000 m u anqas 'il fuq mill-art. |
|||
5. APPARAT TA' DETEZZJONI TA' MATERJALI BL-UŻU TA' TEKNOLOĠIJA UWB
5.1. Apparat ta' detezzjoni ta' materjali
L-apparat ta' detezzjoni ta' materjali permess b'din id-Deċiżjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
— Installazzjoni fissa (applikazzjoni A)
—— It-trażmettitur irid jintefa jekk il-magna ma tkunx qed taħdem, “running sensor”;
— It-trażmettitur għandu jimplimenta TPC b'firxa dinamika ta' 10 dB, kif deskritt fl-istandard armonizzat EN 302 498-2 għal applikazzjonijiet ODC (Diskriminazzjoni u Karatterizzazzjoni tal-Oġġett);
— It-trażmettitur għandu jitwaħħal ma' installazzjoni fissa.
— Installazzjoni mhux fissa (applikazzjoni B)
—— It-trażmettitur jinxtegħel biss jekk jiġi operat biss manwalment ma' swiċċ li ma jissakkarx (eż. jista' jkun “sensor” li jħoss il-preżenza ta' id l-operaturi) u jiġi f'kuntatt jew ikun qrib il-materjal investigat u l-emissjonijiet li qed imorru lejn id-direzzjoni tal-oġġett (eż. imkejla minn “proximity sensor” jew imposti mid-disinn mekkaniku);
— It-trażmettitur irid jintefa jekk il-magna ma tkunx qed taħdem, “running sensor”
L-emissjonijiet li joħorġu minn apparat ta' detezzjoni ta' materjali skont din id-Deċiżjoni għandhom jinżammu sal-aktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-limiti tad-densità tal-e.i.r.p. fit-Tabella li ġejja. Il-konformità mal-limiti tat-Tabella li ġejja għal installazzjonijiet li mhumiex fissi (applikazzjoni B) għandha tiġi żgurata mal-appart dwar l-istruttura rappreżentattiva tal-materjal investigat (eż. ħajt rappreżentattiv kif definit fl-ETSI EN 302 435-1 jew l-ETSI EN 302 498-1).
|
Firxa ta' frekwenzi |
Installazzjonijiet fissi (Applikazzjoni A) |
Installazzjonijiet li mhumiex fissi (Applikazzjoni B) Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
|
|
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) fil-pjan orizzontali (elevazzjoni – 20 sa 30°) |
||
|
Inqas minn 1,73 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 85 dBm/MHz |
|
|
1,73 sa 2,2 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz |
|
2,2 sa 2,5 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 50 dBm/MHz |
|
|
2,5 sa 2,69 GHz |
– 65 dBm/MHz (1) |
– 70dBm/MHz |
|
|
2,69 sa 2,7 GHz |
– 55 dBm/MHz |
– 75 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz (3) |
|
2,7 sa 2,9 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz |
|
2,9 sa 3,4 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz (1) |
|
3,4 sa 3,8 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 70 dBm/MHz |
|
|
3,8 sa 4,8 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 50 dBm/MHz |
|
|
4,8 sa 5 GHz |
– 55 dBm/MHz |
– 75 dBm/MHz |
|
|
5 sa 5,25 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 50 dBm/MHz |
|
|
5,25 sa 5,35 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 60 dBm/MHz |
– 60 dBm/MHz |
|
5,35 sa 5,6 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 50 dBm/MHz |
|
|
5,6 sa 5,65 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 65 dBm/MHz |
– 65 dBm/MHz |
|
5,65 sa 5,725 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 60 dBm/MHz |
– 60 dBm/MHz |
|
5,725 sa 8,5 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 50 dBm/MHz |
|
|
8,5 sa 10,6 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 65 dBm/MHz |
|
|
Aktar minn 10,6 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 85 dBm/MHz |
|
|
(1) apparat li jagħmel użu minn mekkaniżmu Isma' Qabel Titkellem (LBT), kif deskritt fl-istandard armonizzat EN 302 498-2, huwa permess li jopera fil-firxiet ta' frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,9 GHz sa 3,4 GHz b'densità spettrali ta' qawwa medja massima ta' – 50 dBm/MHz. (2) biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, installazzjonijiet li mhumiex fissi (applikazzjoni B) iridu jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għad-densità spettrali ta' qawwa rraddjata totali: (a) Fil-firxiet ta' frekwenzi 2,5 sa 2,69 GHz u 4,8 sa 5 GHz, id-densità spettrali ta' qawwa rraddjata totali trid tkun 10 dB anqas mid-densità spettrali ta' qawwa medja massima.; (b) Fil-firxiet ta' frekwenzi 3,4 sa 3,8 GHz, id-densità spettrali ta' qawwa rraddjata totali trid tkun tkun 5dB anqas mid-densità spettrali ta' qawwa medja massima. (3) Restrizzjoni taċ-Ċiklu ta' Ħidma għal 10 % kull sekonda. L-ogħla qawwa (f'dBm) imkejla f'wisa' tal-banda ta' 50 MHz għandha tkun anqas mil-limitu li jinkiseb meta fattur ta' konverżjoni (25dB) jiżdied mal-limitu tad-“densità spettrali ta' qawwa medja massima.” (f'dBm/MHz). |
|||
5.2. Apparat għall-analiżi tal-materjal tal-bini (BMA)
1. Apparat għall-BMA permess skont din id-Deċiżjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) It-trażmettitur jinxtgħel biss jekk jiġi operat biss manwalment ma' swiċċ li ma jissakkarx u jiġi f'kuntatt jew ikun qrib il-materjal investigat u l-emissjonijiet li qed imorru fid-direzzjoni tal-oġġett;
(b) It-trażmettitur tal-BMA għandu jintefa wara massimu ta' 10 sekondi mingħajr moviment;
(c) Id-densità spettrali tal-qawwa rraddjata totali trid tkun 5 dB anqas mill-limiti tad-densità spettrali ta' qawwa medja massima fit-tabella hawn taħt;
2. L-emissjonijiet li joħorġu minn apparat BMA għandhom jinżammu sal-aktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-qawwa massima fit-tabella hawn taħt bl-apparat BMA ma' ħajt rappreżentattiv kif definit fl-Istandards tal-ETSI EN 302 435-1 u EN 302 498-2.
|
Rekwiżiti tekniċi |
||
|
Firxa ta' frekwenzi |
Densità spettrali ta' qawwa medja massima (e.i.r.p.) |
L-ogħla qawwa massima (e.i.r.p.) (definita f'50 MHz) |
|
Anqas minn 1,73 GHz |
– 85 dBm/MHz (1) |
– 45 dBm |
|
1,73 sa 2,2 GHz |
– 65 dBm/MHz |
– 25 dBm |
|
2,2 sa 2,5 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 10 dBm |
|
2,5 sa 2,69 GHz |
– 65 dBm/MHz (1) |
– 25 dBm |
|
2,69 sa 2,7 GHz |
– 55 dBm/MHz (2) |
– 15 dBm |
|
2,7 sa 3,4 GHz |
– 70 dBm/MHz (1) |
– 30 dBm |
|
3,4 sa 4,8 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 10 dBm |
|
4,8 sa 5 GHz |
– 55 dBm/MHz (2) |
– 15 dBm |
|
5 sa 8,5 GHz |
– 50 dBm/MHz |
– 10 dBm |
|
Aktar minn 8,5 GHz |
– 85 dBm/MHz |
– 45 dBm |
|
(1) Apparat li juża mekkaniżmu Isma' Qabel Titkellem (LBT) deskritt fl-istandard armonizzat EN 302 435-1 huwa permess li jopera f'firxa ta' frekwenzi 1,215 sa 1,73 GHz b'densità spettrali ta' qawwa medja massima ta' – 70 dBm/MHz u fil-firxiet ta' frekwenzi 2,5 sa 2,69 u 2,7 sa 3,4 GHz b' densità spettrali ta' qawwa medja massima ta' – 50 dBm/MHz. (2) Biex jitħarsu l-firxiet tas-Servizzi tar-Radjuastronomija (RAS) 2,69 sa 2,7 GHz u 4,8 sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-qawwa rraddjata totali għandha tkun anqas minn – 65 dBm/MHz. |
||
( 1 ) ĠU L 108 24.4.2002, p. 1.
( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta' April 2009 li jemenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2787)(ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
( 5 ) Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10).