30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 567/2009

tad-29 ta’ Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pierekaczewnik (STG)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1),u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Pierekaczewnik” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 269, 24.10.2008, p. 11.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

IL-POLONJA

Pierekaczewnik (STG)