|
20.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10446 — Swiss Life Holding/Gelsenwasser/Infrareal)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 424/02)
1.
Fil-11 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Gelsenwasser AG (“Gelsenwasser”, il-Ġermanja), |
|
— |
Infrareal GmbH (“Infrareal”, il-Ġermanja). |
Swiss Life u Gelsenwasser jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Infrareal kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Infrareal: tikkonsisti f’kumpanija azzjonista ta’ ġestjoni Ġermaniża għal kumpaniji li joperaw minn siti u ż-żewġ sussidjarji operazzjonali, Pharmaserv GmbH u Pharmapark Jena GmbH. Pharmaserv GmbH u Pharmapark Jena GmbH jħaddmu parks tan-negozju b’enfasi fuq is-settur tax-xjenza tal-ħajja u jipprovdu, inter alia, servizzi ta’ ġestjoni ta’ siti, infrastruttura teknika u servizzi loġistiċi f’dan ir-rigward, |
|
— |
Gelsenwasser: kumpanija tal-utilitajiet li tforni l-gass naturali u l-ilma ħelu lir-residenti fil-Ġermanja. Hija attiva prinċipalment f’ħames setturi: l-ilma, l-ilma mormi, in-networks tal-enerġija, il-bejgħ tal-enerġija, u l-investimenti. |
|
— |
Swiss Life: fornitur ta’ soluzzjonijiet komprensivi fl-assikurazzjonijiet tal-ħajja, tal-pensjonijiet u tal-finanzi. Bil-marka umbrella tagħha, hija toffri lill-individwi u lill-korporazzjonijiet pariri komprensivi u individwali flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ prodotti proprji u sħab permezz tal-forza tal-bejgħ tagħha u sħab ta’ distribuzzjoni bħal sensara u banek. Swiss Life hija attiva fis-settur tal-assikurazzjoni tal-ħajja u fis-segment tal-investiment u tal-ġestjoni tal-assi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10446 — Swiss Life Holding/Gelsenwasser/Infrareal
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).