European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/664

28.1.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/155, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(C/2025/664)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/155 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (3).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni identifikati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK u r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel it-2 ta' Settembru 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kull osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, tal-lista ta' persuni identifikati.


(1)   ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.

(2)   ĠU L, 2025/155, 28.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/155/oj.

(3)   ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/664/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)