European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2615

19.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2615

tas-17 ta’ Diċembru 2025

li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 239(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (3) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-mudelli taċ-ċertifikati u l-mudelli tad-dikjarazzjonijiet fil-forma ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodott ġerminali tagħhom.

(2)

L-Artikolu 177(1) u (2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (4), adottat f’konformità mal-Artikolu 239(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/429, jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha wara esportazzjoni temporanja lejn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu biex jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet, f’tiġrijiet jew f’avvenimenti kulturali ekwestri.

(3)

Il-Kapitolu 16 (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-COMP”) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żiemel reġistrat għall-kompetizzjonijiet wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum biex jipparteċipa f’avvenimenti ekwestri organizzati taħt l-awspiċi tal-Fédération Equestre Internationale (FEI). Il-Kanada talbet li x-show jumping (Concours de Saut International 5*) li jseħħ fil-Kanada jiżdied mal-lista ta’ avvenimenti ekwestri koperti minn dak il-mudell taċ-ċertifikat u dan il-mudell tad-dikjarazzjoni. Peress li dak ix-show jumping fil-Kanada jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 177(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u huwa kompetizzjoni organizzata taħt l-awspiċji tal-FEI, jixraq li x-show jumping (Concours de Saut International 5*) li jsir fil-Kanada jiżdied mal-lista tal-avvenimenti ekwestri stabbiliti fit-titolu u fil-punt II.3.2. ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat, u fil-punt (b) ta’ dak il-mudell tad-dikjarazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli tal-Unjoni, il-mudell taċ-ċertifikat u l-mudell tad-dikjarazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu 16 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġu aġġornati, inkluż aġġornament tar-referenzi, tan-noti u tal-elementi strutturali, u jiġu sostitwiti fl-intier tagħhom bil-mudell taċ-ċertifikat u l-mudell tad-dikjarazzjoni stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni minħabba l-emendi li saru fil-Kapitolu 16 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 b’dan ir-Regolament, l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u tad-dikjarazzjonijiet maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jibqgħu jiġu awtorizzati matul perjodu tranżitorju xieraq, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament

Artikolu 2

Sat-8 ta’ Ottubru 2026, l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew tad-dikjarazzjonijiet maħruġa f’konformità mal-mudelli stipulati fil-Kapitolu 16 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, kif applikabbli qabel l-emendi li saru lil dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament, għandu jibqa’ jiġi awtorizzat għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni dment li dawk iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet ikunu nħarġu mhux aktar tard mit-8 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/403/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, il-Kapitolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU 16

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI U MUDELL TAD-DIKJARAZZJONI GĦAD-DĦUL MILL-ĠDID FL-UNJONI TA’ ŻIEMEL IRREĠISTRAT GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET WARA L-ESPORTAZZJONI TEMPORANJA GĦAL PERJODU TA’ MHUX AKTAR MINN 90 JUM BIEX JIPPARTEĊIPAW F’AVVENIMENTI EKWESTRI ORGANIZZATI TAĦT L-AWSPIĊJI TAL-FÉDÉRATION EQUESTRE INTERNATIONALE (FEI) (MUDELL “EQUI-RE-ENTRY-90-COMP”)

(Avveniment ta’ ttestjar bi tħejjija għal-Logħob Olimpiku, għal-Paraolimpijadi, għal-Logħob Ekwestri Dinji/il-Kampjonat Dinji, għal-Logħob Ekwestri Asjatiku, għal-Logħob Ekwestri Amerikan (fosthom il-Logħob Pan-Amerikan, il-Logħob tal-Amerka t’Isfel, il-Logħob tal-Amerka Ċentrali, u l-Logħob tal-Karibew), għax-show jumping (Concours de Saut International 5*) fil-Messiku, fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fiċ-Ċina, għax-show jumping (Concours de Saut International) u dressage (Concours de Dressage International) fl-Emirati Għarab Magħquda)

Parti I   Deskrizzjoni tal-kunsinna

PAJJIŻ

Ċertifikat tas-Saħħa tal-Annimali lill-UE


I.1

Konsenjatur/Esportatur

 

I.2

Referenza taċ-ċertifikat

I.2a

Referenza tal-IMSOC

 

Isem

 

 

 

 

Indirizz

 

I.3

Awtorità Kompetenti Ċentrali

 

KODIĊI QR

 

 

 

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

I.4

Awtorità Kompetenti Lokali

 

 

I.5

Konsenjatarju/Importatur

 

I.6

Operatur responsabbli għall-kunsinna

 

Isem

 

 

Isem

 

 

Indirizz

 

 

Indirizz

 

 

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

 

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

I.7

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi ISO tal-pajjiż

I.9

Pajjiż tad-destinazzjoni

Kodiċi ISO tal-pajjiż

I.8

Reġjun tal-oriġini

Kodiċi

I.10

Reġjun tad-destinazzjoni

Kodiċi

I.11

Post tad-dispaċċ

 

I.12

Post tad-destinazzjoni

 

 

Isem

Nru tar-Reġistrazzjoni/tal-Approvazzjoni

 

Isem

Nru tar-Reġistrazzjoni/tal-Approvazzjoni

 

Indirizz

 

 

Indirizz

 

 

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

 

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

I.13

Post tat-tagħbija

I.14

Data u ħin tat-tluq


I.15

Mezz tat-trasport

 

I.16

Post ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera tad-Dħul

 

☐ Inġenju tal-ajru

☐ Bastiment

I.17

Dokumenti ta’ akkumpanjament

 

 

 

☐ Ferrovija

☐ Vettura tat-triq

 

Tip

Kodiċi

 

Identifikazzjoni

 

Pajjiż

Kodiċi ISO tal-pajjiż

 

Referenza tad-dokument kummerċjali

 


I.18

 

 

 

 

I.19

Numru tal-kontenitur/Numru tas-siġill

 

Nru tal-kontenitur

Nru tas-siġill

 

I.20

Iċċertifikat bħala jew għal

 

 

 

☐ Żiemel irreġistrat

 


I.21

 

I.22

 

 

 

 

I.23

☐ Għad-dħul mill-ġdid


I.24

 

I.25

Kwantità totali

I.26

 


I.27

Deskrizzjoni tal-kunsinna

Kodiċi NM

Speċi

Sottospeċi/Kategorija

Sess

Sistema ta’ identifikazzjoni

Numru ta’ identifikazzjoni

Età

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Parti II   Ċertifikazzjoni

PAJJIŻ

Mudell taċ-ċertifikat EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

II. Informazzjoni dwar is-saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

II.   Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali

Jien, il-veterinarju uffiċjali ffirmat hawn taħt, b’dan qed niċċertifika li:

II.1.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I:

II.1.1.

huwa żiemel irreġistrat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (30) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035, mhux maħsub għall-iskarnar fil-qafas tal-eradikazzjoni ta’ marda trażmissibbli lill-annimali ekwini;

II.1.2.

ma jkunx wera sinjali jew sintomi ta’ mard elenkat għall-annimali ekwini fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 matul l-eżami kliniku mwettaq fi … / … / … (jj/xx/ssss) (1), din id-data għandha tkun fi ħdan l-aħħar 48 siegħa jew fl-aħħar jum tax-xogħol qabel id-data tad-dispaċċ mill-istabbiliment irreġistrat;

II.1.3.

jissodisfa l-kundizzjonijiet attestati fil-punti II.2 u II.3 ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;

II.1.4.

ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni bil-miktub, iffirmata mill-operatur responsabbli għall-annimal, li hija mehmuża ma’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

II.2.

Attestazzjoni fuq pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu u fuq l-istabbiliment tad-dispaċċ

II.2.1.

L-annimal ekwin huwa dispaċċat minn … (daħħal l-isem tal-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu), pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu, li fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu l-kodiċi … - … (2) u huwa assenjat lill-Grupp Sanitarju … (2).

II.2.2.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I jintbagħat minn pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu fejn ma kien hemm l-ebda evidenza klinika, seroloġika (f’annimali ekwini mhux imlaqqma) jew epidemjoloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni u ma kien hemm l-ebda tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ tiegħu lejn l-Unjoni.

II.2.3.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu fejn

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul l-aħħar 36 xhur qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]

(3) jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) rikonoxxut mill-Unjoni (1) matul l-aħħar 36 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni, u

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) fl-istabbiliment tad-dispaċċ matul l-aħħar 36 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]]

(3) jew

[tkun ġiet irrapportata l-infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) fl-istabbiliment matul l-aħħar 36 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni u wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment

(3) jew

[sad-data li fiha l-annimali ekwini li jkun fadal fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test tal-fissazzjoni tal-komplement għall-infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) (4), imwettaq, b’riżultati negattivi, f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 5, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara d-data li fiha jkunu nqatlu u nqerdu l-annimali infettati.]]]

(3) jew

[għal mill-inqas 30 jum wara d-data li fiha jkun inqatel u nqered l-aħħar annimal ekwin fl-istabbiliment, u l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat.]]]

II.2.4.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu fejn

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda surra matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]

(3) jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza għas-surra rikonoxxut mill-Unjoni (1) matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni, u

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda surra fl-istabbiliment matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]]

(3) jew

[tkun ġiet irrapportata s-surra fl-istabbiliment matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni u wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment

(3) jew

[sad-data li fiha l-annimali li jkun fadal fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għal tripanosomjażi jew test tal-agglutinazzjoni tal-kard għal tripanosomjażi (CATT) f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 4(4) imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara d-data li fiha jkun tneħħa l-aħħar annimal infettat mill-istabbiliment.]]]

(3) jew

[għal mill-inqas 30 jum wara d-data li fiha jkun inqatel u nqered jew ġie skarnat l-aħħar annimal fl-istabbiliment tal-ispeċi elenkata, u l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat.]]]

II.2.5.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu fejn

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda durina matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]

(3) jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza għad-durina rikonoxxut mill-Unjoni (1) matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni, u

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda durina fl-istabbiliment matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]]

(3) jew

[tkun ġiet irrapportata d-durina fl-istabbiliment matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni u wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment

(3) jew

[sad-data li fiha l-annimali ekwini li jkun fadal fl-istabbiliment, ħlief l-annimali ekwini maskili kastrati, ikunu ġew soġġetti għal test tal-fissazzjoni tal-komplement għad-durina, imwettaq b’riżultati negattivi f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 5(4) fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara d-data li fiha jkunu nqatlu u nqerdu jew ġew skarnati l-annimali infettati, jew id-data li fiha jkunu ġew kastrati l-annimali ekwini maskili infettati kollha.]]]

(3) jew

[għal mill-inqas 30 jum wara d-data li fiha jkun inqatel u nqered jew ġie skarnat l-aħħar annimal ekwin fl-istabbiliment, u wara li l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat.]]]

II.2.6.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ma jkunx tlaqqam kontra l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul l-aħħar 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ tiegħu lejn l-Unjoni, u

(3) jew

[ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż terz jew territorju li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul l-aħħar 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tiegħu lejn l-Unjoni.]

(3) jew

[ġej minn stabbiliment li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul l-aħħar 6 xhur qabel id-data tad-dispaċċ tiegħu lejn l-Unjoni u matul l-aħħar 21 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal deskritt fil-Parti I lejn l-Unjoni, l-annimali ekwini kollha fl-istabbiliment ikunu baqgħu klinikament f’saħħithom, u

(3) jew

[l-annimal ekwin deskritt fil-Parti I jkun inżamm protett minn attakki minn insetti vetturi fi stabbiliment protett mill-vetturi, fejn kwalunkwe annimal ekwin li wera żieda fit-temperatura tal-ġisem meħuda kuljum ikun ġie soġġett, b’riżultat negattiv, għal test ta’ iżolament virali għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela (4), u l-annimal ekwin deskritt fil-Parti I

(3) jew

[tlaqqam kontra l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela b’kors primarju sħiħ u tlaqqam mill-ġdid f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur mhux inqas minn 60 jum u mhux aktar minn 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]]]

(3) jew

[kien soġġett għal test tal-inibizzjoni tal-emoagglutinazzjoni għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela(4), imwettaq, b’riżultat negattiv, fuq kampjun meħud mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-iżolament fl-istabbiliment protett mill-vetturi.]]]

(3) jew

[it-temperatura tal-ġisem tal-annimal ekwin deskritt fil-Parti I tkun ittieħdet kuljum, jew mingħajr żieda jew inkella l-annimal ikun ġie soġġett għal test ta’ iżolament virali għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela b’riżultat negattiv, u l-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġie soġġett għal:

(a)

test tal-inibizzjoni tal-emoagglutinazzjoni għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela(4), mingħajr żieda fit-titru tal-antikorpi, imwettaq fuq kampjuni akkoppjati meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ 21 jum, li t-tieni wieħed minnhom ittieħed matul l-aħħar 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ tiegħu lejn l-Unjoni, u

(b)

traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR) għad-detezzjoni ta’ ġenoma tal-virus tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela(4), b’riżultat negattiv, imwettqa fuq kampjun meħud fl-aħħar 48 siegħa qabel id-dispaċċ tiegħu lejn l-Unjoni, u

(c)

protezzjoni minn attakki minn vetturi matul il-perjodu ta’ wara d-data tat-teħid tal-kampjuni sat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, permezz tal-użu kkombinat ta’ repellenti tal-insetti u insettiċidi approvati fuq l-annimal u diżinsettizzazzjoni tal-istalla u tal-mezz li fih jiġi ttrasportat.]]

II.2.7.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġej minn stabbiliment li fih

(3) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda anemija infettiva ekwina matul l-aħħar 12 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.]

(3) jew

[tkun ġiet irrapportata l-anemija infettiva ekwina fl-istabbiliment matul l-aħħar 12 xahar qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment

(3) jew

[sad-data li fiha l-annimali ekwini li jkun fadal fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test ta’ immunodiffużjoni fil-ġell tal-agar (test AGID jew ta’ Coggins) jew test ELISA (4) għall-anemija infettiva ekwina mwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall minimu ta’ 90 jum wara d-data li fiha jkunu nqatlu u nqerdu jew ġew skarnati l-annimali infettati u l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat.]]

(3) jew

[għal mill-inqas 30 jum wara d-data li fiha jkun inqatel u nqered jew ġie skarnat l-aħħar annimal ekwin fl-istabbiliment, u wara li l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat.]]

II.2.8.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġej minn stabbiliment li fih:

II.2.8.1.

ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni;

II.2.8.2.

ma tkun ġiet irrapportata l-ebda antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.

II.2.9.

Sa fejn naf jien u kif iddikjarat mill-operatur, l-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ma kienx ġie f’kuntatt ma’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li ma kkonformawx mar-rekwiżiti msemmija fil-punti II.2.2 sa II.2.8.1 matul l-aħħar 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni, u mar-rekwiżit imsemmi fil-punt II.2.8.2 matul l-aħħar 15-il jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimal lejn l-Unjoni.

II.3.

Attestazzjoni tar-residenza u tal-iżolament qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni

II.3.1.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ġie introdott fil-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ fi … / … / … (jj/xx/ssss)

(3) jew

[direttament mill-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea … (daħħal l-isem tal-Istat Membru).]

(3) jew

[minn pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu … (daħħal l-isem tal-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu) awtorizzati għad-dħul ta’ annimali ekwini rreġistrati fl-Unjoni, taħt kundizzjonijiet stretti mill-inqas daqs dawk stabbiliti f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.]

II.3.2.

L-annimal ekwin ħareġ mill-Unjoni Ewropea

(3) jew

[inqas minn 30 jum ilu, u mid-data tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, qatt ma kien f’pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu(1) għajr dawk tal-istess Grupp Sanitarju bħall-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ lejn l-Unjoni Ewropea, u kien residenti fl-istabbilimenti taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, akkomodat fi stalel separati mingħajr ma ġie f’kuntatt ma’ annimali ekwini bi stat ta’ saħħa inferjuri, ħlief waqt il-kompetizzjoni, u ħa sehem ma’ żwiemel li pparteċipaw fix-show jumping (Concours de Saut International 5*) jew inżamm fi stalel flimkien magħhom

(3) jew

[fiż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku, il-Messiku;]

(3) u/jew

[fl-Istati Uniti;]

(3) jew

[f’Shanghai, iċ-Ċina;]]

(3) jew

[inqas minn 60 jum ilu, u mid-data tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, qatt ma kien f’pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu(1) għajr dawk tal-istess Grupp Sanitarju bħall-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ, u kien residenti fl-istabbilimenti taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, akkomodat fi stalel separati mingħajr ma ġie f’kuntatt ma’ annimali ekwini bi stat ta’ saħħa inferjuri, ħlief waqt il-kompetizzjoni, u ħa sehem jew inżamm fi stalel ma’ żwiemel li pparteċipaw

(3) jew

[fil-Logħob Ekwestri Asjatiku fi … (daħħal il-post).]]

(3) jew

[fil-Logħob Ekwestri Amerikan (5) fi … (daħħal il-post).]]

(3) jew

[inqas minn 90 jum ilu, u mid-data tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, qatt ma kien f’pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu (1) għajr dawk tal-istess Grupp Sanitarju bħall-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ lejn l-Unjoni Ewropea, u kien residenti fl-istabbilimenti taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, akkomodat fi stalel separati mingħajr ma ġie f’kuntatt ma’ annimali ekwini bi stat ta’ saħħa inferjuri, ħlief waqt il-kompetizzjoni, u ħa sehem jew inżamm fi stalel ma’ żwiemel li pparteċipaw

(3) jew

[fl-avveniment tat-test għal-Logħob Olimpiku fi … (daħħal il-post).]]

(3) jew

[fil-Logħob Olimpiku fi … (daħħal il-post).]]

(3) jew

[fil-Paraolimpijadi fi … (daħħal il-post).]]

(3) jew

[fil-Logħob Ekwestri Dinji/il-Kampjonat Dinji fi … (daħħal il-post).]]

(3) jew

[ix-show jumping (Concours de Saut International 5*) fil-Kanada.]]

(3) jew

[fix-show jumping (Concours de Saut International) jew dressage (Concours de Dressage International) fl-Emirati Għarab Magħquda.]]

Noti:

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.6

:

Ipprovdi l-informazzjoni dwar l-operatur responsabbli għall-annimal.

Kaxxa ta’ referenza I.8

:

Ipprovdi l-kodiċi tal-pajjiż jew tat-territorju jew taż-żona tiegħu tad-dispaċċ kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

Kaxxa ta’ referenza I.27

:

“Sistema ta’ identifikazzjoni”: L-annimal għandu jiġi identifikat b’mod individwali b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni definiti fil-punt (a), (c), (e), jew (g) tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, jew jiġi identifikat permezz ta’ metodu alternattiv f’konformità mal-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament Delegat (pereżempju, ħruq fuq il-ġilda) sakemm dan jiġi rreġistrat fid-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) tiegħu. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal tatwaġġi, ħruq fuq il-ġilda, transponder eċċ.) u l-post anatomiku użat fuq l-annimal. Għandu jiġi ddikjarat in-numru tal-passaport ta’ akkumpanjament jew il-Kodiċi Uniku, jekk ma jkunx disponibbli n-numru tal-passaport, kif ukoll l-isem tal-awtorità kompetenti li vvalidat il-passaport.

“Età”: Data tat-twelid (jj/xx/ssss).

“Sess”: M = maskili, F = femminili, K = kastrat.

Parti II:

(1)

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jinħareġ fl-aħħar 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimal ikun tgħabba jew qabel id-data tal-awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu rispettivi, msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn ikunu ġew adottati miżuri restrittivi mill-Unjoni kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dak il-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella tal-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(2)

Il-kodiċi tal-pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Ħassar jekk mhux applikabbli.

(4)

Testijiet għall-glanders, għas-surra, għad-durina, għall-anemija infettiva ekwina u għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għal Mard tal-Annimali Ekwini għajr il-marda Afrikana taż-żwiemel: https://sitesv2.anses.fr/en/minisite/equine-diseases/sop.

(5)

Inklużi l-Logħob Pan-Amerikan, il-Logħob tal-Amerka t’Isfel, il-Logħob tal-Amerka Ċentrali u tal-Karibew.

Veterinarju uffiċjali

Isem (b’ittri kapitali)

 

 

 

Data

 

Kwalifika u titolu

 

Timbru

 

Firma

 


Dikjarazzjoni mill-operatur responsabbli għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni wara l-esportazzjoni temporanja ta’ żiemel irreġistrat għall-kompetizzjonijiet

Identifikazzjoni tal-annimal (1)

Speċi (isem xjentifiku)

Equus caballus

Sistema ta’ identifikazzjoni

…

Numru ta’ identifikazzjoni

…

Età

…

Sess

…

Jiena, l-operatur sottoskritt taż-żiemel irreġistrat deskritt hawn fuq, b’dan qed niddikjara li:

(a)

iż-żiemel irreġistrat

(2) jew

[kien esportat temporanjament mill-Unjoni lejn il-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ lejn l-Unjoni fi … / … / … (jj/xx/ssss) inqas minn 90 jum qabel id-data tal-ħruġ ta’ din id-dikjarazzjoni;]

(2) jew

[daħal fil-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ fi … / … / … (jj/xx/ssss) from … (daħħal l-isem tal-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu li minnu ż-żiemel irreġistrat daħal fil-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ lejn l-Unjoni );]

(b)

iż-żiemel irreġistrat kien esportat temporanjament mill-Unjoni biex jieħu sehem

 (2) jew

[fil-Logħob Ekwestri Asjatiku fi … (daħħal il-post);] (3)

 (2) jew

[fil-Logħob Ekwestri Amerikan (3) fi … (daħħal il-post);]

 (2) (2) jew

[fl-avveniment tat-test għal-Logħob Olimpiku fi … (daħħal il-post);]

 (2) (2) jew

[fil-Logħob Olimpiku fi … (daħħal il-post);]

 (2) (2) jew

[fil-Paraolimpijadi fi … (daħħal il-post);]

 (2) (2) jew

[fil-Logħob Ekwestri Dinji/il-Kampjonat Dinji fi … (daħħal il-post);]

 (2) (2) jew

[fix-show jumping (Concours de Saut International 5*)

 (2) (2) jew

[fiż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku, il-Messiku;]]

 (2) (2) u/jew

[fl-Istati Uniti;]]

 (2) (2) jew

[fil-Kanada;]]

 (2) (2) jew

[f’Shanghai, iċ-Ċina;]]

 (2) (2) jew

[fix-show jumping (Concours de Saut International) jew dressage (Concours de Dressage International) fl-Emirati Għarab Magħquda;]

(c)

matul l-aħħar 15-il jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, iż-żiemel irreġistrat ma kienx f’kuntatt ma’ annimali li jbatu minn mard infettiv jew li jittieħed trażmissibbli lill-annimali ekwini;

(d)

it-trasport se jsir b’tali mod li s-saħħa u l-benesseri taż-żiemel irreġistrat jistgħu jitħarsu b’mod effettiv f’kull stadju tal-vjaġġ;

(e)

il-kundizzjonijiet għar-residenza u l-iżolament qabel l-esportazzjoni kif applikabbli f’konformità mal-punt II.3 taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ akkumpanjament għall-pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tad-dispaċċ lejn l-Unjoni huma ssodisfati.

L-isem u l-indirizz tal-operatur …

Data … (jj/xx/ssss)

…

(Firma)


(1)  Sistema ta’ identifikazzjoni: L-annimal għandu jiġi identifikat b’mod individwali b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni definiti fil-punt (a), (c), (e), jew (g) tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035, jew jiġi identifikat permezz ta’ metodu alternattiv f’konformità mal-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament Delegat (pereżempju, ħruq fuq il-ġilda) sakemm dan jiġi rreġistrat fid-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) tiegħu. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal tatwaġġi, ħruq fuq il-ġilda, transponder eċċ.) u l-post anatomiku użat fuq l-annimal.

Għandu jiġi ddikjarat in-numru tal-passaport ta’ akkumpanjament jew il-Kodiċi Uniku, jekk ma jkunx disponibbli n-numru tal-passaport, kif ukoll l-isem tal-awtorità kompetenti li vvalidat il-passaport.

Età: Data tat-twelid (jj/xx/ssss).

Sess: M = maskili, F = femminili, K = kastrat.

(2)  Ħassar jekk mhux applikabbli.

(3)  Inklużi l-Logħob Pan-Amerikan, il-Logħob tal-Amerka t’Isfel, il-Logħob tal-Amerka Ċentrali u tal-Karibew.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2615/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)