|
12.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/597
tal-11 ta' April 2022
il-promozzjoni tan-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (l-"Istrateġija tal-UE għan-Nonproliferazzjoni tal-AQM"), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri li jridu jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
|
(2) |
L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija tal-UE għan-Nonproliferazzjoni tal-AQM b'mod attiv u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, bħall-iżvilupp tal-istrutturi meħtieġa fl-Unjoni. |
|
(3) |
Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu u dokument intitolat "Linji ta' azzjoni ġodda mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom" (il-"Linji ta' Azzjoni Ġodda"), li jiddikjara li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva ("AQM") tkompli tikkostitwixxi waħda mill-akbar sfidi għas-sigurtà u li l-politika tan-nonproliferazzjoni tikkostitwixxi parti essenzjali mill-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK). |
|
(4) |
Fil-Linji ta' Azzjoni Ġodda, il-Kunsill jappella lill-formazzjonijiet u lill-korpi kompetenti tal-Kunsill, lill-Kummissjoni, lil istituzzjonijiet oħra u lill-Istati Membri biex jagħtu segwitu konkret lil dak id-dokument. |
|
(5) |
Fil-Linji ta' Azzjoni Ġodda, il-Kunsill jenfasizza li l-azzjoni tal-Unjoni biex tiġi evitata l-proliferazzjoni tista' tibbenefika mill-appoġġ ipprovdut minn netwerk għan-nonproliferazzjoni mhux governattiv, li jlaqqa' flimkien lill-istituzzjonijiet ta' politika estera u ċ-ċentri ta' riċerka li jispeċjalizzaw fl-oqsma strateġiċi tal-Unjoni waqt li jibni fuq netwerks utli li diġà jeżistu. Netwerk bħal dan jista' jiġi estiż għal istituzzjonijiet f'pajjiżi terzi. |
|
(6) |
Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom, intitolata "Is-sigurtà tal-armi, nipproteġu liċ-ċittadini" ('l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW'). L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW issostitwixxiet l-istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjoni tagħhom, li ġiet adottata fl-2005. Is-SALW ikomplu jikkontribwixxu għall-instabbiltà u l-vjolenza fl-Unjoni, fil-viċinat immedjat tagħha u fil-bqija tad-dinja. L-armi żgħar illeċiti qegħdin iqanqlu l-vjolenza bl-armi u l-kriminalità organizzata, kif ukoll it-terroriżmu globali u l-konflitti, u qed ixekklu l-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi tal-ġestjoni ta' kriżijiet. Dawn jiddistabilizzaw reġjuni sħaħ, kif ukoll l-Istati u s-soċjetajiet tagħhom, u jżidu l-impatt ta' attakki terroristiċi. Huwa għalhekk li l-Kunsill huwa impenjat li jipprevjeni u jrażżan il-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-munizzjon tagħhom u qed jippromwovi l-obbligu ta' rendikont u r-responsabbiltà fir-rigward tal-kummerċ legali tagħhom.. L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tqis il-kuntest ta' sigurtà li evolviet, inkluż it-theddid tat-terroriżmu ġewwa l-Unjoni u l-iżviluppi fid-disinn u t-teknoloġija tal-SALW li jaffettwaw il-kapaċità tal-gvernijiet li jindirizzaw it-theddid. Hija tqis ukoll il-prinċipji ta' gwida tal-Istrateġija Globali tal-UE tal-2016. |
|
(7) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/430/PESK (1), li stabbiliet in-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u pprevediet li l-implimentazzjoni teknika ta' dik id-Deċiżjoni għandha ssir mill-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni (il-"Konsorzju"). |
|
(8) |
L-għażla tal-Konsorzju bħala benefiċjarju waħdieni ta' għotja ta' flus f'dan il-każ hija ġustifikata minħabba r-rieda tal-Unjoni, kif appoġġata mill-Istati Membri tagħha, li tkompli l-kooperazzjoni produttiva tagħha man-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni, li qed jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kultura Ewropea komuni rigward in-nonproliferazzjoni u d-diżarm, kif ukoll li qed jgħin lill-Unjoni tiżviluppa u ssawwar il-politika tagħha f'dawn l-oqsma u żżid il-viżibbiltà tal-Unjoni. In-natura stess tal-Konsorzju, li jaf l-eżistenza tiegħu lill-Unjoni u li jiddependi kompletament fuq l-appoġġ tal-Unjoni, jirrendi neċessarju finanzjament ta' 100 % f'dan il-każ. Il-Konsorzju ma għandu l-ebda riżorsi finanzjarji indipendenti jew awtorità legali li jiġbor aktar fondi. Barra minn hekk, il-Konsorzju stabbilixxa netwerk, ġestit minn sitt gruppi ta’ riflessjoni, li jiġbor flimkien aktar minn 100 grupp ta' riflessjoni, ċentri ta' riċerka u dipartimenti universitarji, li jgħaqqad kważi l-għarfien espert mhux governattiv kollu dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fl-Unjoni, inklużi entitajiet fl-Istati Membri kollha. |
|
(9) |
Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/129/PESK (2), li estendiet għal 3 snin il-promozzjoni kontinwa u l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni tal-attivitajiet tan-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u fdat lill-Konsorzju bl-implimentazzjoni teknika ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Fit-3 ta' April 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/632 (3), li tipprevedi l-estensjoni tat-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni 2014/129/PESK sabiex tkun tista' titkompla l-implimentazzjoni tal-attivitajiet sat-2 ta' Lulju 2017. |
|
(11) |
Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1195 (4), li testendi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/129/PESK mit-3 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tippermetti l-organizzazzjoni ta' konferenza annwali ewlenija waħda dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fl-2017 kif ukoll għaż-żamma u l-aġġornament kontinwi tal-pjattaforma tal-internet tal-Konsorzju. |
|
(12) |
Fis-26 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 (5), li estendiet għal 3 snin il-promozzjoni kontinwa u l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni tal-attivitajiet tan-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u fdat lill-Konsorzju bl-implimentazzjoni teknika ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Fis-16 ta' April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/648 (6), li testendi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 sas-17 ta' Mejju 2022 minħabba sfidi ta' implimentazzjoni li jirriżultaw mill-pandemija kontinwa tal-COVID-19, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet ta' kontribut għall-implimentazzjoni mtejba tal-Istrateġija tal-UE dwar in-Nonproliferazzjoni tal-AQM, u l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, li huma bbażati fuq il-prinċipji ta' multilateraliżmu, prevenzjoni u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, il-promozzjoni u l-appoġġ kontinwu tal-attivitajiet tan-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm huma b'dan estiżi sabiex jissaħħu l-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
l-inkoraġġiment ta' djalogu politiku u dak relatat mas-sigurtà u d-diskussjoni fuq perijodu fit-tul dwar miżuri li jiġġieldu l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom fis-soċjetajiet ċivili u, b'mod partikolari, fost l-esperti, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi; |
|
(b) |
tingħata lil dawk li jipparteċipaw fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill l-opportunità li jikkonsultaw in-netwerk dwar kwistjonijiet relatati man-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, u biex jippermettu lir-rappreżentanti tal-Istati Membri jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Konsorzju; |
|
(c) |
il-kostituzzjoni ta' pass 'il quddiem siewi fl-azzjoni ta' nonproliferazzjoni u diżarm mill-Unjoni u l-komunità internazzjonali, b'mod partikolari billi jingħataw rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet lir-rappreżentanti tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"RGħ"); |
|
(d) |
il-kontribut għal aktar sensibilizzazzjoni ta' pajjiżi terzi dwar l-isfidi tal-proliferazzjoni u d-diżarm u tal-ħtieġa li jaħdmu f'kooperazzjoni mal-Unjoni u fil-kuntest ta' fora multilaterali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jiġu evitati, skoraġġuti, imwaqqfa u, fejn possibbli, eliminati programmi ta' proliferazzjoni li huma ta' tħassib għad-dinja kollha; |
|
(e) |
li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' għarfien espert u kapaċità istituzzjonali fi kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni u diżarm fi gruppi ta' riflessjoni u gvernijiet fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, inkluż billi jsaħħaħ l-edukazzjoni dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm, iqajjem kuxjenza dwar dawk il-kwistjonijiet fost il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, u jippromwovi l-ġenerazzjoni li jmiss ta' riċerkaturi u prattikanti f'dan il-qasam, speċjalment in-nisa, u fix-xjenzi naturali u tekniċi. |
2. Il-proġetti li jridu jiġu appoġġati mill-Unjoni għandhom jinkludu l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:
|
(a) |
l-għoti ta' mezzi biex isiru konferenzi prinċipali annwali ma' pajjiżi terzi u mas-soċjetà ċivili dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm biex jiġu diskussi u identifikati aktar miżuri għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom u objettivi marbuta ta' diżarm, kif ukoll biex jindirizzaw l-isfidi relatati mal-armi konvenzjonali, fosthom il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. Il-konferenzi ser jippromwovu internazzjonalment ukoll l-Istrateġija tal-UE għan-Nonproliferazzjoni tal-AQM u l-Istrateġija tal-UE għas-SALW, u r-rwol, f'dan il-qasam, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-gruppi ta' riflessjoni fl-Unjoni, bil-ħsieb li tiżdied il-viżibbiltà tal-politika tal-Unjoni f'dan il-qasam u li jitressqu rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet quddiem ir-rappreżentanti tar-RGħ; |
|
(b) |
l-għoti ta' mezzi għall-organizzazzjoni ta' laqgħat konsultattivi annwali bejn ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, rappreżentanti tal-Istati Membri u esperti biex jaqsmu bejniethom fehmiet dwar kwistjonijiet prinċipali u żviluppi kritiċi fl-oqsma tad-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi bil-ħsieb li jitressqu rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet lir-rappreżentanti tar-RGħ; |
|
(c) |
l-għoti ta' mezzi għall-organizzazzjoni ta' seminars ad hoc għal esperti u prattikanti dwar il-firxa sħiħa ta' kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni u diżarm, li jkopru kemm armi konvenzjonali kif ukoll dawk li mhumiex, bil-ħsieb li jitressqu rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet quddiem ir-rappreżentanti tar-RGħ; |
|
(d) |
il-provvediment ta' mezzi għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta' dokumenti ta' politika li jkopru suġġetti fil-mandat tal-Konsorzju u jippreżentaw opzjonijiet politiċi u/jew dawk ta' politiki operazzjonali; |
|
(e) |
l-għoti ta' mezzi biex titqajjem kuxjenza, edukazzjoni u jiġi żviluppat għarfien espert u ħila istituzzjonali fil-qasam tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm fi gruppi ta' riflessjoni u gvernijiet fl-Unjoni u pajjiżi terzi permezz ta':
|
|
(f) |
l-għoti ta' mezzi għal aktar manutenzjoni, amministrazzjoni u żvilupp ta' pjattaforma tal-Internet u kontijiet fuq in-netwerks soċjali relatati biex jiġu ffaċilitati kuntatti, jiġi pprovdut forum uniku għar-riċerka Ewropea dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni, jiġi promoss in-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm, tintlaħaq il-komunità globali tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm u jiġu promossi l-offerti edukattivi tal-Konsorzju kemm fir-rigward ta' korsijiet ta' taħriġ fuq il-post kif ukoll fir-rigward ta' taħriġ online. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-RGħ għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Konsorzju, magħmul mill-Fondation pour la recherche stratégique (FRS), il-Peace Research Institute Frankfurt (HSFK/PRIF), l-International Institute for Strategic Studies Europe (IISS-Europe), l-iStockholm International Peace Research Institute (SIPRI), l-International Affairs Institute (IAI) f’Ruma u l-Vienna Center for Disarmament and Non-Proliferation (VCDNP).. Il-Konsorzju għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal din il-fini, ir-RGħ għandu jidħol għall-arranġamenti meħtieġa mal-Konsorzju.
3. L-Istati Membri u s-Servizz Estern għall-Azzjoni Esterna għandhom jipproponu prijoritajiet u suġġetti ta' interess speċifiku għall-valutazzjoni fil-programmi ta' riċerka tal-Konsorzju, li għandhom jiġu indirizzati f'dokumenti ta' ħidma u seminars, f'konformità mal-politika tal-Unjoni.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jkopru l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 4 700 000.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont imniżżel fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal din il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' għotja mal-Konsorzju. Il-ftehim għandu jistipula li l-Konsorzju għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjijin mill-Konsorzju. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/430/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in- nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 202, 4.8.2010, p. 5).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/129/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/632 tat-3 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda massiva (ĠU L 90, 4.4.2017, p. 10).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1195 tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 172, 5.7.2017, p. 14).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/299 tas-26 ta' Frar 2018 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (ĠU L 56, 28.2.2018, p. 46).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/648 tas-16 ta' April 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 57)..
ANNESS
DOKUMENT TA' PROĠETT
Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm (Fażi IV) – RGħ(2022) 34
17 ta' Jannar 2022
Il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm (EUNPDC) inħoloq mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġi stabbilit Network Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti biex jinkoraġġixxu d-djalogu politiku u relatat mas-sigurtà u d-diskussjoni fit-tul ta' miżuri għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (AQM) u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom. Tali djalogu jkopri wkoll kwistjonijiet relatati ma' armi konvenzjonali, inkluż armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW). Imniedi fl-2010 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/430/PESK, l-appoġġ imġedded tal-UE għall-proġett għal żewġ fażijiet oħra fl-2014 (bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/129/PESK tal-UE) u fl-2018 (bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/299/PESK tal-UE). L-implimentazzjoni tal-Fażi III ser tiġi konkluża f'Mejju 2022.
Bħalissa l-EUNPDC jikkonsisti fil-Fondation pour la Recherche Stratégique (FRS), l-Istituto Affari Internazionali (IAI), l-Istitut Internazzjonali għall-Istudji Strateġiċi (IISS), l-Istitut ta' Riċerka dwar il-Paċi ta' Frankfurt (HSFK/PRIF), l-Istitut Internazzjonali ta' Riċerka dwar il-Paċi ta' Stokkolma (SIPRI) u ċ-Ċentru ta' Vjenna għad-Diżarm u n-Nonproliferazzjoni (VCDNP). Matul is-snin in-Network espanda biex jinkludi 104 membri fost il-gruppi ta' riflessjoni, iċ-ċentri ta' riċerka u d-dipartimenti universitarji bbażati fl-Istati Membri kollha tal-UE u f'sitt pajjiżi oħra (in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit).
Ir-rwol tal-Konsorzju huwa li jikkoordina u jippromwovi n-Network u jagħmel l-għarfien espert tiegħu disponibbli għall-UE, bil-ħsieb li jinforma d-diskussjoni tal-korpi rilevanti tiegħu dwar politiki ta' nonproliferazzjoni, kontroll tal-armi u diżarm u jipprovdi ideat, analiżi u rakkomandazzjonijiet. Il-Konsorzju wettaq dan il-kompitu permezz ta' firxa varjata ta' attivitajiet, inkluż konferenzi u laqgħat internazzjonali, attivitajiet edukattivi, pubblikazzjonijiet u ħidma biex jintlaħqu n-nies. Matul il-Fażi III tal-proġett, l-ambitu tal-ħidma tal-Konsorzju twessa' progressivament biex iwieġeb għall-ħtieġa li jinbnew aktar kapaċità, sensibilizzazzjoni, u opportunitajiet fil-qasam tad-diżarm, in-nonproliferazzjoni, u l-kontroll tal-armi fost il-ġenerazzjoni li jmiss ta' prattikanti u akkademiċi kif ukoll fost il-professjonisti fil-qasam tax-xjenzi naturali. Ingħatat ukoll attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jiġu involuti aktar nisa f'dan il-qasam.
L-iżviluppi u l-isfidi kontinwi fil-qasam tad-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi jagħmlu l-ħidma ta' tlaqqigħ, riċerka u komunikazzjoni tal-Konsorzju u n-Network partikolarment rilevanti għall-UE u l-Istati Membri tagħha. Filwaqt li tibni fuq il-ħidma mwettqa fil-fażijiet preċedenti tal-proġett, il-Fażi IV tal-EUNPDC, kif ippreżentata f'dan id-dokument, tirrifletti kif l-attivitajiet tagħha jistgħu jkomplu jippermettu lill-Konsorzju u lin-Network jinfurmaw il-ħidma tal-UE f'dan il-qasam importanti.
1. Ġestjoni ġenerali
Bħala parti mill-Ġestjoni Ġenerali, SIPRI ser ikompli jissorvelja u jikkoordina l-attivitajiet tal-Konsorzju u n-Network Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm (in-Network), inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija bejn ir-rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Kummissjoni Ewropea u l-Konsorzju u t-twettiq tal-obbligi ta' rapportar. Dan jinkludi wkoll il-kompitu li jkompli jespandi d-diversità tan-Network f'termini ta' dixxiplini akkademiċi, ġeografija, ġeneru u età. Il-ġestjoni ġenerali tinkludi wkoll żmien għall-membri kollha tal-Konsorzju biex iwettqu kompiti ġenerali ta' ġestjoni (eż. jattendu laqgħat ta' koordinazzjoni, jippreżentaw kontributi lill-koordinatur) u biex ikompru l-ispejjeż ta' viżibbiltà.
Il-Fażi IV (2022-2025) ser tinkludi wkoll:
|
— |
Il-ħolqien ta' Kumitat tal-Programm EUNPDC magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Konsorzju, is-SEAE u l-Kummissjoni Ewropea biex jipprovdi kontribut dwar il-kontenut u l-organizzazzjoni tal-Konferenza Annwali u proġetti oħra (eż. il-Laqgħa konsultattiva, is-serje ta' pubblikazzjonijiet u seminars ad hoc). |
|
— |
Sitt sessjonijiet ta' informazzjoni bil-fomm (virtwalment jew fiżikament) lil CONOP, COARM u korpi oħra tal-UE, kif xieraq, minn esperti affiljati mal-membri tan-Network jew tal-Konsorzju u fuq talba tas-SEAE (preċedentement mogħtija permezz tal-proġett Help Desk). |
2. Deskrizzjoni tal-proġetti
L-għanijiet li ġejjin huma trażversali għall-proġetti kollha:
|
— |
L-iżgurar tad-diversità f'termini ta' ġeneru u ġeografija fl-attivitajiet kollha |
|
— |
Appoġġ għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' esperti tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm |
2.1 Organizzazzjoni ta' Konferenza annwali dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm (tmexxija: IAI)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Il-Konferenza Annwali, bil-parteċipazzjoni ta' esperti governattivi u gruppi ta' riflessjoni indipendenti u esperti akkademiċi oħra mill-UE u stati assoċjati kif ukoll pajjiżi terzi, ser tiddiskuti u tidentifika aktar miżuri għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom u objettivi marbuta ta' diżarm, kif ukoll tindirizza l-isfidi marbuta mal-armi konvenzjonali, inkluż il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom, kif ukoll riskji u opportunitajiet relatati ta' teknoloġiji emerġenti.
Fil-Fażi IV (2022-2025) din l-attività tkopri l-organizzazzjoni ta' Konferenza Annwali waħda fis-sena. Il-Konsorzju għandu l-għan li jorganizza l-Konferenza personalment iżda bil-possibbiltà li jxandar dirett l-avveniment kollu, jew parti minnu. Jekk ikomplu japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-laqgħat relatati mal-pandemija tal-COVID-19, il-Konsorzju jinsab lest li jaġġusta l-format tal-avveniment kif diġà għamel matul il-Fażi III. Barra minn hekk:
|
— |
Ser issir laqgħa tan-Network personalment eżatt wara l-Konferenza Annwali. Matul is-sena ser isiru laqgħat virtwali addizzjonali tan-Network. |
|
— |
Il-laqgħa tal-Ġenerazzjoni li Jmiss ser tiġi organizzata eżatt wara l-Konferenza Annwali iżda ser tkun marbuta ma' attivitajiet oħra li jinvolvu esperti żgħażagħ (ara l-intestatura 2.6 ta' dan id-dokument). |
|
— |
Il-mentees tal-Programm ta' Mentoraġġ tal-EUNPDC ser jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-konferenza. |
Riżultati tal-proġett
|
— |
Iż-żamma ta' konferenza prinċipali mmexxija mill-Ewropa dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm li tkompli tkun il-post ewlieni għall-promozzjoni ta' diskussjoni strateġika dwar miżuri fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom u objettivi relatati ta' diżarm biex tindirizza l-isfidi relatati mal-armi konvenzjonali, fosthom il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. |
|
— |
Iż-żieda fil-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni fil-politika tal-Unjoni fil-qasam tan-nonproliferazzjoni tal-AQM u s-SALW u fil-qasam tal-azzjoni fil-qasam kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku jew nukleari (CBRN) fost l-uffiċjali tal-gvern, l-akkademiċi u s-soċjetà ċivili ta' pajjiżi terzi. |
|
— |
Il-promozzjoni tar-rwol u l-koeżjoni tan-Network u r-rwol tal-Unjoni f'dan il-qasam. |
|
— |
Il-bini ta' għarfien espert dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm f'pajjiżi fejn dan mhuwiex biżżejjed, inkluż pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq l-appoġġ għall-ġenerazzjoni li jmiss. |
|
— |
Il-preżentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet orjentati lejn l-azzjoni li jtejbu l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tal-UE dwar in-nonproliferazzjoni tal-AQM u s-SALW u jiffurmaw pass 'il quddiem utli dwar in-nonproliferazzjoni u l-azzjoni relatata mal-armi konvenzjonali mill-Unjoni u l-komunità internazzjonali. |
|
— |
Iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi terzi dwar it-theddid relatat mal-AQM u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom, li jippermettulhom jantiċipaw aħjar. |
2.2 Organizzazzjoni ta' Laqgħa Konsultattiva annwali dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm (tmexxija: FRS)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Il-Laqgħat Konsultattivi, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-UE, tal-Istati Membri u ta' gruppi ta' riflessjoni, jindirizzaw sfidi kemm għal żmien qasir kif ukoll medju għall-Unjoni fl-oqsma tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, b'mod partikolari l-AQM u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom, armi konvenzjonali fosthom is-SALW, tipi ġodda ta' armi u sistemi ta' kunsinna.
Fil-Fażi IV tal-proġett din l-attività tkopri l-organizzazzjoni ta' Laqgħa Konsultattiva waħda fis-sena, maqsuma f'żewġ partijiet, kull waħda minnhom tkopri kwistjonijiet relatati mal-CONOP u l-COARM, u t-tħejjija ta' rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet assoċjati. L-aġendi ta' dawn l-avvenimenti ser jitħejjew f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE u l-gruppi ta' ħidma tal-PESK tal-Kunsill fl-oqsma tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm (CONOP) u l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali (COARM). Meta jkun rilevanti ser jiġu kkonsultati korpi addizzjonali (eż. it-Task Force Spazjali tas-SEAE). B'mod speċifiku:
|
— |
Il-Laqgħa Konsultattiva annwali ser tkun magħmula minn mhux aktar minn jumejn maqsuma bejn il-laqgħat CONOP u COARM. Ser tipprevedi l-parteċipazzjoni fiżikament ta' massimu ta' 50 individwu minn gruppi ta' riflessjoni Ewropej, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE speċjalizzati fid-diżarm tal-AQM u kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni u armi konvenzjonali, inkluż is-SALW, kif ukoll teknoloġiji emerġenti għal kull waħda minn dawn iż-żewġ sessjonijiet orjentati lejn il-CONOP u l-COARM. |
|
— |
Il-Laqgħa Konsultattiva ser issir f'format bi preżenza fiżika fuq jumejn biex jiżdiedu kemm jista' jkun l-iskambji bejn il-parteċipanti. |
Riżultati tal-proġett
|
— |
Skambju ta' informazzjoni u analiżi dwar ix-xejriet attwali ta' nonproliferazzjoni fost dawk li jipprattikaw il-politika u l-esperti akkademiċi mill-Istati Membri, kif ukoll persunal speċjalizzat mis-SEAE u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. |
|
— |
Diskussjoni dwar l-aħjar modi u mezzi biex jiġu implimentati l-politiki tal-Unjoni kontra l-proliferazzjoni. |
|
— |
L-għoti ta' reazzjonijiet kostruttivi lill-Unjoni dwar l-istrateġiji tagħha kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-SALW minn gruppi ta' riflessjoni Ewropej indipendenti, u suġġerimenti minn prattikanti lir-riċerkaturidwar l-aktar suġġetti rilevanti għall-politika għal aktar riċerka. |
|
— |
L-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet rilevanti fil-qasam tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm għal rapporti orjentati lejn il-politika. |
|
— |
Il-produzzjoni ta' rapporti orjentati lejn il-politika flimkien ma' grupp ta' rakkomandazzjonijiet orjentati lejn l-azzjoni lir-rappreżentanti tar-RGħ. |
2.3 Organizzazzjoni ta' 9 Seminars Ad Hoc dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Is-seminars Ad Hoc jaqdu għan konsultattiv bejn in-Network, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fuq bażi ad hoc, sabiex jiġu indirizzati avvenimenti importanti u għażliet ta' politika għall-UE, kif ukoll joffru opportunità għan-Network, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE li jilħqu udjenzi fil-mira ġewwa u barra mill-Unjoni.
Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta' mhux aktar minn disa' seminars ad hoc tal-esperti bit-tħejjija ta' dokument ta' informazzjoni assoċjat. Għal Fażi IV:
|
— |
Ser jiġu organizzati tliet seminars personalment u sitta f'format virtwali. |
|
— |
Bħala parti mill-organizzazzjoni tas-seminars, ser jiġi kkummissjonat dokument ta' informazzjoni ad hoc lill-esperti rilevanti affiljati man-Network, il-Konsorzju jew, jekk meħtieġ, istituti oħra li jiffoka fuq is-suġġett tas-seminar. Dawn id-dokumenti ta' informazzjoni ser jiġu ċċirkolati qabel is-seminar bħala dokument ta' sfond jew wara biex jagħtu ħarsa ġenerali tal-punti ewlenin. Id-dokumenti ta' informazzjoni ad hoc ser jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Konsorzju. |
|
— |
Is-SEAE jista' jitlob ukoll dokumenti ta' informazzjoni awtonomi (preċedentement Dokumenti Help Desk) minflok dokument ta' informazzjoni li jiffoka fuq is-suġġett ta' seminar Ad Hoc. |
Riżultati tal-proġett
|
— |
Skambju ta' informazzjoni u analiżi dwar ix-xejriet attwali ta' nonproliferazzjoni fost dawk li jipprattikaw il-politika u l-esperti akkademiċi mill-Istati Membri, kif ukoll persunal speċjalizzat mis-SEAE u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. |
|
— |
Diskussjoni dwar l-aħjar modi u mezzi biex jiġu implimentati l-politiki tal-Unjoni kontra l-proliferazzjoni. |
|
— |
L-għoti ta' reazzjonijiet kostruttivi lill-Unjoni dwar l-istrateġiji tagħha kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-SALW minn gruppi ta' riflessjoni indipendenti tal-Unjoni, u suġġerimenti minn prattikanti lill-gruppi ta' riflessjoni dwar l-aktar suġġetti rilevanti għall-politika għal aktar riċerka. |
|
— |
L-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet rilevanti fil-qasam tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm għal rapporti orjentati lejn il-politika. |
|
— |
Il-produzzjoni ta' rapporti orjentati lejn il-politika flimkien ma' grupp ta' rakkomandazzjonijiet orjentati lejn l-azzjoni lir-rappreżentanti tar-RGħ. Dawn ir-rapporti ser ikunu mxerrda fl-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri. |
2.4 Pubblikazzjoni ta' 15-il Dokument ta' Politika tal-UE dwar in-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm (tmexxija: SIPRI)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Il-proġett jipprevedi t-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta' mhux aktar minn 15-il dokument ta' politika. Id-dokumenti ta' politika ser jiġu kkummissjonati mill-Konsorzju u mħejjija, primarjament, mill-Konsorzju jew min-Network, bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bilanċjata u diversa ta' fehmiet f'termini ta' ġeneru u ta' għarfien espert tematiku u reġjonali. Fejn possibbli, is-serje ta' dokumenti ta' politika ser tistieden kontributi minn speċjalisti tal-"ġenerazzjoni li jmiss" biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali tagħhom. Id-dokumenti ser ikopru s-suġġetti fil-mandat tal-Konsorzju. Kull dokument ser jipproponi rakkomandazzjonijiet/għażliet ta' politika. Id-dokumenti ta' politika kollha ser jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Konsorzju.
Riżultati tal-proġett
|
— |
Djalogu politiku msaħħaħ u marbut mas-sigurtà dwar miżuri għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom, il-kontroll tal-armi u d-diżarm, l-iktar permezz ta' esperti, riċerkaturi u akkademiċi. |
|
— |
Aktar sensibilizzazzjoni, għarfien u fehim fis-soċjetà ċivili, in-netweork Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni, u l-gvernijiet ta' kwistjonijiet marbuta ma' politiki tal-Unjoni dwar in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi u d-diżarm. |
|
— |
Għażliet politiċi u/jew ta' politika operazzjonali lir-RGħ, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri. |
|
— |
L-ivilupp tal-azzjonijiet tan-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi u d-diżarm fil-livell tal-Unjoni megħjuna permezz ta' ideat, informazzjoni u analiżi. |
2.5 Promozzjoni u tisħiħ tal-edukazzjoni dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm
Il-proġett jikkonsisti fl-attivitajiet li ġejjin:
2.5.1 Aġġornament tal-infrastruttura u l-korsijiet tal-apprendiment elettroniku tal-EUNPD (tmexxija: PRIF)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Din l-attività ser tiffoka fuq it-tixrid u l-użu fuq livell globali ta' għodda ta' apprendiment elettroniku, li ġiet żviluppata taħt il-Fażi II u III. Il-kors bħalissa jikkonsisti minn 20 unità ta' tagħlim dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha rigward in-nonproliferazzjoni u d-diżarm. Fil-Fażi IV, l-20 unità ser jiġu aġġornati regolarment biex jipprovdu lill-istudenti bil-fatti u ċ-ċifri l-aktar reċenti. Minħabba t-taqlib sinifikanti li seħħ fis-snin reċenti fil-qasam tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, din il-fażi tiffoka fuq l-aġġornament sinifikanti tal-15-il unità ta' tagħlim oriġinali żviluppati bejn l-2014 u l-2017: f'termini ta' kontenut; il-faċilità tal-użu u l-interfaċċa għall-utent; u d-disinn grafiku u tal-vidjo. Dawn il-bidliet ser jagħmluha aktar faċli biex l-unitajiet ta' tagħlim jinżammu aġġornati.
Għal darb'oħra ser tingħata attenzjoni speċjali lill-aċċessibbiltà, jiġifieri t-titjib għall-utenti b'insuffiċjenza fil-vista jew fis-smigħ. L-intelliġibbiltà tal-kors sħiħ ser tissaħħaħ permezz ta' reviżjoni tal-lingwi minn kelliema nattivi Ingliżi speċjalizzati. It-tkomplija tas-sensibilizzazzjoni u l-appoġġ għal istituzzjonijiet edukattivi ser tippermetti integrazzjoni faċli tal-apprendiment elettroniku fi Programmi ta' Masters Universitarji u offerti edukattivi oħrajn, u jħeġġu l-użu globali tal-kors tat-tagħlim elettroniku.
Riżultati tal-proġett
|
— |
Il-manutenzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-aġġornament ta' kors ta' apprendiment elettroniku eżistenti tal-EUNPD li jkopri l-aspetti rilevanti kollha tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm. |
|
— |
Is-sensibilizzazzjoni u l-assistenza lil edukaturi uħarrieġa ta' letturi biex jużaw ir-riżorsi edukattivi tal-UE dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm. |
|
— |
Is-sensibilizzazzjoni u l-assistenza lil ġurnalisti u diplomatiċi żgħażagħ biex jużaw ir-riżorsi edukattivi tal-UE dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm. |
|
— |
L-għoti ta' appoġġ għat-tagħlim dwar il-kontroll tal-armi, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm f'seminars universitarji. |
|
— |
L-għoti ta' appoġġ biex jiġi kkombinat l-apprendiment elettroniku u t-taħriġ fil-klassijiet ("tagħlim imħallat"). |
|
— |
Iż-żieda fl-għarfien fil-fond dwar il-politika tal-UE dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi. |
|
— |
Il-forniment ta' riżors edukattiv miftuħ li jkun aġġornat kontinwament għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti fir-riċerka u l-programmazzjoni tan-nonproliferazzjoni. |
|
— |
L-għoti ta' għarfien kritiku ta' appoġġ lil prattikanti u akkademiċi tan-nonproliferazzjoni. |
2.5.2 "Klinika tat-tagħlim" (ċentru tar-riżorsi tat-tagħlim) (tmexxija: PRIF)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Din l-attività ser tkompli l-ħidma mibdija fl-2021/22, biex tissaħħaħ l-edukazzjoni dwar id-diżarm, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni fl-UE. S'issa, permezz ta' tfittxija estensiva online, ġew identifikati 59 kors rilevanti mgħallma dan l-aħħar fl-universitajiet fl-UE. Il-letturi rispettivi ġew ikkuntattjati individwalment. Bi tweġiba għal dan, saru disponibbli 24 sillabu. Evalwazzjoni preliminari rriżultat f'żewġ sillabi ewlenin u sommarji qosra ta' testi ewlenin. Fil-Fażi IV, il-proġett ser jiġbor korsijiet fl-universitajiet Ewropej u tal-Amerka ta' Fuq u jespandi t-tfittxija għal pajjiżi mhux tal-Punent. L-analiżi statistika ser tiġi kontinwament irfinuta u aġġornata. Ser jiġi propost materjal addizzjonali għal-letturi u l-għalliema.
Riżultati tal-proġett
|
— |
Firxa estensiva ta' kurrikuli ta' avvenimenti ta' tagħlim bħala eżempji u ispirazzjoni pprovduti fuq is-sit web tal-Konsorzju. |
|
— |
Evalwazzjoni statistika ta' korsijiet eżistenti dwar, eż. suġġetti mgħallma, approċċi teoretiċi jew diversità tal-ġeneru, ser tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Konsorzju u ppreżentata f'konferenzi jew sessjonijiet ta' ħidma. |
|
— |
Il-ħolqien u l-aġġornament ta' żewġ "sillabi ta' master" għal għalliema għall-ewwel darba. |
|
— |
Sommarji qosra ta' letteratura rilevanti jew nieqsa ppubblikati fuq is-sit web tal-Konsorzju. |
2.5.3 Kors ta' taħriġ dwar l-għarfien dwar il-proliferazzjoni (tmexxija: SIPRI)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Din l-attività ser tkopri l-organizzazzjoni ta' sitt korsijiet ta' taħriġ biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tal-proliferazzjoni għal studenti gradwati u postuniversitarji tax-xjenzi naturali u oqsma oħra rilevanti. Ser toħloq ukoll pont bejn ix-xjenzi soċjali u naturali, li ġie identifikat bħala ħtieġa urġenti fl-aħħar fażi. Dan ser jinkludi l-iżvilupp ta' kurrikulu apposta għaludjenzi distinti (bħalma huma dawk tal-bijomedika, l-inġinerija jew nukleari) u t-twettiq ta' żewġ korsijiet fis-sena. Fil-Fażi IV, tlieta minn dawn il-korsijiet ser jiġu organizzati personalment fi Stokkolma; tlieta ser isiru virtwalment.
Riżultati tal-proġett
|
— |
It-tisħiħ tal-ħiliet fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' akkademiċi tax-xjenzi naturali u oqsma rilevanti oħrajn fi strumenti u politiki ta' nonproliferazzjoni. |
|
— |
Kontribut għall-mira tal-politika ta' nonproliferazzjoni tal-Unjoni permezz ta' aktar sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tal-proliferazzjoni fost id-dixxiplini li jippreżentaw riskjikbar ta' proliferazzjoni u soġġetti għal żviluppi teknoloġiċi importanti; kif ukoll ta' opportunitajiet biex jiġu indirizzati r-riskji ta' proliferazzjoni permezz ta' żviluppi teknoloġiċi. |
|
— |
Kombinazzjoni ta' apprendiment mill-bogħod (apprendiment elettroniku) u taħriġ fuq il-post ("tagħlim imħallat"). |
2.6 Promozzjoni ta' kwistjonijiet relatati man-nonproliferazzjoni u d-diżarm għan-nisa żgħażagħ u l-ġenerazzjoni li jmiss
Il-proġett jikkonsisti fl-attivitajiet li ġejjin:
2.6.1 Programm ta' Internship (tmexxija: PRIF)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Din l-attività tipprevedi internships Ewropej dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm għal mhux aktar minn 30 student gradwat jew diplomatiku żagħżugħ, kull wieħed għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet xhur. L-internships ser jiġu stabbiliti u dokumentati mill-Konsorzju, u ser jikkombinaw il-parteċipazzjoni f'avvenimenti u f'sessjonijiet ta' ħidma, assenjazzjonijiet tal-qari u tal-kitba, u l-integrazzjoni ta' proġetti. L-istituzzjonijiet kollha li jappartjenu għan-Network huma eliġibbli bħala istituti ospitanti. 24 minn 30 internship għandhom ikunu riżervati għal kandidati Ewropej, filwaqt li s-sitt internships li jifdal huma riżervati għal kandidati mhux Ewropej. L-interns kollha ser jiġu mistiedna — sa fejn possibbli — għall-konferenzi u s-seminars organizzati mill-Konsorzju li jkunu qed isiru matul l-internship tagħhom.
Riżultati tal-proġett
|
— |
Iż-żieda fil-ħila fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' akkademiċi u prattikanti fil-politika u l-programmazzjoni tan-nonproliferazzjoni. |
|
— |
Iż-żieda fl-għarfien fil-fond dwar il-politika tal-Unjoni dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fl-Unjoni. |
|
— |
Fehim aħjar tal-istrateġiji tal-Unjoni, il-politiki u l-approċċi dwar in-nonproliferazzjoni f'pajjiżi terzi. |
|
— |
Il-ħolqien ta' networks ta' prattikanti u akkademiċi żgħażagħ u l-faċilitazzjoni ta' kooperazzjoni prattika. |
|
— |
It-titjib tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet dwar il-politiki tal-Unjoni fl-oqsma tal-AQM u s-SALW fi ħdan in-Network. |
2.6.2 L-attivitajiet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss u n-Nisa Żgħażagħ u l-Programm ta' Mentoraġġ (tmexxija: VCDNP)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Ispirat mill-iżbilanċi perċepiti b'mod wiesa' fl-età u bejn il-ġeneri fost l-esperti u l-prattikanti fil-qasam tan-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi, il-proġett għandu l-għan li jesponi lill-istudenti fil-livell universitarju, universitarju u postgradwatorju għal kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni, diżarm u kontroll tal-armi, iżid is-sensibilizzazzjoni tagħhom dwarhom, u jinkoraġġixxi l-involviment tagħhom f'avvenimenti u sessjonijiet ta' ħidma dwar suġġetti rilevanti. Fil-Fażi IV, l-attività ser tara żewġ żjarat ta' sensibilizzazzjoni fiżikament kull sena fl-universitajiet fl-Ewropa biex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-qasam u l-opportunitajiet għall-akkademiċi żgħażagħ. L-attività ser tkompli torganizza webinars dwar suġġetti tematiċi, li dejjem jinkludu informazzjoni dwar opportunitajiet ta' karriera jew perkorsi għaż-żgħażagħ.
Biex tiżdied il-preżenza tan-nisa fil-qasam, fil-Fażi IV, il-proġett ser iwettaq ukoll programm formali ta' mentoraġġ kull sena (li jdum sena) biex 20 żagħżugħa jiġu akkoppjati ma' 20 mentor sabiex jgħinu fit-titjib tan-networks tal-individwi, iżidu l-fehim tal-qasam u jfittxu parir dwar il-karriera. Il-programm ta' mentoraġġ ser ikun akkumpanjat minn sessjonijiet ta' esperti, attivitajiet soċjali u sessjonijiet ta' ħidma għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.
Riżultati tal-proġett
|
— |
Ħila mtejba fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' akkademiċi u prattikanti fil-qasam tan-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi. |
|
— |
Fehim aħjar tal-qasam u l-politiki rilevanti tal-UE. |
|
— |
Aktar sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet għall-akkademiċi żgħażagħ, speċjalment nisa, biex isiru aktar involuti fil-qasam tan-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi. |
|
— |
Networks imsaħħa fost il-prattikanti żgħażagħ u bejn prattikanti żgħażagħ u esperti stabbiliti. |
|
— |
Involviment imtejjeb ma' akkademiċi żgħażagħ interessati li jitgħallmu aktar dwar il-qasam u li jidħlu f'dan il-qasam. |
2.7 Żjara tal-parteċipanti fil-programm ta' Boroż ta' Studju tan-NU dwar id-Diżarm fi Brussell (tmexxija: VCDNP)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Il-proġett, fil-qafas tal-programm ta' Boroż ta' Studju tan-NU dwar id-Diżarm, jipprovdi żjara ta' studju ta' bejn jumejn u tlett ijiem fi Brussell, il-Belġju, biex il-parteċipanti ikunu jistgħu jitgħallmu aktar dwar l-UE, il-politiki, il-funzjonament u l-istituzzjonijiet tagħha. Iż-żjara ser tiġi skedata bħala parti mill-komponent Ewropew tal-programm ta' boroż ta' studju. Il-programm għandu l-għan li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE u l-korpi li jfasslu l-politika, speċjalment dawk relatati man-nonproliferazzjoni u d-diżarm, u jipprovdi preżentazzjonijiet tematiċi dwar il-ħidma tal-UE fil-qasam, inkluż programmi ta' appoġġ offruti lil pajjiżi terzi.
Riżultati tal-proġett
|
— |
Aktar għarfien u viżibbiltà tal-funzjonament u l-istituzzjonijiet fl-UE u l-politiki tagħha kif ukoll programmi ta' appoġġ dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm f'pajjiżi terzi. |
|
— |
Għarfien espert imtejjeb dwar kwistjonijiet tal-AQM u s-SALW f'pajjiżi sħab u dawk terzi. |
|
— |
Aktar kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta' Diżarm u kontribut għall-isforzi edukattivi fil-qafas tal-Programm ta' Boroż ta' Studju tan-NU dwar id-Diżarm. |
2.8 Sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni (tmexxija: FRS)
Il-proġett jikkonsisti fl-attivitajiet li ġejjin:
Sit web, pjattaforma tan-Network u sensibilizzazzjoni (tmexxija: FRS)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Din l-attività tipprovdi l-mezzi għall-web hosting, id-disinn tal-web u l-manutenzjoni teknika tas-sit web u tan-networks soċjali tal-Konsorzju (Twitter, LinkedIn, Youtube). Wara l-ħolqien ta' pjattaforma diġitali kollaborattiva fil-Fażi preċedenti biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fi ħdan in-Network, din l-attività ser tkopri l-ġestjoni tal-komunità, l-aġġornamenti, u l-manutenzjoni teknika tal-pjattaforma. Il-membri tan-Network ser ikunu involuti b'mod aktar dirett permezz ta' din il-pjattaforma kollaborattiva diġitali, billi jinteraġixxu fil-forum, jaqsmu r-riżorsi tagħhom u l-avvenimenti li ġejjin, kif ukoll jipprovdu aġġornamenti dwar l-esperti tagħhom u l-istitut tagħhom. Permezz ta' kull riċerka individwali wieħed ser ikun jista' joħloq profil dedikat fuq il-pjattaforma, isib informazzjoni dwar l-EUNPDC u n-Network, u jinteraġixxi ma' utenti oħra. Barra minn hekk:
|
— |
Pubblikazzjonijiet, avvenimenti u opportunitajiet ta' xogħol tal-Konsorzju u membri oħra tan-Network ser ikomplu jiġu promossi u appoġġati fuq id-diversi pjattaformi. |
|
— |
Konferenzi organizzati mill-Konsorzju ser ikomplu jiġu promossi u dokumentati fuq is-sit web (dokumenti ta' sfond, aġenda, preżentazzjonijiet, filmati ta' laqgħat miftuħa fejn xieraq). |
|
— |
L-opportunitajiet edukattivi fil-Konsorzju, inkluż il-kors tat-apprendiment elettroniku, ir-riżorsi tat-tagħlim, l-Inizjattiva Nisa Żgħażagħ u l-Ġenerazzjoni li Jmiss, l-opportunitajiet ta' boroż ta' studju u internships ser ikomplu jiġu promossi f'taqsima apposta tas-sit web. |
|
— |
Ser jinħolqu links bejn is-sit web u l-pjattaforma biex jiġu żgurati l-integrazzjoni u l-aġġornament regolari tal-għodod kollha ta' sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni li jintużaw mill-Konsorzju. |
|
— |
Il-bullettin ser ikompli jiġi ppubblikat kull xahar. Kull ħarġa ser tinkludi: 1) forum li jippermetti lir-rappreżentanti tan-Network jippromwovu l-attivitajiet ta' riċerka tagħhom b'enfasi fuq dawk li nbdew l-aktar reċentement; b) informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet tal-Konsorzju; c) aħbarijiet dwar l-attivitajiet tal-membri tan-Network; d) artiklu editorjali li jiddiskuti suġġetti ta' nonproliferazzjoni u diżarm ta' rilevanza għall-politika tal-UE. |
2.8.1 Produzzjoni ta' podcast tal-EUNPDC (tmexxija: IISS-Europe)
Għan u deskrizzjoni tal-proġett
Din l-attività tipprevedi t-tnedija ta' podcast tal-EUNPDC li jindirizza kwistjonijiet tematiċi fi ħdan il-mandat tal-Konsorzju. Fil-Fażi IV tal-proġett, is-serje tal-podcast, ospitata mill-IISS-Europe, ser tipproduċi sa 36 episodju.
Riżultati tal-attivitajiet tal-proġett
|
— |
Sensibilizzazzjoni u għarfien akbar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi terzi dwar it-theddid relatat mal-armi konvenzjonali, l-AQM u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom, li jippermettulhom jantiċipaw aħjar. |
|
— |
Il-promozzjoni ta' fehim aħjar tal-istrateġiji tal-UE għan-Nonproliferazzjoni tal-AQM u s-SALW fis-soċjetà ċivili. |
|
— |
L-iżgurar ta' interfaċċa bejn l-Unjoni u n-network tal-gruppi ta' riflessjoni. |
|
— |
Il-ġestjoni ta' pjattaforma fejn il-gruppi ta' riflessjoni dwar in-nonproliferazzjoni jistgħu jikkondividu kontinwament il-fehmiet u l-analiżi indipendenti tagħhom dwar il-proliferazzjoni tal-AQM u kwistjonijiet tal-armi konvenzjonali, inkluż is-SALW. |
|
— |
L-espansjoni, il-ġestjoni u l-aġġornament tan-network eżistenti ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti. |
|
— |
It-tniżżil permanenti u b'xejn ta' dokumenti mil-laqgħat tan-Network u mill-gruppi ta' riflessjoni indipendenti li jkunu jixtiequ jikkondividu r-riżultati tar-riċerka tagħhom mingħajr kumpens finanzjarju. |