European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5893

4.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12006 — GLOBAL PAYMENTS / WORLDPAY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5893)

1.   

Fis-27 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Global Payments Inc. (“Global Payments”, l-Istati Uniti),

—

Worldpay Holdco, LLC (“Worldpay”, l-Istati Uniti).

Global Payments se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Worldpay.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Global Payments hija fornitur ta’ teknoloġija u soluzzjonijiet ta’ pagament, li twassal software u servizzi innovattivi lill-klijenti tagħha (primarjament negozjanti u istituzzjonijiet finanzjarji) globalment. Is-servizzi tagħha jinkludu l-akkwist ta’ negozjanti, soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-intrapriżi u tal-pagamenti, ipproċessar ta’ kards ta’ pagament u soluzzjonijiet ta’ portal ta’ pagament online,

—

Worldpay hija kumpanija globali tat-teknoloġija tal-pagamenti, li tipprovdi servizzi ta’ akkwist tan-negozjanti u servizzi teknoloġiċi relatati lin-negozjanti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12006 — GLOBAL PAYMENTS / WORLDPAY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5893/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)