Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jieħu, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva 90/313/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, p. 26).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, l-Irlanda naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.