Official Journal L 034 , 11/02/2003 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003 ta' l-10 ta' Frar 2003 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2004 sa 2006, dwar kampjun ta' stħarriġ tal-forza tax-xogħol kif provdut bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' kampjun ta' stħarriġ tal-forza tax-xogħol fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 2104/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 577/98, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi tal-moduli ad hoc li jkopru s-snin 2004 sa 2006. (2) Informazzjoni speċifika ta' statistika hija meħtieġa mill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiġu żviluppati miżuri adattati ta' politika fl-oqsma ta' l-immodernizzar ta' l-organizzazzjoni tax-xogħol [3], ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja [4] u x-xjuħija attiva [5]. (3) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programm Statistiku, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-programm tal-kampjun ta' l-istħarriġ tal-moduli ad hoc tal-forza tax-xogħol, li jkopru s-snin 2004 sa 2006, kif preskritti fl-Anness huma b'dan adottati. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2003. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, pġ. 3. [2] ĠU L 324, tad-29.11.2002, pġ. 14. [3] ĠU L 60, 1.3.2002, pġ. 67. [4] ĠU C 218, tal-31.7.2000, pġ. 5. [5] ĠU L 60, ta' l-1.3.2002, pġ. 64. -------------------------------------------------- ANNESS STĦARRIĠ TAL-FORZA TAX-XOGĦOL PROGRAMM MULTI ANNWALI TA' MODULI AD HOC 1. Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tax-xogħol Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Marzu 2003 Perjodu ta' referenza: it-tieni kwart ta' l-2004. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu tagħrif b'referenza għat-52 ġimgħat tas-sena meta s-sub-kampjun għall-modula ad hoc jiġi magħżul fuq il-bażi ta' struttura mmewġa tal-kampjun. L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: għandhom ikunu definiti Kampjun: l-ewwel kwart tal-kampjun sħiħ meħtieġ biex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 577/98. Iżda meta t-52 ġimgħa kollha jibnu l-perjodu ta' referenza, id-daqs tal-kampjun għandu ta' l-anqas ikun 15 % tal-kampjun sħiħ meħtieġ biex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 577/98. Fejn l-unità tal-kampjun tkun individwali, ebda tagħrif dwar il-membri l-oħra tal-familja ma huwa meħtieġ. Trasmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta' Marzu 2005. 2. Rikonċiljazzjoni ta' xogħol u l-ħajja tal-familja Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Marzu 2004 Perjodu ta' referenza: it-tieni kwart ta' l-2005. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu tagħrif b'referenza għat-52 ġimgħa tas-sena meta s-subkampjun tal-modula ad hoc jiġi magħżul fuq il-bażi ta' struttura mmewġa tal-kampjun. L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: għandhom ikunu definiti Kampjun: l-ewwel kwart tal-kampjun sħiħ meħtieġ biex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 577/98. Iżda meta t-52 ġimgħa kollha jibnu l-perjodu ta' referenza, id-daqs tal-kampjun għandu ta' l-anqas ikun 15 % tal-kampjun sħiħ meħtieġ biex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 577/98. Fejn l-unità tal-kampjun tkun individwali, ebda tagħrif dwar il-membri l-oħra tal-familja ma huwa meħtieġ. Trasmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta' Marzu 2006. 3. Transizzjoni mix-xogħol għall-irtirar Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Marzu 2005 Perjodu ta' referenza: it-tieni kwart ta' l-2006. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu tagħrif b'referenza għat-52 tas-sena meta s-subkampjun tal-modula ad hoc jiġi magħżul fuq il-bażi ta' struttura mmewġa tal-kampjun. L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: għandhom ikunu definiti Kampjun: kwart tal-kampjun meħtieġ biex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 577/98. Il-kampjun ta' din il-modula jikkonsisti biss f'persuni ta' età bejn 50 u 74. Iżda, meta t-52 ġimgħa kollha jibnu kampjun ta' referenza, id-daqs tal-kampjun għandu jkun ta' l-anqas 15 % tal-kampjun meħtieġ biex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 577/98. Meta l-unità tal-kampjun tkun l-individwu, ebda tagħrif dwar il-membri l-oħra tal-familja ma huma meħtieġa. Trasmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta' Marzu 2007. --------------------------------------------------