European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/127

28.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/127

tas-27 ta’ Jannar 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 dwar il-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi għal residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi użati fl-annimali li jipproduċu l-ikel u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati kif ukoll dwar il-metodi li jridu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan u bl-Irlandiż tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 (2) fihom żball fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (14), li jikkonċerna d-definizzjoni ta’ “limitu tad-deċiżjoni għal konferma (Ccα)”, li jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bl-Irlandiż, bil-Pollakk u bl-Ispanjol tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fihom żball fl-Artikolu 5(2), li jikkonċerna wkoll is-CCα, u li jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(3)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Irlandiż, bil-Kroat u bil-Portugiż tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fihom żball fil-punt 2.6.(1)(a), it-tieni sentenza, tal-Anness I, li jista’ jwassal għal kalkolu ħażin tas-CCα u b’hekk jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(4)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Portugiż u bis-Sloven tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fihom żball fil-punt 2.6.(2)(a)(i), it-tieni sentenza, tal-Anness I, li jista’ jwassal għal kalkolu żbaljat tas-CCα u b’hekk taffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(5)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Irlandiż, bil-Kroat u bis-Slovakk tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fihom żball fil-punt 2.7.(1)(a), it-tieni sentenza, tal-Anness I, li jista’ jwassal għal kalkolu ħażin tal-kapaċità ta’ detezzjoni tal-iskrinjar (Ccβ) u b’hekk jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(6)

Il-verżjoni lingwistika bil-Kroat tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fiha żball fil-punt 2.7.(2)(b), it-tieni sentenza, tal-Anness I, li wkoll jista’ jwassal għal kalkolu ħażin tas-CCα u b’hekk jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Ispanjol tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi għal residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi użati f’annimali li jipproduċu l-ikel u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati kif ukoll dwar il-metodi li jridu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2002/657/KE u 98/179/KE (ĠU L 180, 21.5.2021, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/808/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/127/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)