|
13.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1788
tal-14 ta’ Lulju 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi, u li jemenda u jikkoreġi r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014, (UE) 2015/96, (UE) 2015/68 u (UE) 2015/208 fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, ir-rekwiżiti ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unitajiet tal-propulsjoni, ir-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi u rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 17(5), 18(4), 19(6), 20(8), 27(6), 28(6), 49(3), 53(12), 60(1), 61 u 70 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Peress illi l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 jippermetti l-użu ta’ metodi ta’ ttestjar virtwali bħala alternattiva għal testijiet fiżiċi mwettqa minn servizzi tekniċi magħżula, u meta wieħed iqis li dawn il-metodi tal-ittestjar virtwali inaqqsu b’mod konsiderevoli l-piż fuq il-manifatturi u huma partikolarment faċli li jiġu applikati fir-rigward tal-verifika dimensjonali, mal-lista ta’ rekwiżiti li jistgħu jkunu soġġetti għal ittestjar virtwali stipulat fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 (2), għandhom jiżdiedu aktar rekwiżiti. |
|
(2) |
Sabiex titjieb il-preċiżjoni, ir-rekwiżiti tekniċi relatati mal-apparat ta’ kejl għal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq, stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 għandhom jiġu aġġornati skont il-progress tekniku. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza huwa neċessarju li jiġu pprovduti aktar kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-komponenti, fir-rigward ta’ sedil fl-Anness XIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014. |
|
(4) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza u preċiżjoni, għandhom jiżdiedu aktar rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-manwal tal-operatur skont l-Anness XXII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni fuq kif għandhom jiġu ffissati lateralment u vertikalment il-konnessjonijiet ta' gganċjar minn tliet postijiet, għall-ivvjaġġar fit-toroq, fir-rigward ta' struzzjonijiet u twissijiet speċifiċi fuq id-dimensjonijiet imnaqqsa tal-apparat protettiv għall-konnessjonijiet motorizzati tat-tip 3 u fir-rigward tal-intervalli ta’ iggriżjar. |
|
(5) |
Minħabba d-disinn tekniku tagħhom, il-vetturi tal-kategorija T jew C bi trażmissjoni idrostatika kkontrollati mis-sieq leminija, kif ukoll il-vetturi tal-kategorija C b’veloċità ddisinjata ta’ anqas minn 15-il km/h, imsemmija fl-Anness XXIII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1322/2014 rigward l-apparati tal-kontroll, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li pedali tal-klaċċ, l-aċċelleratur u l-brejk ikollhom l-istess funzjoni u arranġament bħal dawk ta’ vettura motorizzata. |
|
(6) |
Biex titjieb il-preċiżjoni, ir-rekwiżiti għall-istartjar sikur tal-magna, kif stabbilit fl-Anness XXIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 għandhom jiġu mtejba u adattati għall-karatteristiki speċifiċi ta’ ċerti disinni tal-vettura. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, ir-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ kontroll relatati mat-terminals virtwali, stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 (3) rigward rekwiżiti dwar sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq, għandhom jiġu ttrasferiti għall-Anness XXIII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 rigward ir-rekwiżiti għall-istrumenti ta’ kontroll. |
|
(8) |
Għall-finijiet tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ mmarkar għall-pajpijiet idrawliċi flessibbli stipulati fl-Anness XXIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 rigward il-protezzjoni minn perikli mekkaniċi oħrajn għandhom jiġu armonizzati mal-istandard ISO 17165-1:2007 , li bħalissa qegħdin jintużaw minn manifatturi tal-pajpijiet. |
|
(9) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza, huwa meħtieġ li fl-ambitu tal-Anness XXIX tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 rigward il-protezzjoni mis-sustanzi perikolużi, jiġi inkluż kull trattur mgħammar b’kabina, inklużi dawk mgħammra b’kabini ta’ livell 1, anki jekk dawn ma jipprovdu l-ebda protezzjoni. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li t-tifsira tat-terminu “kabina” hija mifhuma bl-istess mod, għandha tiddaħħal definizzjoni għal “kabina” fir-Regolament Delegat (UE) 2015/208. Id-definizzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-istandard rikonoxxut internazzjonalment EN 15695-1:2009. |
|
(11) |
Il-kalkolu tal-veloċità massima teoretika ta' trattur, kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandu jqis l-aħħar żviluppi tekniċi fir-rigward tal-kontroll tal-magna. |
|
(12) |
Il-kundizzjonijiet biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ISO stipulati fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 rigward il-kamp viżiv u l-wajpers tal-windskrin ma jinkludux b’mod espliċitu l-kundizzjonijiet rigward il-viżjoni diretta u indiretta. Il-kundizzjonijiet marbuta mal-viżjoni diretta u indiretta għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar f’dak l-Anness biex jiżgura li l-istandards tal-ISO jiġu ssodisfati b’mod uniformi. |
|
(13) |
L-installazzjonijiet tad-dwal imsemmija fl-Anness XII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti aktar stretti għal tratturi veloċi, biex tittejjeb is-sikurezza tagħhom. |
|
(14) |
Il-mekkaniżmi ta’ kontroll, li jipprovdu informazzjoni tattili lis-sewwieq, ikollhom it-truf ħerġin 'il barra. Sabiex l-okkupanti tal-vettura jiġu protetti filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li tiġi pprovduta informazzjoni tattili, jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-apparati fl-Anness XIII tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/208. |
|
(15) |
Fl-Anness XIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom jiddaħħlu rekwiżiti speċifiċi għall-partijiet ta' barra tal-vetturi agrikoli u tal-forestrija, kif ukoll għall-aċċessorji tagħhom, minħabba l-iskop partikolari ta’ ċerti konfigurazzjonijiet ta’ barra. |
|
(16) |
Ir-rekwiżiti għat-tisħin u t-tkessiħ tal-kabina fl-Anness XVII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Anness XXIX tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 dwar il-livell ta' pressjoni u l-fluss tal-arja. |
|
(17) |
Huwa meħtieġ li titjieb il-viżibbiltà tal-pjanċi ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Anness XIX tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208. |
|
(18) |
Ċerti rekwiżiti dwar it-tankijiet tal-fjuwil fl-Anness XXV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom jiġu allinjati mal-aħħar żviluppi tekniċi stipulati fir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE). |
|
(19) |
Minħabba d-dimensjonijiet partikolari tat-tratturi tat-tip T2, huwa meħtieġ li jiġi adattat it-tul tal-pjattaforma speċifikata fl-Anness XXVIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208. |
|
(20) |
Ir-rekwiżiti tal-apparat tal-irmonk fl-Anness XXIX tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jeħtieġ li jiġu adattati biex jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi. |
|
(21) |
Definizzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċineg tal-art fl-Anness XXXIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208. Huwa wkoll meħtieġ li għadd ta’ definizzjonijiet eżistenti jiġu aġġornati biex jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi. |
|
(22) |
Termini u rekwiżiti addizzjonali huma meħtieġa fir-rigward ta’ igganċjar mekkaniku fl-Anness XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-testijiet, kemm dawk li jsiru fuq il-vettura tal-irmonk (it-trattur), kif ukoll il-vettura rmunkata (il-karru jew it-tagħmir irmunkat interkambjabbli). Jeħtieġ li għadd ta’ termini u rekwiżiti fir-rigward tal-igganċjar mekkaniku jiġu adattati biex jiġi evitat l-użu tal-istess termini f’kuntesti differenti. |
|
(23) |
Ċerti termini u rekwiżiti relatati mal-ibbrejkjar ta’ vetturi agrikoli u tal-forestrija fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 (4) għandhom jiġu allinjati mal-aħħar żviluppi tekniċi rigward il-kostruzzjoni u l-armar tal-brejkijiet. |
|
(24) |
It-testijiet tal-ibbrejkjar stipulati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/68 għandhom jiġu allinjati mal-aħħar żviluppi tekniċi fir-rigward tal-imġiba u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar u mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament Nru 13 tan-NU/KEE. |
|
(25) |
Definizzjonijiet addizzjonali sabiex jinstabu testijiet alternattivi tal-ibbrejkjar huma meħtieġa u ċerti termini u rekwiżiti dwar alternattivi tat-testijiet tal-ibbrejkjar stipulati fl-Anness VII tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/68 għandhom jiġu ċċarati sabiex ikun hemm allinjament sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Nru 13 tan-NU/KEE. |
|
(26) |
Ċerti termini u rekwiżiti relatati mal-ibbrejkjar ta’ vetturi agrikoli u tal-forestrija bi trażmissjoni idrostatika, stipulati fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68, għandhom jiġu allinjati mal-aħħar iżviluppi tekniċi reċenti rigward ir-rendiment tal-brejkijiet armati fuq vetturi bħal dawn. |
|
(27) |
Ir-rekwiżiti fl-Anness XII tar-Regolament DElegat (UE) 2015/68 għal sistema tal-ibbrejkjar ikkontrollata b’mod elettroniku fuq ċerti tratturi għandhom jiġu adattati biex jiġu evitati fallimenti fl-ogħla livell possibbli u biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar. |
|
(28) |
Id-definizzjonijiet rigward l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (5) għandhom jiġu allinjati mad-definizzjonijiet korrispondenti użati fir-rigward ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq. Huwa meħtieġ ukoll li r-rekwiżiti għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq stabbiliti f’dak ir-Regolament jiġu allinjati mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mar-Regolament Nru 96 tan-NU/KEE. |
|
(29) |
Sabiex tittejjeb il-leġibbiltà u ċ-ċarezza tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68 u tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208, huwa meħtieġ li jiġu korretti ċerti żbalji editorjali, kontradizzjonijiet u referenzi ħżiena. |
|
(30) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi għandu jippermetti li jiġu stabbiliti rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali għal kategoriji ta’ vetturi addizzjonali fejn meħtieġ. |
|
(31) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(32) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 għandhom għalhekk jiġu emendati u kkoreġuti kif xieraq. |
|
(33) |
Peress li r-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 huma diġà applikabbli u li l-emendi għal dawn l-atti jinkludu għadd ta’ korrezzjonijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 qed jiġi emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/96
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Minbarra r-rekwiżiti msemmija fl-ewwel paragrafu, biex approvazzjoni tat-tip alternattiva tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament, il-manifattur għandu jipprovdi aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura skont il-Kapitolu XV tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 (*3). (*3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).” " |
|
(4) |
l-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 9 Kejl tal-livell tal-ħoss estern 1. Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-livell tal-ħoss estern tal-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija T mgħammra b'tajers pnewmatiċi u tal-kategorija C mgħammra b'ċineg forma ta' ċinturin jaħdmu, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-test stabbiliti fil-punt 1.3.1 tal-Anness III. 2. Il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-testijiet stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Anness III għandhom isiru wkoll għal vetturi wieqfa tal-agrikoltura u tal-foresterija tal-kategoriji T u C, mgħammra b'ċineg forma ta' ċinturin, u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati mis-servizzi tekniċi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1.3.2.4 tal-Anness III. 3. Is-servizzi tekniċi għandhom ikejlu l-livell tal-ħoss estern tal-vetturi tal-agrikoltura u tal-foresterija tal-kategorija C mgħammra b'karrett fuq il-ktajjen, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-test stazzjonarju stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Anness III. 4. Il-kundizzjonijiet u l-metodi tat-testijiet stabbiliti fil-punt 1.3.3 tal-Anness III għandhom isiru għal vetturi tal-agrikoltura u tal-foresterija tal-kategorija C mgħammra b'ċineg forma ta' ktajjen u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati mis-servizzi tekniċi.” |
|
(5) |
L-Artikolu 10 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 10 Rekwiżiti għar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni Għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali, għandha titkejjel is-saħħa netta, it-torque tal-magna u l-konsum speċifiku tal-fjuwil skont ir-Regolament Nru 120 tan-NU/KEE, is-serje 01 ta' emendi.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 11(4), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, id-dati stabbiliti fl-Artikolu 9(3c), 9(3d) u 9(4a) tad-Direttiva 97/68/KE, għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, kif definit fl-Artikolu 4(3), (6) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, u mgħammra b'magni tal-kategoriji L sa R, għandhom jiġu posposti għal 3 snin.” |
|
(7) |
L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 12 Proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE Bla ħsara għall-Artikolu 11, jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati mal-emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta' vettura jew magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta' vettura ġdida u l-bejgħ jew l-użu ta' magni ġodda, jekk il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi mar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (*4). (*4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).” " |
|
(8) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel li ġej: “1. B'deroga mill-Artikolu 4(1), fir-rigward tal-emissjonijiet inkwinanti, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' għadd limitat ta' vetturi mgħammra b'magni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/68/KE skont skema ta’ flessibbiltà, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, fuq talba tal-manifattur, u bil-kundizzjoni li awtorità tal-approvazzjoni tkun tat il-permess rilevanti għad-dħul fis-servizz.” |
|
(9) |
L-Annessi I sa IV huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/68
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/68 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(1) |
L-Annessi I sa V, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIII huma emendati skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/208
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/208 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Il-metodi tal-kejl u r-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu rrappurtati lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-format tar-rapport tat-test stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.” |
|
(3) |
L-Annessi I, III, V, VII, X, XII sa XV, XVII, XIX, XX, XXII, XXV sa XXXI, XXXIII u XXXIV huma emendati skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).
(6) Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fir-ringiela “Nru 6”, fil-kaxxa li tikkorrispondi mal-kolonna “Referenza tal-att regolatorju”, tiddaħħal l-abbrevjazzjoni li ġejja: “RVFSR”; |
|
(2) |
fir-ringiela “Nru 9”, l-entrata li tikkorrispondi għall-kategorija ta’ vetturi T3a tinbidel bl-ittra “X”; |
|
(3) |
fir-ringiela “Nru 17”, l-entrata li tikkorrispondi għall-kategorija ta’ vetturi T3b tinbidel bl-ittra “X”; |
|
(4) |
fir-ringiela “Nru 23”, l-entrati li jikkorrispondu għall-kategoriji ta’ vetturi T3a u T3b jinbidlu bl-ittra “X”; |
|
(5) |
fir-ringiela “Nru 30”, l-entrati li jikkorrispondu għall-kategoriji ta’ vetturi Ca u Cb jinbidlu bl-ittra “X”; |
|
(6) |
fir-ringiela “Nru 34”, fil-kaxxa li tikkorrispondi għall-kategorija ta’ vetturi T3b tiddaħħal l-ittra li ġejja: “X”. |
ANNESS II
L-Annessi III, V, VII, IX, X, XIII sa XVIII u XXI sa XXIV, XXIX sa XXVI u tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness III jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness VIII, il-punt 4.3.b jinbidel b’dan li ġej: “ Figura 4.3.b ROPS b'żewġ arbli KODIĊI |
|
(4) |
fis-sezzjoni B1 tal-Anness IX, il-punt 3.1.4.3.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fis-sezzjoni B2 tal-Anness IX, il-punt 4.2.1.6 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Anness XV huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
Fl-Anness XVI, fil-punt 1, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Anness XVIII, il-punt 2.6 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(11) |
fl-Anness XVIII, il-punt 3.4 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(12) |
fl-Anness XXI, il-punt 2.2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(13) |
L-Anness XXII huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
L-Anness XXIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
L-Anness XXIV huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
L-Anness XXVI huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Anness XXIX, is-sezzjoni 2 tinbidel b’dan li ġej: “2. Rekwiżiti għall-kabina
|
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).” ”
ANNESS III
L-Annessi I sa IV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness III jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS IV Rikonoxximent tal-approvazzjonijiet tat-tip alternattivi L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin u, fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament:
|
ANNESS IV
L-Annessi I sa V, VII, VIII, IX, XI, XII u XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/68 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness III jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Anness V, il-punt 2.2.1 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).” ”
(*2) Jekk ikun applikabbli
(*3) Mhuwa meħtieġ ebda test, jekk il-manifattur jista' juri li l-bidla ma taffettwax ir-riġidità.
ANNESS V
L-Annessi I, III, V, VII, X, XII to XV, XVII, XIX, XX, XXII, XXV sa XXXI, XXXIII u XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/208 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness III, il-punt 2.6 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness VII, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(5) |
L-Anness X jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS X Rekwiżiti dwar sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq 1. Definizzjonijiet ‘Terminals virtwali’ tfisser sistemi ta’ informazzjoni elettroniċi abbord bi skrins tal-wiri li jipprovdu lill-operatur b’informazzjoni viżwali dwar il-prestazzjoni tal-vettura u s-sistemi tagħha, u li jippermettu lill-operatur jissorvelja u jikkontrolla funzjonijiet varji permezz ta’ tastiera jew taċ skrin. 2. Rekwiżiti
|
|
(6) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Anness XIV jinbidel b’dan li ġej: "ANNESS XIV Rekwiżiti dwar il-parti esterna u l-aċċessorji tal-vettura 1. Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fis-sezzjoni 1 tal-Anness XI u fis-sezzjoni 1 tal-Anness XXXIII. Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
2. Ambitu
3. Rekwiżiti
|
|
(9) |
fl-Anness XV, il-Parti 2 għandha tiġi emendata kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Anness XVII, il-punti 1.1 u 1.2 jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(11) |
L-Anness XIX huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Anness XX huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
L-Anness XXII huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fis-sezzjoni 3 tal-Anness XXV, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Jekk meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti miżuri għat-tmewwit taċ-ċarġ. Madankollu, l-ebda sistema ta’ tmewwit taċ-ċarġ ma hi meħtieġa għat-tankijiet tal-karburant iddisinjati biex ikun fihom karburant b’punt ta’ fjammabbiltà ta’ mill-inqas 55 °C. Il-punt ta’ fjammabbiltà għandu jiġi determinat skont ISO 2719:2002.” |
|
(15) |
fl-Anness XXVI, is-sezzjoni 1 tinbidel b’dan li ġej: “1. Ġenerali Il-vetturi tal-kategorija R koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu ddisinjati biex jipprovdu protezzjoni effettiva għall-vetturi biex vetturi tal-kategoriji M1 u N1 (*3) ġejjin minn wara ma jidħlux taħthom (underrunning). Dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fis-sezzjonijiet 2 u 3 ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2015/504 u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, kif stabbilit fil-punt 5.2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, għandha titwaħħal fuq l-istruttura protettiva ta' wara. |
|
(16) |
fl-Anness XXVII, il-punti 2.4.1.1 u 2.4.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(17) |
fl-Anness XXVIII, is-sezzjoni 7 tinbidel b’dan li ġej: “7. It-tul tal-pjattaforma għal tratturi tal-kategoriji T4.3 u T2
|
|
(18) |
L-Anness XXIX huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
L-Anness XXIX huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
fl-Anness XXXI, il-punt 1.1 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(21) |
L-Anness XXXIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
L-Anness XXIV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/68 tal-15 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ibbrejkjar tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 17, 23.1.2015, p. 1).”
(*2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).” ”
(*3) Kif definit fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.”