2004D0558 — MT — 02.10.2015 — 008.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (innotifikata fid-doċument bin-numru C(2002) 2104 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 249 23.7.2004, p. 20) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 219 |
37 |
24.8.2007 |
||
|
L 76 |
56 |
19.3.2008 |
||
|
L 205 |
7 |
6.8.2010 |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Ottubru 2011 |
L 268 |
17 |
13.10.2011 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Frar 2014 |
L 46 |
10 |
18.2.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Ottubru 2014 |
L 294 |
43 |
10.10.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/250 tat-13 ta' Frar 2015 |
L 41 |
43 |
17.2.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1765 tat-30 ta' Settembru 2015 |
L 257 |
44 |
2.10.2015 |
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Lulju 2004
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri
(innotifikata fid-doċument bin-numru C(2002) 2104
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/558/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw in-negozju intra-Komunitarju f'annimali bovini u ħnieżer ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikoli 9 (2) u 10 (2) ta' din,
Billi:|
(1) |
Ir-rinotrakeite bovina infettiva hija d-deskrizzjoni tas-sinjali kliniċi l-iktar prominenti ta' l-infezzjoni bil-herpesvirus bovin ta' l-ewwel tip (BHV1). Minħabba li ħafna infezzjonijiet b'dak il-virus jagħmlu kors li ma jurix sintomi ċari, miżuri ta' kontroll għandhom ikunu diretti lejn il-qerda ta' l-infezzjoni aktar milli għat-trażżin tas-sintomi. |
|
(2) |
L-Anness E (II) għad-Direttiva 64/432/KEE jniżżel ir-“rinotrakeite bovina infettiva” fost il-mard li għalihom jistgħu jiġu approvati programmi nazzjonali ta' kontroll u jintalbu garanziji addizzjonali. |
|
(3) |
Il-Ġermanja kienet ippreżentat programm immexxi bl-għan li jeqred l-infezzjoni tal-BHV1 fil-partijiet kollha tat-territorju tagħha, li jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9 (1) tad-Direttiva 64/432/KEE u jipprovdi għal regoli għall-moviment nazzjonali ta' annimali bovini li huma ekwivalenti għal dawk li kienu implimentati qabel fl-Awstrija, il-Provinċja ta' Bolzano fl-Italja u l-Isvezja li kellhom suċċess fil-qerda tal-marda minn dawk il-pajjiżi. |
|
(4) |
Il-programm ippreżentat mill-Ġermanja u, kif kien mitlub minn dak l-Istat Membru, il-garanziji addizzjonali li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' l-annimali bovini sabiex jiżguraw is-suċċess ta' dak il-programm kienu approvati mid-Deċiżjoni 2004/215/KE ( 2 ) ta' l-1 ta' Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f'dak li għandu x'jaqsam ma' garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju f'annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri. |
|
(5) |
Jeżistu garanziji addizzjonali rigward id-Danimarka, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja kif ukoll l-Italja, li jikkonċernaw il-provinċja ta' Bolzano. Dawk l-Istati Membri jikkunsidraw li t-territorju tagħhom huwa ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva u l-Italja għandha l-istess opinjoni għall-Provinċja ta' Bolzano. Konformi ma' l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 64/432/KEE, huma ppreżentaw dokumentazzjoni ta' verifika lill-Kummissjoni, li b'mod partikulari tagħti prova li s-sorveljanza tas-sitwazzjoni titkompla. |
|
(6) |
Għall-Istati Membri jew reġjuni ta' dawn li huma meqjusa bħala ħielsa minn dik il-marda u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE ( 3 ) għandhom japplikaw biss il-bżonnijiet minimi għad-dispaċċ ta' annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni lejn Stati Membri oħra. |
|
(7) |
Għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet tal-BHV1 fil-laboratorji l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) adottat serum pożittiv qawwi, pożittiv dgħajjef u negattiv bħala standards internazzjonali ta' l-OIE għal testijiet tal-BHV1 li huma disponibbli fil-Laboratorji ta' Referenza ta' l-OIE għar-rinotrakeite bovina infettiva msemmija fil-Manwal ta' Standards għal Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini ( 4 ). |
|
(8) |
Tfaċċaw problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' negozju intra-Komunitarju fl-annimali bovini li joriġinaw mill-Istati Membri ta' status differenti f'dak li jirrigwarda r-rinotrakeite bovina infettiva. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex tkun żgurata l-konsistenza lingwistika tal-miżuri, huwa xieraq li jingħaqdu f'Deċiżjoni waħda l-approvazzjoni tal-programm Ġermaniż u l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva u li tiġi rrevokata d-Deċiżjoni 2004/215/KE. |
|
(10) |
Il-miżuri li għalihom sar provvediment f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri mniżżlin fl-ewwel kolonna tat-tabella f'Anness 1 għall-kontroll u l-qerda ta' l-infezzjoni bil-herpesvirus bovin ta' l-ewwel tip (BHV1), minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “rinotrakeite bovina infettiva” jew “IBR”, fir-reġjuni ta' dawn l-Istati Membri speċifikati fit-tieni kolonna tat-tabella f'Anness 1 huma approvati.
Artikolu 2
1. Annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni tagħhom li m'humiex imniżżlin f'Anness II u destinati għal Stati Membri jew reġjuni tagħhom imniżżlin f'Anness I, għandhom jissodisfaw mill-inqas dawn il-garanziji addizzjonali li ġejjin:
a) għandhom jiġu minn azjenda fejn, skond informazzjoni uffiċjali, m'hemm ebda evidenza klinika jew patoloġika ta' rinotrakeite bovina infettiva rreġistrata fl-aħħar 12-il xahar;
b) huma kellhom ikunu iżolati f'faċilità approvata mill-awtorità kompetenti għal 30 jum immedjatament qabel il-moviment u l-annimali bovini kollha fl-istess faċilità ta' iżolament kellhom jibqgħu ħielsa minn sinjali kliniċi ta' rinotrakeite bovina infettiva tul dak il-perjodu;
ċ) huma u l-annimali bovini kollha l-oħra fl-istess faċilità ta' iżolament kellhom ikunu assoġġettati b'riżultati negattivi għal test seroloġiku li sar fuq kampjuni tad-demm, meħuda mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, għas-sejbien ta' dawn l-anti-korpi li ġejjin:
i) fil-każ ta' annimali bovini mlaqqmin, anti-korpi kontra l-gE‐glikoproteina tal-BHV1, jew
ii) fil-każ ta' annimali bovini li m'humiex mlaqqmin, anti-korpi kontra l- BHV1 kollu.
2. Permezz ta' deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ lejn azjendi fir-reġjuni mniżżlin f'Anness I ta' annimali bovini li jikkonformaw ma' mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin:
a) l-annimali joriġinaw fi Stat Membru mniżżel f'Anness I u jiġu minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 li jissodisfaw mill-inqas il-bżonnijiet imniżżlin f'Anness III,
b) l-annimali huma maħsubin għall-produzzjoni tal-laħam u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
i) l-annimali
— joriġinaw minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 kif imfissra f'Anness III, jew
— twieldu minn annimali li kienu mlaqqmin jew f'intervalli regolari mlaqqmin mill-ġdid, jew
— kienu f'intervalli regolari mlaqqmin u mlaqqmin mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur b'vaċċin mingħajr il-gE, jew
— kienu assoġġettati fl-Istat Membru ta' l-oriġini b'riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-anti-korpi kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 (ċ) li sar fuq kampjun tad-demm meħud sa 14-il ġurnata qabel id-dispaċċ, u
ii) huma trasportati mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bi status ta’ saħħa inqas lejn stabbiliment bi status BHV1 mhux magħruf fl-Istat Membru tad-destinazzjoni elenkat fl-Anness I, fejn skont il-programm nazzjonali approvat ta’ qerda (“approved national eradication programme”) l-annimali kollha huma msemmna ġewwa, u li minnha jistgħu biss jiġu trasportati għall-biċċerija;
ċ) l-annimali joriġinaw minn azjenda fejn l-annimali bovini kollha ikbar minn 15-il xahar fl-età fl-azjenda huma mlaqqmin u regolarment imlaqqmin mill-ġdid u l-annimali kollha ikbar minn 9 xhur fl-azjenda kienu assoġġettati b'riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-anti-korpi kontra l-gE-glikoproteina tal-BHV1 f'intervalli ta' mhux iktar minn 12-il xahar u l-annimali ġew eżaminati b'riżultati negattivi għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 (ċ) (i) fuq kampjuni tad-demm meħudin matul l-aħħar 14-il jum qabel id-dispaċċ;
d) l-annimali joriġinaw minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 kif imfisser f'Anness III li jinsabu fi Stat Membru fejn ir-rinotrakeite bovina infettiva hija marda li bilfors għandha tkun notifikata u li fejn f'żona f'raġġ ta' 5 km madwar l-azjenda ma kienx hemm evidenza klinika jew patoloġika ta' l-infezzjoni BHV1 matul l-aħħar 30 jum u l-annimali ġew eżaminati b'riżultati negattivi għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 (ċ) fuq kampjun tad-demm meħud matul l-aħħar 14-il jum qabel id-dispaċċ.
3. Annimali bovini għall-qatla li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn barra dawk imniżżlin f'Anness II u li huma destinati għal Stati Membri jew reġjuni ta' dawn imniżżlin f'Anness I għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni jew lejn ċentru ta' assemblea approvat minn fejn għandhom jitneħħew f'konformità ma' l-Artikolu 7, it-tieni indent, tad-Direttiva 64/432/KEE għall-biċċerija biex jinqatlu.
4. F'punt 4 ta' Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat f'Mudell 1 ta' Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja l-annimali bovini kif hemm referenza għaliha f'paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal:
a) wara l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa: “IBR”;
b) wara t-tieni linja mdaħħla 'l ġewwa: “Artikolu 2 paragrafu …. punt ….ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE”.
Artikolu 3
1. L-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn barra dawk imniżżlin f'Anness II u destinati għal Stati Membri u reġjuni ta' dawn li huma ħielsa mir-rinotrakeite bovina infettiva u mniżżlin f'Anness II, għandhom jilħqu l-garanziji addizzjonali li ġejjin:
a) għandhom jikkonformaw mal-garanziji addizzjonali li għalihom hemm provvediment f'Artikolu 2 (1) (a) u (b);
b) huma u l-annimali bovini l-oħra kollha fl-istess faċilità ta' iżolament li hemm referenza għalihom f'Artikolu 2 (1) (b) riedu jkunu assoġġettati b'riżultati negattivi għal test seroloġiku li sar fuq kampjuni tad-demm meħudin mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, għall-iskoperta ta' anti-korpi kontra l-BHV1 kollu;
ċ) ma kellhomx ikunu mlaqqmin kontra r-rinotrakeite bovina infettiva.
2. L-annimali bovini għall-qatla li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn minbarra dawk imniżżlin f'Anness II u li huma destinati għal Stati Membri jew reġjuni ta' dawn imniżżlin f'Anness II għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni biex jinqatlu f'konformità ma' l-Artikolu 7, l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa, tad-Direttiva 64/432/KEE.
3. F'punt 4 ta' Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa kif stipulat f'Mudell 1 ta' Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE li takkumpanja lill-annimali bovini kif hemm referenza għaliha f'paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal:
a) wara l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa: “IBR”,
b) wara t-tieni inċiż: “Artikolu 3 paragrafu … punt … tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE”.
4. Permezz ta’ deroga għall-paragrafu 1 (a) u (b), l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tawtorizza l-introduzzjoni ta’ annimali bovini maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam fi stabbiliment ħieles mill-BHV1 kif definit fl-Anness III (“BHV1- stabbiliment ħieles”) li jkun jinsab f’reġjun ta’ Stat Membru elenkat fl-Anness II skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-annimali ma jridux ikunu ġew imlaqqma kontra l-BHV1 u joriġinaw fi stabbilimenti jew baqgħu mit-twelid fi stabbilimenti ħielsa mill-BHV1.
(b) l-annimali huma trasportati mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bi status ta’ saħħa aktar baxx;
(c) għal mill-inqas 30 jum immedjatament qabel id-dispaċċ, jew mit-twelid meta l-annimali għandhom inqas minn 30 jum, l-annimali baqgħu fl-istabbiliment ta’ oriġini, jew ġo faċilità ta’ iżolament approvata mill-awtorità kompetenti, li tinsab fi Stat Membru li fih ir-rinotrakeite bovina infettiva hija marda notifikabbli b’mod obbligatorju u li f’żona ta’ raġġ ta’ 5 km madwar l-istabbiliment jew il-faċilità ta’ iżolament ma kien hemm l-ebda evidenza klinika jew patoloġika tal-infezzjoni BHV1 matul l-aħħar 30 jum;
(d) l-annimali ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-gE-glycoprotein tal-BHV1 fil-każ li l-annimali joriġinaw minn merħla mlaqqma kontra l-BHV1, jew fil-każijiet l-oħra kollha ta’ BHV1 kollu imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 7 ijiem mid-dispaċċ mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (c);
(e) dwar l-istabbiliment ta’ destinazzjoni ħieles mill-BHV1 l-annimali kollha huma msemmna ġewwa u jitneħħew biss meta jkunu se jiġu trasportati għall-biċċerija;
(f) l-annimali msemmija fil-punt (d) huma suġġetti għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra il-gE-glycoprotein tal-BHV1 jew il-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 21 sa 28 jum wara l-wasla fl-istabbiliment imsemmi msemmija fil-punt (e)
(i) b’riżultat negattiv f’kull każ, jew
(ii) l-istatus ta’ ħieles mill-BHV1 tal-istabbiliment jibqa’ sospiż sakemm l-annimali infettati jinqatlu fi żmien inqas minn 45 jum wara l-wasla fl-istabbiliment, u
— jew l-annimali f’kuntatt dirett mal-annimali infettati irreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-gE-glycoprotein tal-BHV1 jew il-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew
— l-annimali li kellhom spazju ta’ arja komuni ma’ annimali infettati rreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew
— l-annimali li jibqgħu fl-istabbiliment rreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew
— l-istatus ta’ ħielsa mill-BHV1 hu mogħti lura skont il-punt 4 tal-Anness III.
5. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tar-reġjuni elenkati fl-Anness II li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 huma implimentati u d-data tal-applikazzjoni maħsuba.
Artikolu 4
L-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li joriġinaw minn Stat Membru jew reġjun ta' dan li huwa mniżżel f'Anness II u li huma destinati għal Stat Membru jew reġjun ta' dan imniżżel f'Annessi I jew II għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 2 (1) (a).
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test seroloġiku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 (1) (ċ) (ii) u fl-Artikolu 3 (1) (b) għall-iskoperta ta' anti-korpi kontra l-BHV1 kollu huma standardizzati kontra s-serum li huwa pożittiv qawwi, dak pożittiv dgħajjef u dak negattiv addottati bħala standards internazzjonali ta' l-OIE għat-testijiet tal-BHV1.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2004/215/KE hija revokata.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
|
Stati Membri |
Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE |
|
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
|
Il-Ġermanja |
L-Istati Federali ta': Bremen Ħamburg Hesse Is-Sassonja t'isfel Nordrhein-Westfalen Rheinland-Pfalz Saarland Schleswig-Holstein |
|
L-Italja |
Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento |
ANNESS II
|
Stati Membri |
Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE |
|
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
|
Il-Ġermanja |
L-Istati Federali ta': Baden-Württemberg Bayern Berlin Brandenburg Mecklenburg-Vorpommern Is-Sassonja Is-Sassonja-Anhalt Thüringen |
|
L-Italja |
Ir-Reġjun ta' Valle d'Aosta Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano |
|
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
|
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
|
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
ANNESS III
Impriżi ħielsa mill-BHV1
|
1. |
Impriża li żżomm l-annimali bovini għandha tiġi kkunsidrata bħala ħielsa mill-infezzjoni tal-BHV1 jekk din tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipolati f’dan l-Anness.
|
|
2. |
L-istat ta’ ħelsien mill-BHV1 ta’ impriża li żżomm annimali bovini għandu jinżamm hekk jekk: 2.1. il-kondizzjonijiet tal-punti 1.1 sa 1.4 jibqgħu japplikaw, kif ukoll 2.2. jiġu applikati ta’ l-anqas wieħed mir-reġimi ta’ kontroll li ġejjin fuq l-impriża fi żmien perijodu ta’ 12-il xahar: 2.2.1. investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn kampjun individwali wieħed ta’ demm meħud mill-annimali bovini kollha ta’ età ogħla minn 24 xahar; 2.2.2. investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn: — kampjun individwali wieħed ta’ ħalib meħud mill-annimali bovini femminili kollha le qed jipproduċu l-ħalib, individwalment jew minn ġabra ta’ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu minn mhux iktar minn ħames annimali; kif ukoll — kampjun wieħed individwali ta’ demm, li jittieħed mill-annimali bovini femminili kollha li mhux jipproduċu l-ħalib ta’ età ogħla minn 24 xahar, u minn kull annimal bovin maskili ta’ età ogħla minn 24 xahar; 2.2.3. fil-każ ta’ farms tal-ħalib li fihom mhux inqas minn 30 % ta’ l-annimali bovini huma annimali bovini femminili li qed ireddgħu, investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1 tkun saret b’riżultati negattivi f’kull każ fuq mhux inqas minn: — żewġ kampjuni ta’ ħalib miġbura b’intervall ta’ tlieta sa 12-il xahar minn ammont kbir ta’ ħalib ta’ mhux iktar minn 50 annimal bovin femminili li qed jipproduċi l-ħalib, skond l-ispeċifikazzjoni tat-test użat; kif ukoll — kampjun wieħed individwali ta’ demm, li jittieħed mill-annimali bovini femminili kollha li mhux qed jipproduċu l-ħalib ta’ età ogħla minn 24 xahar, u minn kull annimal bovin maskili ta’ età ogħla minn 24 xahar. |
|
3. |
L-istat ta’ ħelsien mill-BHV1 ta’ impriża li jkollha l-annimali bovini għandu jiġi sospiż fil-każ li matul l-investigazzjonijiet li jissemmew fil-punti 2.2.1 sa 2.2.3 annimal ikun irreaġġixxa b’riżultat pożittiv fit-test għall-antikorpi kontra l-BHV1. |
|
4. |
L-istat ta’ ħelsien mill-BHV1 ta’ impriża li ġiet sospiża skond il-punt 3, għandu jingħata lura biss wara investigazzjoni seroloġika għall-antikorpi kontra l-BHV1, li tingħata bidu mhux iktar kmieni minn 30 jum wara t-tneħħija ta’ l-annimali seropożittivi, tkun saret flimkien b’riżultati negattivi f’kull każ għal mhux inqas minn: — żewġ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu b’interval ta’ mhux inqas minn xahrejn minn kull annimal bovin femminili li jkun qed jipproduċi l-ħalib, individwalment jew permezz ta’ ġabra ta’ kampjuni ta’ ħalib li jittieħdu minn mhux iktar minn ħames annimali; kif ukoll — żewġ kampjuni ta’ demm, li jittieħdu b’intervall ta’ mhux inqas minn tliet xhur minn kull animal bovin femminili li mhux qed jipproduċi l-ħalib, u minn kull animal bovin maskili. |
Nota:
(a) Fejn issir referenza f’dan l-Anness għat-test seroloġiku għall-osservanza ta’ l-antikorpi kontra l-BHV1, il-prinċipji stipolati fl-Artikolu 2(1)(c) li huma relatati ma’ l-istat tal-vaċċinazzjoni ta’ l-annimali ttestjati għandhom japplikaw.
(b) Id-daqs tal-ġabra tal-kampjuni tal-ħalib li tissemma fl-Anness, jista’ jiġi adattat skond l-evidenza dokumentata li t-test ikun taħt iċ-ċirkostanzi kollha ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum sensittiv biżżejjed li josserva reazzjoni dgħajfa pożittiva waħda tad-daqs li jkun ġie adattat.
( 1 ) ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).
( 2 ) ĠU L 67, tat-5.3.2004, p. 24.
( 3 ) ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 50. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2000/502/KE (ĠU L 200, tat-8.8.2000, p. 62).
( 4 ) Manwal ta' Standards għal Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini, ir-raba' Edizzjoni, Awissu 2000.