European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/836

7.5.2025

EMENDI TAL-KONVENZJONI DOGANALI DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI TA’ MERKANZIJA LI TAQA’ TAĦT IL-CARNETS TIR (IL-KONVENZJONI TIR TAL-1975)

Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU 115.2025.TREATIES-XI.A.16 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2025 għall-Partijiet Kontraenti kollha:

1.   Nota ta’ Spjegazzjoni 8.10(e)

Daħħal Nota ta’ Spjegazzjoni 8.10 (e) ġdida li għandha tinqara:

“8.10 (e)

F’każ ta’ tilwim, li potenzjalment ikollu impatt fuq il-funzjonament tal-katina ta’ garanziji, bejn l-organizzazzjoni internazzjonali, assoċjazzjoni nazzjonali, l-amministrazzjoni(jiet) doganali jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti(jiet) Kontraenti kkonċernati, u li jista’ jwassal għat-terminazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet involuti, għandhom jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien. Il-partijiet għandhom jibdew negozjati għas-soluzzjoni tat-tilwima sabiex jiżguraw il-kopertura mingħajr interruzzjoni tal-garanziji fit-territorju doganali kkonċernat.

Fi kwalunkwe ħin, kwalunkwe parti tista’ tinforma uffiċjalment lill-Bord Eżekuttiv TIR u titlob l-assistenza tiegħu biex tiġi ffaċilitata s-soluzzjoni tat-tilwima.”.

2.   Nota ta’ Spjegazzjoni 0.6.2 bis-1

Immodifika Nota ta’ Spjegazzjoni 0.6.2a-1 li għandha tinqara:

“0.6.2 bis-1

Ir-relazzjoni bejn organizzazzjoni internazzjonali u l-assoċjazzjonijiet membri tagħha għandha tkun iddefinita fi ftehimiet bil-miktub dwar il-funzjonament tas-sistema internazzjonali tal-garanziji. Il-ftehimiet jistgħu jiġu tterminati minn kwalunkwe parti b’avviż minn qabel ta’ mill-inqas 6 xhur, ħlief fil-każ ta’ revoka preċedenti ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2a tal-Artikolu 6.”.

3.   Estensjoni tal-validità taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni

(a)

Anness 3, paragrafu 4

Issostitwixxi “sentejn” bi “3 snin”.

(b)

Anness 4, Ċertifikat Mudell ta’ Approvazzjoni ta’ Vettura tat-Triq, paġna 4, paragrafu 3

Issostitwixxi “sentejn” bi “3 snin”.

4.   Aċċettazzjoni taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni sal-aħħar data ta’ validità

Anness 4, Ċertifikat Mudell ta’ Approvazzjoni ta’ Vettura tat-Triq, paġna 4, paragrafu 6 ġdid

Żid paragrafu 6 ġdid li għandu jinqara kif ġej:

“6.

Sakemm it-trasport TIR ikun beda fid-data finali tal-validità taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni jew qabilha, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni għandu jibqa’ validu sa tmiem it-trasport TIR fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni finali.’.

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_amend/2025/836/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)