|
3.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10408 — AIP / ALVANCE DUFFEL TARGET BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 296/04)
1.
Fis-26 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
American Industrial Partners Capital Fund VII, LP (Cayman), fond ta’ investiment ġestit minn American Industrial Partners (l-Istati Uniti tal-Amerka) (kollettivament imsejħa “AIP”), |
|
— |
ALVANCE Aluminium Duffel (il-Belġju). |
AIP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ ALVANCE Aluminium Duffel kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AIP hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq ix-xiri u t-titjib ta’ negozji industrijali, Mill-2020, l-AIP hija proprjetarja ta’ Commonwealth Rolled Products, li tħaddem faċilità ta’ prodotti rrumblati tal-aluminju b’attivitajiet fl-Istati Uniti tal-Amerka. AIP hija wkoll proprjetarja u tikkontrolla sa mill-2021, Aluminium Dunkerque, produttur tal-aluminju primarju, li tħaddem funderija tal-aluminju f’Loon-Plage qrib Dunkerque (Franza); |
|
— |
ALVANCE Aluminium Duffel hija produttur Ewropew ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti (flat rolled products, “FRPs”). Hija tħaddem impjant tal-aluminju fil-Belġju, li jipproduċi folji tal-aluminju għall-karozzerija (automotive body sheets, “ABS”), FRPs għall-iskambjaturi tas-sħana (heat exchangers, “HEX”), u FRPs standard bħall-koljaturi tal-aluminju industrijali u l-prodotti tal-folji użati fil-bini u fil-kostruzzjoni, fit-trasport kummerċjali u fi standard ieħor. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10408 — AIP / ALVANCE DUFFEL TARGET BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).