|
17.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9862 — Fiege/Reiner Kurzhals/Cornelius Brosche/Remondis/WDL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 203/05)
1.
Fid-9 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fiege Logistik Stiftung & Co. KG (“Fiege”, il-Ġermanja), parti mill-grupp Fiege (il-Ġermanja), |
|
— |
Remondis Assets & Services GmbH & Co. KG (“Remondis”, il-Ġermanja), parti mill-grupp Remondis (il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Rethmann SE & Co. KG (“Rethmann”, il-Ġermanja), |
|
— |
Westphalia DataLab GmbH (“WDL”, il-Ġermanja). |
Fiege, Remondis u l-azzjonijist l-oħra, il-Professur Reiner Kurzhals u Cornelius Brosche, jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ WDL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Fiege: tappartjeni għall-grupp Fiege, li jipprovdi diversi servizzi ta’ loġistika (prinċipalment) fil-Ġermanja, is-suq ta’ pajjiżha, iżda wkoll barra l-pajjiż. |
|
— |
Remondis: Remondis hija l-unità amministrattiva ċentrali tal-grupp Remondis. L-attivitajiet prinċipali tal-grupp Remondis huma r-rimi ta’ skart, it-trattament tal-ilma u r-riċiklaġġ. Il-grupp Remondis huwa diviżjoni tal-grupp Rethmann. Il-grupp Rethmann huwa organizzat fi tliet diviżjonijiet: ġestjoni tal-ilma u l-ekonomija ċirkolari; il-loġistika; u l-ikel u l-għalf. |
|
— |
WDL: tagħti konsulenza lill-kumpaniji fil-qasam tal-analitika tad-data u tiżviluppa u tikkummerċjalizza soluzzjonijiet għall-kumpaniji, fuq il-bażi ta’ intelligenza artifiċjali u b’mod partikulari fuq it-tagħlim awtomatiku, għall-analiżi tad-data tan-negozju u għat-tbassir tal-iżvilupp tan-negozju, kif ukoll soluzzjonijiet għar-riċerka medika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9862 — Fiege/Reiner Kurzhals/Cornelius Brosche/Remondis/WDL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tkun dejjem speċifikata:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
Europäische Kommission |
|
Generaldirektion Wettbewerb |
|
Registratur Fusionskontrolle |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).