6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1447

tat-3 ta’ Settembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1534 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru mħejji jew ppreservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma soġġetti għal dazji ta' antidumping definittivi, imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1534 (2).

(2)

Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd (3), kodiċi addizzjonali TARIC (4) A889, kumpanija li tinsab fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) huma soġġetti għad-dazju antidumping ta’ EUR 499,6/Tonne piż nett tal-prodott infurmat lill-Kummissjoni li mill-22 ta’ Jannar 2008 bidlet id-denominazzjoni tagħha bħala “Hubei Fomdas Foods Co., Ltd, Yidu, Hubei”.

(3)

Fil-31 ta’ Marzu 2021, il-kumpanija, wara l-bidla f’isimha talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju kompensatorju individwali applikata għaliha taħt l-isem li kellha qabel. Il-kumpanija ċċarat b’mod speċifiku li titlob li l-bidla fl-isem tidħol fis-seħħ mid-data tat-talba tagħha lill-Kummissjoni, jiġifieri mill-31 ta’ Marzu 2021.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni pprovduta u kkonkludiet li l-bidla fl-isem kienet irreġistrata kif suppost mal-awtoritajiet rilevanti, seħħet fil-grupp ta’ kumpaniji li l-Bafa kienet parti minnu, u ma wasslitx għal xi relazzjoni ġdida ma’ gruppi oħra ta’ kumpaniji li ma kinux investigati mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, din il-bidla fl-isem ma taffettwax is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1534 u b’mod partikolari r-rata tad-dazju kumpensatorju applikabbli.

(5)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1534 biex jirrifletti l-bidla fl-isem tal-kumpanija li qabel kienet attribwita għall-kodiċi TARIC addizzjonali A889.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1534 huwa emendat kif ġej:

“Toyoshima Share Yidu Foods Co.”

Għandu jinbidel bi

“Hubei Fomdas Foods Co., Ltd., Yidu, Hubei”.

2.   Il-kodiċi addizzjonali TARIC A889 li qabel kien attribwit lil Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd, għandu japplika għal Hubei Fomdas Foods Co., Ltd, Yidu, Hubei mill-31 ta’ Marzu 2021. Kwalunkwe dazju definittiv imħallas fuq importazzjonijiet ta’ prodotti mmanifatturati minn Hubei Fomdas Foods Co., Ltd, Yidu, Hubei li jaqbżu d-dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1534 fir-rigward ta’ Toyoshima Share Yidu Foods Co għandu jitħallas lura jew jitnaqqas skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1534 tal-21 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 351, 22.10.2020, p.2).

(3)  Din il-kumpanija hija elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1534 bħala produttur esportatur li kkoopera mhux inkluż fil-kampjun.

(4)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.