|
30.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/160 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/1634 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tad-29 ta' April 2015
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2014 — C8–0054/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2015), |
1.
Jikkonstata li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;
2.
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 18.
(2) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.