<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑419/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0419</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:165">EU:C:2013:165</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130314">14.03.2013</DATE> – KAWŻA C-419/11</P><P>ČESKÁ SPOŘITELNA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(a) u Artikolu 15(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kuntratt konkluż mill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Promissory note</KEYWORD><KEYWORD>Aval</KEYWORD><KEYWORD>Garanzija għal kuntratt ta’ kreditu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-419/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Městský soud v Praze (Ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110321">21 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20110810">10 ta’ Awwissu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Česká spořitelna, a.s.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Gerald Feichter,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Ilešič (Relatur), E. Levits, J.-J. Kasel u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Česká spořitelna, a.s., minn M. Vojáček, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn D. Klingele, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Šimerdová u A.-M. Rouchaud-Joët, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20120920">20 ta’ Settembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Česká spořitelna, a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Česká spořitelna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li s-sede tagħha jinsab fir-Repubblika Ċeka, u G. Feichter, iddomiċiljat fl-Awstrija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[p]ersuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1)(a) tal-imsemmi regolament, li jinsab taħt is-Sezzjoni 2 tiegħu intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) ta’ dan l-istess regolament, li jaqa’ taħt is-Sezzjoni 4 tiegħu intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ġurisdizzjoni fuq kuntratti tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni [...]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikun kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti bin-nifs b’termini ta’ kreditu; jew;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikun kuntratt għal self li jitħallas bin-nifs, jew għal xi għamla oħra ta’ kreditu, magħmula sabiex tiffinanzja l-bejgħ ta’ oġġetti; jew;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, b’xi meżżi, imexxi tali attivitajiet għal dak l-Istat Membru jew għal diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u li l-kuntratt jidħol fl-iskop ta’ attivitajiet bħal dawk.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 44/2001:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Jistgħu jitressqu proċeduri kontra konsumatur mill-parti l-oħra tal-kuntratt biss fil-qrati ta’ l-Istat Membru li fih ikun domiċiljat il-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 75 tal-Liġi Nru 191/1950 dwar il-kambjali, il-promissory notes u ċ-ċekkijiet, dokument li jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa minn dan l-Artikolu huwa promissory note valida.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 76(1) tal-Liġi Nru 191/1950, dokument fejn parti mill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 75 ta’ din il-liġi tkun nieqsa ma huwiex promissory note valida ħlief fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi li ġejjin. Skont l-Artikolu 76(3) tal-imsemmija liġi, fil-każ li ma jkunx hemm indikazzjoni speċifika, il-post tal-ħruġ tal-promissory note huwa meqjus bħala l-post tal-ħlas u, fl-istess waqt, il-post tad-domiċilju ta’ min ikun ħareġ il-promissory note.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 77(2) tal-Liġi Nru 191/1950, l-Artikolu 10 tal-imsemmija liġi japplika wkoll għall-promissory note. Dan l-Artikolu 10 jipprovdi li meta promissory note, li ma kinitx kompluta meta nħarġet, ma tkunx ġiet kompluta kif miftiehem, il-fatt li l-ftehim ma ġiex irrispettat ma jistax jiġi invokat kontra d-detentur tal-promissory note ħlief jekk dan id-detentur ikun akkwista l-promissory note in <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> jew jekk ikun wettaq negliġenza gravi meta akkwistaha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040428">28 ta’ April 2004</DATE>, il-kumpannija Feichter – CZ s.r.o. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kumpannija Feichter<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li s-sede tagħha jinsab f’Brno (ir-Repubblika Ċeka), ħarġet fl-istess Brno, promissory note inbjank favur Česká spořitelna, li s-sede tagħha jinsab fi Praga (ir-Repubblika Ċeka). Il-promissory note, iffirmata f’isem il-kumpannija Feichter mill-amministratur tagħha G. Feichter, inħarġet sabiex tiggaranixxi l-obbligi ta’ din il-kumpannija li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda ftehim ta’ overdraft, konkluż bejn l-imsemmija kumpannija u Česká spořitelna fl-istess data. G. Feichter, li huwa ddomiċiljat l-Awstija, ffirma wkoll, bħala persuna fiżika, fuq quddiem tal-promissory note billi niżżel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>per aval<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-informazzjoni dwar is-somma li kellha titħallas, l-iskadenza u l-post tal-ħlas ġew miżjuda fuq il-promissory note minn Česká spořitelna skont ftehim dwar it-tkomplija tal-informazzjoni n-nieqsa, konkluż fl-istess data. Il-promissory note kompluta b’dan il-mod, kienet tinkludi wiegħda, mingħajr ebda kundizzjoni, tal-kumpannija Feichter li tħallas, fis-<DATE ISO="20080527">27 ta’ Mejju 2008</DATE>, fi Praga, is-somma ta’ CZK 5 000 000 għall-ordni ta’ Česká spořitelna.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-data tal-iskadenza, il-promissory note, li ġiet ippreżentata fil-post tal-ħlas, jiġifieri fi Praga, ma tħallsitx. Konsegwentement, Česká spořitelna fetħet kawża sabiex tingħata ordni għal ħlas quddiem il-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga) sabiex tikseb, mingħand G. Feichter, il-ħlas tas-somma li għaliha nħarġet il-promissory note fl-ammont ta’ CZK 5 000 000, flimkien tal-interessi ta’ 6 % fis-sena mħallsa fuq din is-somma, mit-<DATE ISO="20080528">28 ta’ Mejju 2008</DATE> sal-ġurnata tal-ħlas, kif ukoll kummissjoni fuq il-promissory note, fl-ammont ta’ CZK16 666. Matul din il-proċedura, G. Feichter qajjem l-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Městský soud v Praze, peress li huwa jirrisjedi fl-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-ġurisdizzjoni tagħha għandhiex tiġi ddeterminata skont ir-regoli dwar il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi. F’dan ir-rigward hija tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 humiex sodisfatti u, b’mod partikolari, jekk id-dritt li jirriżulta mill-promissory note inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-benefiċjarju jinvoka kontra min jagħti l-aval, jistax jiġi kklassifikat bħala wieħed kuntrattwali, fis-sens ta’ dan l-Artikolu. Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-qrati Awstijaċi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali, fid-dawl tal-fatt li skont l-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, il-proċedura mibdija kontra konsumatur tista’ titressaq biss quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun iddomiċiljat il-konsumatur.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-kwistjoni jekk f’dan il-każ huwiex possibbli li l-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tqajjem, minn naħa, il-kwistjoni dwar jekk id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu kklassifikati bħala drittijiet kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, minkejja l-fatt li skont id-dritt Ċek, il-promissory note hija sigurtà astratta li ma hijiex ta’ natura kuntrattwali, anki jekk hija tikkonkretizza l-kontenut ta’ kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija tistaqsi jekk dan il-każ jirrigwardax obbligu aċċettat liberament, fid-dawl tal-fatt li l-post tal-ħlas preċiż la ġie ddeterminat fil-promissory note u lanqas fil-ftehim dwar it-tkomplija tal-informazzjoni n-nieqsa. Fil-fatt, anki jekk dan il-ftehim tal-aħħar ta lil Česká spořitelna d-dritt li tkompli l-informazzjoni n-nieqsa dwar il-post tal-ħlas fuq il-promissory note, madankollu huwa ma pprevediex kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat li dan il-post huwa preċiżament il-belt ta’ Praga. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li ma jistax jiġi eskluż li t-tkomplija tal-post tal-ħlas fuq il-promissory note twassal għall-ksur ta’ dan il-ftehim jew li dan il-ftehim huwa null minħabba n-natura vaga tiegħu, f’liema każ ikun diffiċli li jiġi kkonstatat li l-obbligu inkwistjoni ġie aċċettat liberament.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Městský soud v Praze ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, użata fl-Artikolu 15(1), tar-[Regolament Nru 44/2011], tista’ tiġi interpretata fis-sens li tinkludi wkoll id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut, li l-benefiċjarju jinvoka kontra dak li jagħti l-aval għan-nom ta’ min ħareġ il-promissory note?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Minkejja r-risposta għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>materji kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, b’kunsiderazzjoni esklużiva tal-kontenut tal-promissory note bħala tali, hija tinkludi wkoll id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut, li l-benefiċjarju juża kontra dak li jagħti l-aval għan-nom ta’ min ħareġ il-promissory note?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Česká spořitelna ssostni li l-ewwel domanda preliminari hija inammissibbli, minħabba li hija ta’ natura purament ipotetika u hija irrilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ma humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali. Bl-istess mod, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta<?PAGE NO="5"?> d-domandi mressqa jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Rintisch, C-553/11, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda konnessjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Banco Español de Crédito, C-618/10, punt 77, u Rintisch, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta ċarament li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 hija neċessarja għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, peress li l-eċċezzjoni ta’ ġurisdizzjoni, imqajma minn G. Feichter hija bbażata fuq l-argument li jipprovdi li, minħabba li huwa ffirma l-promissory note bħala persuna fiżika, huwa għandu l-kwalità ta’ konsumatur fis-sens tal-imsemmi artikolu u li għaldaqstant il-ġurisprudenza għandha tiġi ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li jirregola l-ġurisdizzjoni tal-qrati fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel domanda preliminari għandha titqies bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikax għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegewentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-kunċetti użati fir-Regolament Nru 44/2001 u, b’mod partikolari, dawk li jidhru fl-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu, prinċipalment b’riferiment għas-sistema u għall-għanijiet tal-imsemmi regolament, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Istati Membri kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, Engler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-27/02" PAGE.ECR="I-481" YEAR="2005">C-27/02, Ġabra p. I-481</REF.DOC.ECR>, punt 33; tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Pammer u Hotel Alpenhof, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-585/08+C-144/09" PAGE.ECR="I-12527" YEAR="2010">C-585/08 u C-144/09, Ġabra p. I-12527</REF.DOC.ECR>, punt 55, kif ukoll tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, Mühlleitner, C-190/11, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jikkostitwixxi deroga kemm għar-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, li tagħti ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun iddomiċiljat il-konvenut, kif ukoll għar-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam tal-kuntratti, stabbilita fl-Artikolu 5(1) ta’ dan l-istess regolament, li bih il-qorti li għandha ġurisdizzjoni hija dik tal-post tat-twettiq tal-obbligu li huwa l-bażi tat-talba (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Pammer u Hotel Alpenhof, punt 53 kif ukoll Mühlleitner, point 26). Għaldaqstant, dan l-artikolu għandu neċessarjament ikun suġġett għal interpretazzjoni stretta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Mühlleitner, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sa fejn ir-Regolament Nru 44/2001 jissostitwixxi, fir-relazzjonijiet tal-Istati Membri, il-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata b’konvenzjonijiet suċċessivi relatati mal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma’ din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijeit ta’ din<?PAGE NO="6"?> il-konvenzjoni tapplika wkoll għal dawk tal-imsemmi regolament, meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti jistgħu jiġu deskritti bħala ekwivalenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Folien Fischer u Fofitec, C-133/11, punt 31, u tas-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>, Refcomp, C-543/10, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fis-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 44/2001, l-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-regolament għandu, kif ukoll jirriżulta mill-premessa 13 tal-imsemmi regolament, l-istess post u jissodisfa l-istess funzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumatur bħala l-parti l-iktar dgħajfa, bħall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090514">14 ta’ Mejju 2009</DATE>, Ilsinger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/06" PAGE.ECR="I-3961" YEAR="2009">C-180/06, Ġabra. p. I-3961</REF.DOC.ECR>, punt 41; Pammer u Hotel Alpenhof, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57, kif ukoll Mühlleitner, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika fil-każ li tliet kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, jiġifieri, l-ewwel nett, parti li tkun ikkonkludiet il-kuntratt ikollha l-kwalità ta’ konsumatur li jaġixxi f’kuntest li jista’ jitqies bħala estranju għall-attivitajiet professjonali tiegħu, it-tieni nett, il-kuntratt bejn tali konsumatur u professjonist ikun effettivament ġiet konkluż u, it-tielet nett, tali kuntratt ikun jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 15(1)(a) sa (ċ). Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv, b’tali mod li jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx sodisfatta, il-ġurisdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata skont ir-regoli dwar il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001, minkejja li l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma huwiex identiku f’kull rispett għal dak tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, dawn l-emendi jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni li l-kuntratti tal-konsumaturi għandhom jissodisfaw (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pammer u Hotel Alpenhof, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59) u mhux id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’tali mod li fil-kuntest tar-Regolament Nru 44/2001, dan il-kunċett għandu jkollu l-istess portata bħal fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li mill-kliem u r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li hija intiża biss għall-konsumatur finali privat, li ma huwiex impenjat f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19930119">19 ta’ Jannar 1993</DATE>, Shearson Lehman Hutton, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-89/91" PAGE.ECR="I-139" YEAR="1993">C-89/91, Ġabra p. I-139</REF.DOC.ECR>, punti 20 u 22, tat-<DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, Benincasa, C-269/95, p. I-3767, punt 15; tal-<DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, Gruber, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-464/01" PAGE.ECR="I-439" YEAR="2005">C-464/01, Ġabra p. I-439</REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll Engler, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li s-sistema partikolari stabbilita mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussell dwar ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandha l-għan li tiżgura protezzjoni adegwata lill-konsumatur bħala parti f’kuntratt meqjusa ekonomikament iktar dgħajfa u legalment b’inqas esperjenza mill-parti kontraenti professjonali l-oħra (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitata iktar ’il fuq Gruber, punt 34, u Engler, punt 39). Din il-funzjoni timplika li l-applikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali, previsti għal dan l-għan mill-Konvenzjoni ta’ Brussell, ma tiġix estiża biex tinkludi persuni li għalihom din il-protezzjoni ma hijiex iġġustifikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Shearson Lehman Hutton, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għall-konklużjoni li huma biss il-kuntratti konklużi barra u indipendentement minn kull attività jew għan ta’ natura professjonali bl-uniku skop li jiġu sodisfatti l-bżonnijiet proprji ta’ individwu għal dak li jirrigwarda l-konsum privat, li jaqgħu taħt is-sistema partikolari prevista mill-imsemmija Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li tali<?PAGE NO="7"?> protezzjoni ma hijiex iġġustifikata fil-każ ta’ kuntratt li għandu l-għan ta’ attività professjonali (ara s-sentenza Gruber, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36, u, f’dan is-sens, is-sentenza Benincasa, iċċitata iktar ’il fuq, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ konsumatur fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ma hijiex sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifikau li min ta l-aval fil-kawża prinċipali sar il-garanti għall-obbligi tal-kumpannija li tagħha huwa l-amministratur u li fiha għandu sehem maġġoritarju.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm l-obbligu ta’ min jagħti l-aval għandu natura astratta u għalhekk huwa indipendenti mill-obbligu ta’ min ħareġ il-promissory note li għaliha huwa sar garanti, xorta jibqa’ l-fatt li, bħalma l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-aval ta’ persuna fiżika, mogħti fil-kuntest ta’ promissory note maħruġa sabiex tiggarantixxi l-obbligi ta’ kumpannija kummerċjali, ma jistax jitqies bħala li ngħata barra u indipendentement minn kull attività jew għan ta’ natura professjonali jekk din il-persuna fiżika għandha rabtiet professjonali mill-qrib mal-imsemmija kumpannija, bħall-amministrazzjoni ta’ tali kumpannija jew iż-żamma ta’ sehem maġġoritarju fiha.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, is-sempliċi fatt li min jagħti l-aval tkun persuna fiżika ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-kwalità tagħha ta’ konsumatur fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat jekk iż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra sabiex għall-applikazzjoni tal-imsemmi artikolu humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Min dak kollu li ntqal jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha rabtiet professjonali mill-qrib ma’ kumpannija, bħall-amministrazzjoni ta’ tali kumpannija jew iż-żamma ta’ sehem maġġoritarju fi ħdanha, ma tistax titqies bħala konsumatur fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta hija tagħti aval fuq promissory note maħruġa sabiex tiggarantixxi l-obbligi ta’ din il-kumpannija li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda l-għoti ta’ kreditu. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegwentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikax għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegewentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, min-naħa, jekk ir-relazzjoni legali bejn il-benefiċjarju ta’ promissory note u min jagħti l-aval fuq promissory note taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 u, min-naħa l-oħra, l-portata li għandu jingħata l-kunċett, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fil-każ ta’ promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut iżda kompluta sussegwentement.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar, kif sar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, li sa fejn il-kliem tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 huwa identiku għal dak tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-ewwel dispożizzjoni għandu jkollha portata identika għal dik tad-dispożizzjoni tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Falco Privatstiftung u Rabitsch, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-533/07" PAGE.ECR="I-3327" YEAR="2009">C-533/07, Ġabra p. I-3327</REF.DOC.ECR>, punti 48 u 56).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tiġi ddeterminata, skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, liema qorti għandha ġurisdizzjoni, għandu jibqa’ jsir riferiment għall-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Falco Privatstiftung u Rabitsch, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, għandu jiġi rrilevat li dan il-kunċett għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu, billi jsir riferiment għas-sistema u għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, huwa ma jistax jinftiehem bħala li jirreferi għall-klassifikazzjoni li l-liġi nazzjonali applikabbli tagħti lir-relazzjoni legali inkwistjoni quddiem il-qorti nazzjonali (ara, b’analoġija, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19920617">17 ta’ Ġunju 1992</DATE>, Handte, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-26/91" PAGE.ECR="I-3967" YEAR="1992">C-26/91, Ġabra p. I-3967</REF.DOC.ECR>, punt 10, u tal-<DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, Frahuil, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-265/02" PAGE.ECR="I-1543" YEAR="2004">C-265/02, Ġabra p. I-1543</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jeħtieġx il-konklużjoni ta’ kuntratt, l-identifikazzjoni ta’ obbligu hija xorta waħda indispensabbli għall-applikazzjoni tiegħu, peress li l-ġurisdizzjoni tal-qorti abbażi ta’ din id-dispożizzjoni hija stabbilita skont il-post tat-twettiq tal-obbligu inkwistjoni. Għaldaqstant, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni ma tistax tinftiehem bħala tirrigwarda sitwazzjoni li fiha ma jeżisti ebda obbligu aċċettat liberament minn parti favur oħra (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="20020917">17 ta’ Settembru 2002</DATE>, Tacconi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-334/00" PAGE.ECR="I-7357" YEAR="2002">C-334/00, Ġabra p. I-7357</REF.DOC.ECR>, punti 22 u 23, kif ukoll Engler, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali prevista fil-qasam tal-kuntratti fl-imsemmi Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 tippreżumi d-determinazzjoni ta’ obbligu legali aċċettat liberament minn persuna fir-rigward ta’ persuna oħra u li fuqu hija bbażata l-azzjoni tar-rikorrenti (ara, b’analoġija, is-sentenza Engler, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ tali obbligu fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat, bħalma għamlet l-Avukat Ġeneral fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tagħha li, f’dan il-każ, billi ffirma fuq quddiem tal-promissory note taħt il-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>per aval<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, min ta l-aval aċċetta volontarjament li jaġixxi bħala garanti tal-obbligi ta’ min ħareġ il-promissory note. L-obbligu tiegħu li jiggarantixxi l-imsemmija obbligi ġie għaldaqstant, permezz tal-firma tiegħu, aċċettat liberament, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-fatt li din il-firma saret fuq promissory note inbjank ma hijiex tali li timmina din il-konstatazzjoni. Fil-fatt, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, billi ffirma wkoll il-ftehim dwar it-tkomplija tal-informazzjoni n-nieqsa, min ta l-aval aċċetta liberament il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-mod kif din il-promissory note kellha titkompla mill-benefiċjarju billi jżid l-informazzjoni n-nieqsa, minkejja li l-firma tal-imsemmi ftehim ma wasslitx, fiha nnifisha, għall-ħolqien tal-aval.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat f’dan ir-rigward li l-kwistjoni dwar jekk it-tkomplija tal-informazzjoni n-nieqsa fuq il-promissory note saret bi ksur tal-imsemmi ftehim ma taqax taħt l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, iżda hija pjuttost marbuta mal-verifika li l-post tal-ħlas li jirriżulta mill-promissory note inkwistjoni ġie miftiehem b’mod validu bejn il-partijiet, b’tali mod li din il-kwistjoni mqajma mill-qorti<?PAGE NO="9"?> tar-rinviju tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, li huwa kunċett li ser jiġi eżaminat fil-punti 52 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Min dan isegwi li r-relazzjoni legali bejn il-benefiċjarj ta’ promissory note u min jagħti l-aval fuq promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut iżda kompluta sussegwentement, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi ppreċiżat is-sens tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, jekk sabiex tiddetermina dan il-post hija għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni biss l-informazzjoni li tinsab fuq il-promissory note jew tiħux ukoll id-data inkluża fil-ftehim dwar it-tkomplija tal-informazzjoni n-nieqsa.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, minn naħa, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>obblig[u]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, jirreferi għall-obbligu li jirriżulta mill-kuntratt u li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tiegħu hija invokata sabiex tiġġustifika l-proċedura legali (ara, b’analoġija, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE>, De Bloos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="14/76" PAGE.ECR="1497" YEAR="1976">14/76, Ġabra p. 1497</REF.DOC.ECR>, punt 13; tal-<DATE ISO="19870115">15 ta’ Jannar 1987</DATE>, Shenavai, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="266/85" PAGE.ECR="239" YEAR="1987">266/85, Ġabra p. 239</REF.DOC.ECR>, punt 9, u tad-<DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, Besix, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/00" PAGE.ECR="I-1699" YEAR="2002">C-256/00, Ġabra p. I-1699</REF.DOC.ECR>, punt 44), u min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-post tat-twettiq tal-obbligu huwa ddeterminat skont il-liġi li tirregola l-imsemmi obbligu skont ir-regoli ta’ kunflitt tal-liġi tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża (ara, b’analoġija, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE>, Industrie Tessili Italiana Como, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="12/76" PAGE.ECR="1473" YEAR="1976">12/76, Ġabra p. 1473</REF.DOC.ECR>, punt 13; tat-<DATE ISO="19990928">28 ta’ Settembru 1999</DATE>, GIE Groupe Concorde <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-440/97" PAGE.ECR="I-6307" YEAR="1999">C-440/97, Ġabra p. I-6307</REF.DOC.ECR>, punt 32, kif ukoll Besix, iċċitata iktar ’il fuq, punti 33 u 36).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza ġeneralment mogħtija lir-rieda tal-partijiet mid-drittijiet nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti, meta l-liġi applikabbli tippermetti lill-partijiet, taħt il-kundizzjonijiet li hija tiddetermina, jagħżlu l-post tat-twettiq tal-obbligu, il-ftehim li jirrigwarda l-post tat-twettiq tal-obbligu huwa biżżejjed sabiex jistabbilixxi dan l-istess post għall-ġurisdizzjoni tal-qrati fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="19800117">17 ta’ Jannar 1980</DATE>, Zelger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="56/79" PAGE.ECR="89" YEAR="1980">56/79, Ġabra p. 89</REF.DOC.ECR>, punt 5; is-sentenza tal-<DATE ISO="19970220">20 ta’ Frar 1997</DATE>, MSG, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/95" PAGE.ECR="I-911" YEAR="1997">C-106/95, Ġabra p. I-911</REF.DOC.ECR>, punt 30, u GIE Groupe Concorde <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, madankollu, li għalkemm il-partijiet huma liberi li jiftiehmu dwar il-post tat-twettiq tal-obbligu kuntrattwali, huma ma jistgħux madankollu jistabbilixxu, bl-uniku għan li jispeċifikaw il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni, post li ma għandu ebda rabta effettiva mar-realtà tar-relazzjoni kuntrattwali u fejn l-obbligi li jirriżultaw minn din ir-relazzjoni ma jistgħux jiġu mwettqa skont it-termini tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza MSG, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-fatt li l-post tat-twettiq tal-obbligu inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa espressament indikat fuq il-promissory note, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni, sa fejn id-dritt applikabbli jippermetti din l-għażla ta’ tali post, l-imsemmi post sabiex tiġi ddeterminata liema qorti għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika sabiex tiġi ddeterminata liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegwentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha rabtiet professjonali mill-qrib ma’ kumpannija, bħall-amministrazzjoni ta’ tali kumpannija jew iż-żamma ta’ sehem maġġoritarju fiha, ma tistax titqies bħala konsumatur fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta hija tagħti aval fuq promissory note maħruġa sabiex tiggarantixxi l-obbligi ta’ din il-kumpannija li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda l-għoti ta’ kreditu. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegewentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegwentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>