European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2318

14.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2318

tat-13 ta’ Ottubru 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li żewġ individwi jitneħħew minn dik il-lista.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1284/oj.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009, fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(3), jitħassru l-entrati 4 u 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2318/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)