|
6.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/310 |
P9_TA(2022)0017
Talba għall-ħarsien tal-immunità ta' Mario Borghezio
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio (2021/2159(IMM))
(2022/C 342/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' Mario Borghezio tat-13 ta' Novembru 2018, imħabbra fil-plenarja fil-25 ta' Marzu 2019, imtennija fis-27 ta' Mejju 2021 minn Mario Borghezio u trasferita lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fis-7 ta' Lulju 2021, fid-dawl tal-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fil-qafas tal-proċediment kriminali Nru 4975/16 RGNR pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku f'Imperia, l-Italja, |
|
— |
wara li sema' lil Mario Borghezio, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 7 u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0015/2022), |
|
A. |
billi Mario Borghezio, Membru tal-Parlament Ewropew sat-2 ta' Lulju 2019, talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fi proċedimenti kriminali quddiem l-Uffiċċju ta' Imperia; |
|
B. |
billi Mario Borghezio allegatament iġġieled ma' impjegat ta' kumpanija ferrovjarja wara li dan irrifjuta li jħallih jivvjaġġa fuq ferrovija minħabba li ma kellux biljett tal-ivvjaġġar validu; |
|
C. |
billi Mario Borghezio, fis-seduta ta' smigħ tiegħu fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali, ma ddikjara xejn li jista' jwassal għall-konklużjoni li l-ġlieda inkwistjoni kienet tikkonċerna l-espressjoni ta' opinjoni politika min-naħa tal-ex Membru; |
|
D. |
billi, għaldaqstant, l-allegat reat ma jittratta ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tad-dmirijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
E. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli biss għall-Membri tal-Parlament Ewropew; billi Mario Borghezio kien Membru tal-Parlament Ewropew sat-2 ta' Lulju 2019; billi t-telf tal-istatus ta' Membru tal-Parlament Ewropew konsegwentement jinvolvi t-telf tal-immunità relatata, li t-tul tagħha huwa limitat, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7, għal dak il-mandat (2); |
|
F. |
billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat” (3); |
|
1. |
Jiddeċiedi li ma jħarisx il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Taljani aditi u lil Mario Borghezio. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali T-284/17, il-paragrafu 28.
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.