|
16.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 113/2010
tal-1 ta' Ottubru 2010
li temeda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXII għall-Ftehim ġie emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 243/2010 tat-23 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2010 tat-23 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) 2 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 10ba (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII għall-Ftehim:
|
“— |
32010 R 0243: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 243/2010 tat-23 ta' Marzu 2010 (ĠU L 77, 24.3.2010, p. 33), |
|
— |
32010 R 0244: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2010 tat-23 ta' Marzu 2010 (ĠU L 77, 24.3.2010, p. 42).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nri 243/2010 u 244/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 52.
(2) ĠU L 77, 24.3.2010, p. 33.
(3) ĠU L 77, 24.3.2010, p. 42.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.