|
7.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 422/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10063 – Mitsubishi UFJ Lease & Finance/Hitachi Capital)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 422/10)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company, Limited (“MUL”, il-Ġappun), u |
|
— |
Hitachi Capital Corporation (“HC”, il-Ġappun). |
MUL u HC jidħlu għal amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni titwettaq bl-assorbiment bejn MUL u HC.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MUL: il-kiri, kif ukoll il-finanzjament ta’ servizzi fis-setturi tal-proprjetà immobbli, il-kura tas-saħħa, l-ambjent u l-enerġija, l-infrastruttura u l-investiment, u l-avjazzjoni u l-loġistika. Fiż-ŻEE, MUL hija primarjament attiva fil-forniment ta’ kirjiet operattivi ta’ ajruplani, magni tal-ajruplani, u containers marittimi, u ta’ self kummerċjali. |
|
— |
HC: servizzi ta’ kiri u servizzi finanzjarji. Fiż-ŻEE, HC hija primarjament attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet finanzjarji garantiti b’assi lin-negozji (inkluż il-finanzjament tal-assi, il-finanzjament tal-franchising, soluzzjonijiet tal-bejjiegħa u l-fatturament), is-self personali lill-konsumaturi tar-Renju Unit, u l-kiri tal-karozzi lil korporazzjonijiet u individwi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jinħtieġ (2) li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10063 – Mitsubishi UFJ Lease & Finance / Hitachi Capital
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).