European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1820

21.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1820

tal-20 ta’ Lulju 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jiġu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jikkonformaw magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fl-1 ta’ Lulju 2026 u fis-7 ta’ Lulju 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’total ta’ 3 tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istati ta’ Idaho, Pennsylvania, u Utah, li ġew ikkonfermati bejn it-23 ta’ Ġunju 2026 u s-6 ta’ Lulju 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti nnotifikat l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ppreżentaw aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(8)

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jixraq li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żona kkonċernata mit-tifqigħat il-ġodda f’dak il-pajjiż terz, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u l-Parti 2, u fit-tabella stabbilita fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fl-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1398, US-2.1399, u US-2.1400 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1397:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1398

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

23.6.2026

 

US-2.1399

N, P1

 

26.6.2026

 

US-2.1400

N, P1

 

6.7.2026”

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin għaż-żoni US-2.1398, US-2.1399, u US-2.1400 jiddaħħlu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1397:

“L-Istati Uniti

US-2.1398

State of Idaho

Canyon 21

Canyon County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 116.5266159°W 43.5971994°N)

US-2.1399

State of Pennsylvania

Delaware 01

Delaware County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.2335573°W 40.0276207°N)

US-2.1400

State of Utah

Cache 05

Cache County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 111.9158329°W 42.0175147°N)”

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għal US-2.1398, US-2.1399, u US-2.1400 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1397:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1398

POU, RAT

N, P1

 

23.6.2026

 

GBM

P1

 

23.6.2026

 

US-2.1399

POU, RAT

N, P1

 

26.6.2026

 

GBM

P1

 

26.6.2026

 

US-2.1400

POU, RAT

N, P1

 

6.7.2026

 

GBM

P1

 

6.7.2026”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1820/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)