|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/6120 |
19.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12568 – BCFR / DEEPOCEAN / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/6120)
1.
Fid-9 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bogusław Cupiał Fundacja Rodzinna (“BCFR”), il-Polonja, ikkontrollata mis-Sur Bogusław Cupiał, persuna fiżika Pollakka, |
|
— |
DeepOcean Investco 1 AS (“DeepOcean”), il-Polonja, ikkontrollata minn Triton Partners, il-Lussemburgu. |
BCFR u DeepOcean jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Funamachi sp. z.o.o, kumpanija li għadha kif inħolqot tikkostitwixxi impriża konġunta (il-“JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fil-JV.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
BCFR hija fondazzjoni tal-familja Pollakka li permezz tagħha s-Sur Cupial jikkontrolla lil Tele Fonika Kable S.A. (“TFK”) u lil JDR Cable Systems (Holdings) Limited (“JDR”). TFK hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ kejbils elettriċi, filwaqt li l-grupp JDR huwa attiv fil-qasam tas-sistemi tal-kejbils sottomarini, |
|
— |
DeepOcean tipprovdi servizzi ta’ spezzjoni, manutenzjoni u tiswija, stħarriġ u intervent f’qiegħ il-baħar, kostruzzjoni taħt il-baħar, installazzjoni ta’ kejbils sottomarini u servizzi ta’ tħaffir ta’ trinek, riċiklaġġ u dekummissjonar, inġinerija u ġestjoni tal-proġetti, kif ukoll operazzjonijiet diġitali u remoti relatati. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JK li għadha kif inħolqot se jkunu l-provvista u l-installazzjoni ta’ kejbils interarray sottomarini fiż-ŻEE.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12568 — BCFR / DEEPOCEAN / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6120/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)