5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9517 — Mylan/Upjohn)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 72/10)

1.   

Fit-28 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mylan N.V. (“Mylan”, in-Netherlands),

—

Upjohn Inc. (“Upjohn”, iċ-Ċina), ikkontrollata minn Pfizer Inc. (“Pfizer”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Mylan u Upjohn jingħaqdu fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet permezz ta’ diversi passi ta’ tranżazzjoni, inkluż it-trasferiment ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Mylan: Mylan tiżviluppa, toħroġ il-liċenzji. Timmanifattura, tikkummerċjalizza u tiddistribwixxi farmaċewtiċi ġeneriċi, dawk ġeneriċi tad-ditta u farmaċewtiċi ta’ speċjalità flimkien ma’ prodotti tal-kura tas-saħħa bla riċetta u għall-konsumaturi.

—

Upjohn: Upjohn hija diviżjoni tan-negozju ta’ Pfizer li tħaddem portafoll ta’ mediċini tad-ditta li tkun skaditilhom il-privattiva u mediċini ġeneriċi, kif ukoll negozju ġeneriku fl-Istati Uniti tal-Amerka fl-isem ta’ Greenstone LLC.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9517 – Mylan/Upjohn

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).