|
29.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 679/2009
tas-7 ta’ Lulju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1386/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 jimplimenta ċerti miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (“NAFO”). Dan ir-Regolament sussegwentement ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 538/2008 (2). Barra minn hekk, ġew identifikati inkonsistenzi bejn ir-Regolament (KE) 1386/2007 u r-regoli tan-NAFO dwar il-konservazzjoni u l-inforzar. |
|
(2) |
Fit-tletin laqgħa annwali tagħha li saret f’Settembru 2008, in-NAFO adottat numru ta’ emendi għall-miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar tagħha. Dawk l-emendi huma relatati ma’ dispożizzjonijiet dwar is-sajd tal-qiegħ, żoni magħluqa biex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-għoljiet fil-baħar, il-ħtiġiet tat-tikkettjar u miżuri addizzjonali tal-istat tal-port. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (3), ser jibda japplika fl-1 ta’ Jannar 2010. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 għandu għalhekk ikun emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-Kaptani tal-bastimenti Komunitarji għandhom jirreġistraw il-koordinati relatati mal-postijiet tat-tluq u tat-tmiem ta’ kwalunkwe tkarkir bi prova mwettaq skont il-paragrafu 3.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. Bastimenti li jkunu qed iwettqu sajd immirat għal speċijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom permess jieħdu speċijiet regolati bi xbieki li jkollhom il-qies tal-malji inqas milli speċifikati f’dawk il-paragrafi, dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar qabdiet sekondarji fl-Artikolu 4.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Madankollu, bastimenti Komunitarji li jkunu qed jistadu f′żoni ′l barra miż-Żona Regolatorja tan-NAFO jistgħu jżommu abbord xbieki b’qies il-malji iżgħar minn dak stipulat fl-Artikolu 7, dment li dawn ix-xbieki jkunu marbutin u stivati sew u ma jkunux disponibbli għall-użu immedjat.” |
|
(5) |
L-Artikolu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 11 Dispożizzjonijiet speċjali għas-sajd tal-gambli fid-Diviżjoni 3L Sajd għall-gambli fid-Diviżjoni 3L għandu jsir f’fond ta’ aktar minn 200 metru.” |
|
(6) |
L-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 12 Żoni ristretti tas-sajd 1. It-twettiq ta’ attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:
2. Iż-żona tad-Diviżjoni 3O tan-NAFO ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati li ġejjin (f’ordni numerika u lura għall-koordinat 1) għandha tkun magħluqa għall-attivitajiet kollha tas-sajd tal-qiegħ:
|
|
(7) |
għandu jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej: “KAPITOLU IIa PROTEZZJONI TA’ EKOSISTEMI TAL-BAĦAR VULNERABBLI Artikolu 12a Definizzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ‘ekosistemi tal-baħar vulnerabbli’ tfisser:
Artikolu 12b Definizzjoni ta’ impatti avversi sinifikanti Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu ‘impatti avversi sinifikanti’ tfisser impatti li jikkompromettu l-istruttura jew il-funzjoni tal-ekosistema b’mod li:
Artikolu 12c Definizzjoni ta’ speċijiet indikaturi ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ‘speċijiet indikaturi ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli’ tfisser antipatarjani, qroll gorgoni, kolonji ta’ anemoni ċerjantidi, lofelja, u kolonji ta’ pinen tal-baħar. Artikolu 12d Definizzjoni ta’ sejba ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ‘sejba ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli’ tfisser qabda, għal kull rimja ta’ rkaptu, ta’ speċijiet indikaturi ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli ta’ aktar minn 100 kg ta’ qroll ħaj u/jew 1 000 kg ta’ sponża ħajja. Artikolu 12e Valutazzjoni tas-sajd tal-qiegħ 1. Fl-2009, l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom bi ħsiebhom iwettqu attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-impatti magħrufin u antiċipati ta’ dawk l-attivitajiet fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ f’każijiet fejn il-valutazzjoni tikkonkludi li tali attivitajiet mhumiex mistennija li jkollhom impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. 2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom joqogħdu fuq l-aħjar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli rigward il-post fejn jinstabu l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fiż-żoni fejn il-bastimenti tas-sajd tagħhom bi ħsiebhom joperaw. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn disponibbli, id-data xjentifika li abbażi tagħha tista’ tiġi stmata l-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ tali ekosistemi. 3. L-evalwazzjoni tar-riskju ta’ impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli mwettqa skont il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis, kif meħtieġ, il-kondizzjonijiet differenti li jipprevalu fiż-żoni ġodda tas-sajd tal-qiegħ u ż-żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ. 4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-valutazzjoni tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009. Dik il-preżentazzjoni għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni maħsuba biex jimpedixxu impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi minnufih din l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO. Artikolu 12f Attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ f’żoni ġodda tas-sajd tal-qiegħ 1. L-attivitajiet kollha tas-sajd fiż-żoni ġodda tas-sajd tal-qiegħ, jew bl-irkaptu tal-qiegħ li ma jkunx intuża qabel fiż-żona kkonċernata, għandhom jitqiesu bħala sajd esploratorju u għandhom jitwettqu f’konformità mal-Protokoll dwar is-Sajd Esploratorju msemmi fil-paragrafu 2. 2. L-Istati Membri, li l-bastimenti tagħhom ikunu bi ħsiebhom li jwettqu attivitajiet tas-sajd f’żoni ġodda tas-sajd tal-qiegħ, jew b’irkaptu tal-qiegħ li ma jkunx intuża qabel fiż-żona kkonċernata, għandhom jistabbilixxu Protokoll dwar is-Sajd Esploratorju bl-użu tal-mudelli tal-Anness XVI. 3. Il-Protokoll dwar is-Sajd Esploratorju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivtajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ valutazzjoni stipulata fl-Artikolu 12e. 5. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-Protokoll dwar is-Sajd Esploratorju msemmi fil-paragrafu 2 u l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12e(1) lill-Kummissjoni biex din tgħaddihom lis-Segretarjat tan-NAFO. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet esploratorji tas-sajd ma jkunux awtorizzati qabel ma din l-informazzjoni tasal għand is-Segretarjat tan-NAFO. Artikolu 12g Sejbiet imprevisti ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f’żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ 1. Fejn, matul l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment li jwettaq attivitajiet tas-sajd f’żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ jiltaqa’ ma’ indikaturi ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, il-kaptan għandu jikkwantifika l-ispeċijiet indikaturi tal-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli li jkunu nqabdu. 2. Jekk il-kwantità tal-ispeċijiet indikaturi tal-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli li jkunu nqabdu f’operazzjoni tas-sajd, bħall-ġbid ta’ xbieki tat-tkarkir jew rimja ta’ għeżul tal-garġi jew konz, tkun akbar mil-limitu minimu definit fl-Artikolu 12d, id-dispożizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw. 3. Il-kaptan tal-bastiment għandu jirrapporta l-inċident lill-Istat Membru tal-bandiera, li mingħajr dewmien għandu jgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv permezz tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tavża minnufih lill-Istati Membri l-oħra li l-bastimenti tagħhom ikunu joperaw fiż-Żona. L-Istati Membri rilevanti għandhom javżaw minnufih lill-bastimenti kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u jkunu fiż-żona. 4. Il-kaptan tal-bastiment għandu jieqaf mis-sajd u jwarrab mill-inqas 2 mili nawtiċi mill-aħħar punt tat-tkarkir/rimja fid-direzzjoni li tkun l-inqas probabbli li tirriżulta f’aktar sejbiet. Il-kaptan għandu juża l-aħjar ġudizzju tiegħu bbażat fuq is-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli kollha. Artikolu 12h Sejbiet imprevisti ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f’żoni ġodda tas-sajd tal-qiegħ 1. Fejn, matul l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment li jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd f’żoni ġodda tas-sajd tal-qiegħ jiltaqa’ ma’ indikaturi ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, il-kaptan għandu jikkwantifika l-ispeċijiet indikaturi tal-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli li jkunu nqabdu. L-osservaturi involuti għandhom jidentifikaw il-qrolli, l-isponoż u organiżmi oħra sal-aktar livell tassonomiku baxx possibbli. 2. Jekk il-kwantità ta’ tali speċijiet li jkunu nqabdu għal kull rimja ta’ rkaptu, bħall-ġbid ta’ xbieki tat-tkarkir jew rimja ta’ għeżul tal-garġi jew konz, tkun akbar mil-limitu minimu definit fl-Artikolu 12d, id-dispożizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw. 3. Il-kaptan tal-bastiment għandu jirrapporta l-inċident lill-Istat Membru tal-bandiera, li mingħajr dewmien għandu jgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv permezz tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tavża minnufih lill-Istati Membri l-oħra li l-bastimenti tagħhom ikunu joperaw fiż-Żona. L-Istati Membri rilevanti għandhom javżaw minnufih lill-bastimenti kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u jkunu fiż-żona. 4. Għandu japplika għeluq temporanju ta’ raġġ ta’ żewġ mili madwar pożizzjoni ta’ sejba rapportata minn bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Parti Kontraenti għan-NAFO. Il-pożizzjoni ta’ rapportar hija dik ipprovduta mill-bastiment, jew fl-aħħar punt tat-tkarkir/rimja jew f’pożizzjoni oħra li l-evidenza tindika li tkun l-eqreb għall-post eżatt tas-sejba. Dan l-għeluq temporanju għandu japplika sakemm is-Segretarjat tan-NAFO javża li ż-żona tkun tista’ terġa’ tinfetaħ. 5. Il-bastiment għandu jieqaf mis-sajd u jwarrab mill-inqas 2 mili nawtiċi mill-aħħar punt tat-tkarkir/rimja fid-direzzjoni li tkun l-inqas probabbli li tirriżulta f’aktar sejbiet. Il-kaptan għandu juża l-aħjar ġudizzju tiegħu bbażat fuq is-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli kollha.”; |
|
(8) |
L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 47, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(10) |
Il-Kapitolu V għandu jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU V KONTROLL MILL-ISTAT TAL-PORT TA’ BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA’ PARTI KONTRAENTI OĦRA Artikolu 62 Kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-iżbark jew it-trasbord fil-portijiet tal-Istati Membri, minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra tan-NAFO ta’ ħut li jkun inqabad fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO jew ta’ prodotti tal-ħut li joriġinaw minn tali ħut li ma jkunx ġie żbarkat jew trasbordat preċedentement f’port. 2. Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1005/2008. Artikolu 63 Portijiet maħtura L-Istati Membri għandhom jaħtru portijiet li għalihom jistgħu jingħataw aċċess bastimenti tas-sajd għall-finijiet tal-iżbark jew it-trasbord. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-portijiet maħtura tagħhom lill-Kummissjoni, li għandha tittrasmetti l-lista ta’ dawn il-portijiet lis-Segretarjat tan-NAFO. Kwalunkwe emenda sussegwenti għal-lista għandha tiġi nnotifikata lis-Segretarjat tan-NAFO mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ. Artikolu 63a Awtorità kompetenti 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti li għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-finijiet li tirċievi n-notifiki skont l-Artikolu 63b, tirċievi l-konfermi u toħroġ l-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 63c. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-isem tal-awtorità kompetenti u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO. Artikolu 63b Notifika minn qabel dwar id-dħul fil-port 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 28e (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 62(1) ta’ dan ir-Regolament jew ir-rappreżentant tiegħu li jkun bi ħsiebu jidħol f’port biex jiżbarka jew jittrasborda għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port msemmi fl-Artikolu 63a ta’ dan ir-Regolament mill-inqas tlitt ijiem ta’ xogħol qabel il-ħin stmat tal-wasla. 2. Madankollu, Stat Membru jista’ jipprevedi perijodu ieħor ta’ notifika minn qabel, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd u l-portijiet tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha dwar dak il-perijodu ta’ notifika minn qabel. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO. 3. Il-perijodu ta’ notifika għandu jkun akkumpanjat mill-formoli li ġejjin bil-Parti A mimlija kif dovut:
4. Il-kaptani jew ir-rappreżentant tagħhom jistgħu jħassru notifika minn qabel billi jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-port li kienu bi ħsiebhom jużaw, mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel il-ħin stmat notifikat tal-wasla fil-port. Madankollu, l-Istati Membri tal-port jista’ jipprevedi perijodu ieħor ta’ notifika. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn kopja tal-oriġinali tal-PSC 1 jew il-PSC 2 bil-kelma ‘ikkanċellata’ miktuba fuqha. 5. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja tal-formola tan-notifika minn qabel kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 mingħajr dewmien lill-Parti Kontraenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun bi ħsiebu jiżbarka/jew jittrasborda u, jekk dak il-bastiment ikun wettaq xi operazzjonijiet ta’ trasbord, lill-Parti Kontraenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti donaturi. 6. Kopja tal-formola għandha tintbagħat ukoll lill-Kummisjoni jew lil korp maħtur minnha, li għandha tittrasmettiha lis-Segretarjat tan-NAFO mingħajr dewmien. Artikolu 63c Awtorizzazzjoni għall-iżbark jew it-trasbord 1. L-operazzjonijiet tal-iżbark jew it-trasbord jistgħu jibdew biss wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata biss wara li l-Istat tal-bandiera jibgħat lura l-kopja tal-formola PSC 1 u/jew il-formola PSC 2, li tkun ġiet trasmessa skont l-Artikolu 63b (5) bil-parti B mimlija kif meħtieġ, fejn jiġi kkonfermat li:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tista’ tawtorizza l-iżbark kollu jew parzjali fin-nuqqas tal-konferma msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-ħut ikkonċernat għandu jinħażen taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, ibiddel l-idejn jew ittrasportat ladarba l-konferma msemmija fil-paragrafu 1 tkun waslet u vverifikata mill-awtorità kompetenti. Jekk il-konferma ma tasalx fi żmien 14-il jum wara l-iżbark, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tista’ tikkonfiska u tiddisponu mill-ħut skont ir-regoli nazzjonali. 3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port għandha tinnotifika mingħajr dewmien id-deċiżjoni tagħha jekk tawtorizzax l-iżbark jew it-trasbord billi tirritorna kopja tal-formola PSC 1 u/jew tal-formola PSC 2 bil-Parti C mimlija kif adatt. Din il-kopja għandha tintbagħat minnufih lill-Kummissjoni jew entità maħtura minnha, li għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO. Artikolu 63d Spezzjonijiet 1. Sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor fi pjan ta’ rkupru, l-Istat Membru tal-port għandu jwettaq spezzjonijiet tal-inqas fuq 15 % tal-iżbark jew trasbordi kollha bħal dawn matul kull sena ta’ rrappotar. 2. L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn spettur nazzjonali awtorizzat li għandu jippreżenta l-kredenzjali lill-kaptan tal-bastiment qabel l-ispezzjoni. 3. L-Istat Membru tal-port jista jistieden lill-ispetturi ta’ Partijiet Kontraenti oħra biex jakkumpanjaw l-ispetturi tagħhom u josservaw l-ispezzjoni tal-operazzjonijiet tal-iżbarki jew tat-trasbordi fi ħdan it-tifsira ta’ dan il-Kapitolu. 4. Kull spezzjoni għandha tinvolvi l-monitoraġġ tar-rilaxx jew trasbord sħiħ f’dak il-port u l-ispetturi nazzjonali tal-inqas għandhom:
5. L-ispetturi nazzjonali għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sabiex jevitaw li jdewmu bla bżonn bastiment tas-sajd u jiżguraw li l-bastiment iġarrab mill-inqas indħil u inkonvenjent u li tiġi evitata d-degradazzjoni bla bżonn tal-kwalità tal-ħut. 6. Il-kaptan ta’ basiment tas-sajd għandu:
Artikolu 63e Ksur serju 1. Il-ksur li ġej għandu jitqies bħala serju:
2. Kull Stat Membru tal-port għandu jieħu miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd, fejn ikun ġie stabbilit, skont il-liġi tiegħu, li l-bastiment wettaq ksur serju msemmi fil-paragrafu 1. Il-miżuri jistgħu jinkludu partikolarment, skont il-gravità tal-vjolazzjoni u skont id-dispożizzjonijiet pertinenti tal-liġi nazzjonali:
Artikolu 63f Rapporti ta’ spezzjoni 1. Kull spezzjoni għandha tiġi ddokumentata billi jimtela r-rapport ta’ spezzjoni fil-port kif imniżżel fl-Anness XII. 2. Il-kaptan jista’ jikkummenta dwar ir-rapport ta’ spezzjoni u dan għandu jiġi ffirmat mill-ispettur u mill-kaptan fi tmiem l-ispezzjoni. Għandha tingħata kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd. 3. Kopja ta’ kull rapport ta’ spezzjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd spezzjonat, u lill-Istat tal-bandiera tal-bastimenti donatur fejn il-bastiment kien involut f’operazzjonijiet ta’ trasbord. Għandha wkoll tintbagħat kopja minnufih lill-Kummissjoni jew entità maħtura minnha, li mbagħad għandha tibgħat l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO. L-oriġinal jew kopja ċertifikata ta’ kull rapport ta’ spezzjoni għandha tintbagħat fuq talba lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat.”; |
|
(11) |
L-Artikolu 68 huwa sostitwit minn dan li ġej: “Artikolu 68 Dħul fil-port 1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kaptani ta’ bastimenti ta’ Parti mhux Kontraenti jkunu jistgħu jidħlu biss f’port speċifikat skont l-Artikolu 63. Il-kaptan li jkun bi ħsiebu jidħol f’port speċifikat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63b. L-Istat Membru tal-port ikkonċernat għandu jibgħat minnufih din l-informazzjoni lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Kummissjoni jew lill-entità maħtura minnha, li mbagħad għandha tibgħatha minnufih lis-Segretarju tan-NAFO. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63b u 63c għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-Istat Membru tal-port għandu jipprojbixxi d-dħul fil-portijiet tiegħu minn bastimenti li ma jkunux taw in-notifika bil-quddiem meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1 u li għalih ma tkunx ġiet ipprovduta l-konferma mill-Istat tal-bandiera msemmija fl-Artikolu 63c(1). 3. Stat Membru li jiċħad l-iżberk jew it-trasbord għandu jinforma lill-kaptan tal-bastiment ikkonċernat bid-deċiżjoni tiegħu.”; |
|
(12) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 68a Spezzjoni fil-port 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastiment ta’ Parti mhux Kontraenti li jidħol f’wieħed mill-portijiet tagħhom ikun spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Il-bastiment m’għandux jitħalla jiżbarka jew jittrasborda qabel ma titwettaq l-ispezzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu d-dokumenti tal-bastiment, il-ġurnali ta’ abbord, l-irkaptu tas-sajd, il-qabdiet abbord u kwalunkwe ħaġa oħra marbuta mal-attività tal-bastiment fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO. 2. Jekk, meta tintemm l-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jsibu li l-bastiment ta’ Parti mhux Kontraenti jżomm abbord kwalunkwe waħda mill-istokkijiet jew mill-grupp ta’ stokkijiet irregolati min-NAFO jew imsemmija fl-Anness II għal dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprojbixxi kwalunkwe żbark u/jew trasbord ta’ qabdiet minn dak il-bastiment. 3. Madankollu, din il-projbizzjoni ma tapplikax jekk il-kaptan tal-bastiment spezzjonat jew ir-rappreżentant tiegħu juri għas-soddisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li:
4. Stat Membru li jiċħad l-iżbark jew it-trasbord għandu jinforma lill-kaptan tal-bastiment ikkonċernat bid-deċiżjoni tiegħu. 5. Kull spezzjoni għandha tiġi ddokumentata billi tal-inqas jimtela r-rapport ta’ spezzjoni fil-port kif previst fl-Anness XII. 6. Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet kollha ta’ bastimenti ta’ Parti mhux Kontraenti mwettqa fil-portijiet tal-Istati Membri, u kwalunkwe azzjoni sussegwenti, għandha tiġi trasmessa minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment, u lill-Kummissjoni jew entità maħtura minnha, li mbagħad għandha tibgħatha minnufih lis-Segretarju tan-NAFO.” |
|
(13) |
fl-Anness V, il-punt 3 għandu jitħassar; |
|
(14) |
fl-Anness XII, il-punt A għandu jiġi sostitwit mit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
|
(15) |
it-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala Anness XV; |
|
(16) |
it-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala Anness XVI. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BORG
(1) ĠU L 318, 5.12.2007, p. 1.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 538/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 1).
ANNESS I
“A. IL-FORMOLA TAR-RAPPORT TA’ SPEZZJONI FIL-PORT
ANNESS II
“ANNESS XV
FORMOLA TAN-NOTIFIKA GĦALL-KONTROLL MILL-ISTAT TAL-PORT
ANNESS III
“ANNESS XVI
MUDELLI GĦALL-PROTOKOLL ESPLORATORJU GĦALL-ŻONI ĠODDA TAS-SAJD FEJN L-IRKAPTU TAS-SAJD X’AKTARX IMISS MA’ QIEGĦ IL-BAĦAR
I. L-istat membru jippreżenta notifika tal-intenzjoni li jsir sajd esploratorju lis-segretarjat tan-nafo permezz tal-kummissjoni
|
pjan tal-ħsad |
pjan ta’ mitigazzjoni |
monitoraġġ tal-qbid |
ġbir ta’ data |
|
speċijiet fil-mira |
miżuri ta’ prevenzjoni ta’ impatti avversi sinifikanti għall-emv |
identifika u rreġistra l-ispeċijiet kollha abbord sal-aktar livell tassonomiku baxx possibbli |
id-data ser tinġabar u tiġi rrapportata f’format standardizzat |
|
dati tas-sajd |
|
100 % kopertura satellitari |
|
|
deskrizzjoni taż-żona li għandha tinstad |
|
100 % kopertura ta’ osservazzjoni |
|
|
sforz previst |
|
|
|
|
tip(i) ta’ rkaptu tas-sajd tal-qiegħ użat |
|
|
|
II. L-istat membru jippreżenta rapport dwar il-vjaġġ lis-segretarjat tan-nafo permezz tal-kummissjoni
NOTIFIKA BIL-QUDDIEM TAL-INTENZJONI LI JITWETTAQ SAJD ESPLORATORJU (1)
ISEM IL-BASTIMENT:
L-ISTAT TAL-BANDIERA TAL-BASTIMENT:
POSTAZZJONI(JIET) ANTIĊIPATI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD ESPLORATORJU (INKLUDI LAT/LONĠ):
DATI ANTIĊIPATI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD ESPLORATORJU:
TWETTAQ XI SAJD QABEL F’ŻONI BISWIT (JEKK IVA, IDENTIFIKA S-SORS TAL-INFORMAZZJONI):
FONDIJIET MISTENNIJA LI JOKKORRU WAQT L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD ESPLORATORJU:
JEŻISTU MAPEP TAL-AMBJENT NATURALI TAŻ-ŻONA (JEKK IVA, IDENTIFIKA S-SORS(I)):
JEŻISTU FATTURI TASSONOMIĊI LI JIDENTIFIKAW SPEĊIJIET POTENZJAMLENT VULNERABBLI (JEKK IVA, IDENTIFIKA S-SORS(I)):
EKOSISTEMI MARINI VULNERABBLI (VMEs) (2) MAGĦRUFA FIL-POSTAZZJONI(JIET) LI SER JINSTADU:
MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI GĦALL-PREVENZJONI TA’ IMPATT AVVERS SINIFIKANTI GĦALL-EMV, FEJN JOKKORRI:
JEŻISTU MAPEP BATIMETRIĊI TAŻ-ŻONA ESPLORATORJA (JEKK IVA, JEKK JOGĦĠBOK IDENTIFIKA S-SORS(I)):
TEŻISTI XI INFORMAZZJONI XJENTIFIKA DWAR IS-SAJD FIŻ-ŻONA ESPLORATORJA (JEKK IVA, IDENTIFIKA S-SORS(I)):
SPEĊIJIET FIL-MIRA LI QED JITFITTXU:
X’TIP(I) TA’ RKAPTU QED JIĠI PROPOST LI JINTUŻA(W) (JEKK JOGĦĠBOK IDENTIFIKA) F’LIEMA ŻONI (INKLUDI LAT/LONĠ):
III. Ir-rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju (3) tal-istat membru mibgħut lill-kunsill xjentifiku tan-NAFO
ISEM IL-BASTIMENT:
L-ISTAT TAL-BANDIERA TAL-BASTIMENT:
POSTAZZJONI(JIET) TAŻ-ŻONI MISTADA (INKLUDI LAT/LONĠ):
DATI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD:
FONDIJIET LI OKKORREW MATUL IS-SAJD (ELENKA GĦAL KULL VJAĠĠ INKLUŻ LAT/LONĠ):
SIEGĦAT TOTALI/ŻONA MISTADA (ELENKA GĦAL KULL VJAĠĠ INKLUŻ LAT/LONĠ):
TIP(I) TA’ RKAPTU UŻAT(I) (JEKK JOGĦĠBOK IDENTIFIKA) F’LIEMA ŻONI (INKLUDI LAT/LONĠ):
EKOSISTEMI MARINI VULNERABBLI (VMEs) (4) LI OKKORREW (ELENKA GĦAL KULL VJAĠĠ INKLUŻ LAT/LONĠ):
MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI MEĦUDIN GĦALL-PREVENZJONI TA’ IMPATT AVVERS SINIFIKANTI GĦALL-EMV, FEJN IKUN OKKORRA:
LISTA TAL-ORGANIŻMI KOLLHA (MIŻMUMIN, QBID INĊIDENTALI) ABBORD (IDENTIFIKATI SAL-INQAS LIVELL TASSONOMIKU):
LISTA TA’ SPEĊIJIET INDIKATURI POTENZJALMENT VULNERABBLI (5) ABBORD SKONT IL-POSTAZZJONI (INKLUDI LAT/LONĠ):
LISTA TA’ ORGANIŻMI MIŻMUMIN GĦAL KAMPJUNAR BIJOLOĠIKU (EŻ. TUL-PIŻ, SESS, ETÀ), FEJN APPLIKABBLI:
Nota: Ir-rapportar tad-data għandu jsegwi speċifikazzjoni standardizzata, pereżempju, kif adottat mill-programmi tal-Osservaturi Xjentifiċi.
(1) Sajd esploratorju huwa ddefinit bħala l-attivitajiet kollha tas-sajd tal-qiegħ f’żoni ġodda jew b’irkaptu tal-qiegħ li ma kienx jintuża qabel fiż-żona kkonċernata.
(2) Irreferi għal-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO għall-Immaniġġjar tas-Sajd tal-Baħar Fond fl-Ibħra Internazzjonali.
(3) Sajd esploratorju huwa ddefinit bħala l-attivitajiet kollha tas-sajd tal-qiegħ f’żoni ġodda jew b’irkaptu tal-qiegħ li ma kienx jintuża qabel fiż-żona kkonċernata.
(4) Irreferi għall-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO għall-Immaniġġjar tas-Sajd tal-Baħar Fond fl-Ibħra Internazzjonali.
(5) Irreferi għall-Anness 1 tal-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO għall-Immaniġġjar tas-Sajd tal-Baħar Fond fl-Ibħra Internazzjonali.”