|
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 147/2009
tal-20 ta' Frar 2009
li jillimita ż-żoni ta’ destinazzjoni għar-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni u għal ċerti liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur taċ-ċereali u r-ross
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2145/92 tad-29 ta’ Lulju 1992 li jerġa’ jiddefinixxi mill-ġdid iż-żoni ta’ destinazzjoni għal rifużjonijiet ta’ imposti ta’ esportazzjoni u ċerti liċenzji ta’ esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni ta’ destinazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċereali u r-ross. |
|
(3) |
Il-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iż-żoni ta’ destinazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-rifużjonijiet jew l-irtirar matul l-esportazzjoni ddifferenzjata huma mfissra fl-Anness I għall-prodotti msemmija fil-Part I, Punti (a), (b) u (ċ) u l-Parti II, Punti (a) u (b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 2145/92 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-20 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 214, 30.7.1992, p. 20. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Volum 13, p. 23-25.
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
Żona I
|
(a) |
Il-Morokk L-Alġerija It-Tuniżija |
|
(b) |
L-Eġittu L-Iżrael Il-Libanu Is-Sirja It-Turkija Is-Sahara tal-Punent |
|
(ċ) |
Il-Libja |
Żona II
|
(a) |
In-Norveġja Il-Gżejjer Faeroe L-Islanda |
|
(b) |
Ir-Russja (Tramuntana) Il-Belarus |
Żona III
|
(a) |
Bożnja-Ħerzegovina Il-Kroazja It-territorju tal-ex-Jugożlavja minbarra s-Slovenja, il-Kroazja u l-Bożnja-Ħerzegovina |
|
(b) |
L-Albanija |
|
(ċ) |
Ir-Russja (Nofsinhar) L-Armenja Il-Ġorġja L-Ażerbajġan Ir-Repubblika tal-Moldavja L-Ukrajna Il-Każakstan Il-Kirgistan L-Użbekistan It-Taġikistan It-Turkmenistan |
Żona IV
|
(a) |
Il-Messiku Pajjiżi u territorji tal-Amerika Ċentrali (minbarra pajjiżi tal-AKP) |
|
(b) |
Il-Greater u Lesser Antilles (minbarra pajjiżi tal-AKP, Puerto Rico u l-OCT) u Bermuda |
|
(ċ) |
Pajjiżi u territorji tal-Amerika ta’ Isfel (Il-Kosta tal-Atlantiku, barra minn l-OCT) |
|
(d) |
Pajjiżi u territorji tal-Amerika ta’ Isfel (Il-Kosta tal-Paċifiku) |
Żona V
L-Afrika ta’ Isfel
Żona VI
Pajjiżi u territorji tal-Peniżola Għarbija
Il-Ġordan
L-Iraq
L-Iran
Żona VII
|
(a) |
L-Afganistan Il-Pakistan L-Indja (inkluż is-Sikkim) In-Nepal Sri Lanka Il-Bangladesh Myanmar Il-Bhutan Gżejjer tal-Oċean Indjan (minbarra pajjiżi tal-AKP u l-OCT) |
|
(b) |
It-Tajlandja Il-Kambodja Il-Laos Il-Ġappun L-Indonesja Il-Malasja Il-Filippini |
|
(ċ) |
Pajjiżi u territorji oħra tal-Asja u l-Oċeanja (minbarra l-OCT) L-Awstralja New Zealand |
Żona VIII
|
(a) |
(Pajjiżi tal-AKP) L-Angola L-Antigwa u Barbuda Il-Bahamas Barbados Belize Benin Il-Bozwana Burkina Faso Il-Burundi Il-Kamerun Cape Verde Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali Il-Comoros (minbarra Mayotte) Il-Kongo Kosta tal-Ivorju Id-Djibouti Dominika L-Etijopja Il-Fiji Il-Gabon Il-Gambja Il-Ghana Il-Grenada Il-Guinea Il-Guinea-Bissau Il-Guinea Ekwatorjali Il-Gujana Haiti Il-Ġamajka Il-Kenja Il-Kiribati Il-Lesotho Il-Liberja Il-Madagaskar Il-Malawi Il-Mali Il-Mauritius Il-Mawritanja Il-Możambik In-Namibja In-Niġer In-Niġerja L-Uganda Papua New Guinea Ir-Repubblika Dominikana Ir-Rwanda St. Kittis-Nevis St. Vincent u l-Grenadines St. Lucia Il-Gżejjer Salomon Is-Samoa Sao Tomé u Prinċipe Is-Senegal Is-Seychelles Sierra Leone Is-Somalja Is-Sudan Is-Surinam Is-Sważiland It-Tanzanija Iċ-Chad It-Togo It-Tonga Trinidad u Tobago It-Tuvalu Il-Vanuatu Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Iż-Żambja Iż-Żimbabwe |
|
(b) |
(OCT) Il-Polineżja Franċiża Il-Kaledonja l-Ġdida u d-dipendenzi tagħha Wallis u Futuna It-Territorji Franċiż tan-Nofsinhar u tal-Antartika Saint Pierre u Miquelon Mayotte L-Antilles tal-Olanda L-Aruba Greenland L-Anguilla Il-Gżejjer Cayman Il-Gżejjer Falkland Il-Gżira ta’ Georġja tan-Nofsinhar u ta’ Sandwich tan-Nofsinhar Turks u l-Gżejjer Caicos Il-Gżejjer Virgin Britanniċi Montserrat Pitcairn St. Helena u d-dipendenzi It-Territorju Antartiku Britanniku It-Territorju Britanniku tal-Oċean Indjan |
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2145/92 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3304/94 |
Artikolu 1(2) biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2005 |
Artikolu 3 biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006 |
Artikolu 2 biss |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KEE) Nru 2145/92 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1, it-tieni subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 2, it-tieni subparagrafu |
— |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |