|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 197/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8470 — DAAM/InfraVia/FIH/AI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 197/08)
|
1. |
Fit-13 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Deutsche Alternative Asset Management (Global) Limited (“DAAM”, ir-Renju Unit), InfraVia Capital Partners (“InfraVia”, Franza), u Finanziaria Internazionale Holding SpA (“FIH”, l-Italja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll Agorà Investimenti S.p.a. (“AI”, l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal DAAM: servizzi ta' ġestjoni ta' investimenti u ġestjoni ta' fondi. Din hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Deutsche Bank, li jipprovdi servizzi finanzjarji mad-dinja kollha. DAAM tikkontrolla indirettament, fost l-oħrajn, TCR CapVest SA, fornitur speċjalist ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art fil-qasam tal-avjazzjoni li jipprovdi servizzi ta’ kiri, manutenzjoni/tiswija/assistenza fuq l-art kif ukoll servizzi ta’ amministrazzjoni tal-flotta tal-ajruplani; — għal InfraVia: ġestjoni ta’ fondi tal-infrastruttura fis-setturi kollha inkluż it-trasport, l-ambjent, l-enerġija u l-infrastruttura soċjali; — għal FIH: iż-żamma ta’ investimenti f’kumpaniji li jaħdmu f’servizzi bankarji ta’ investiment u ġestjoni tal-assi, esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju u investimenti proprjetarji; — għal AI: iż-żamma ta’ investimenti f’SAVE, il-kumpanija prinċipali ta’ grupp li għandu operazzjonijiet integrati fis-settur tas-servizzi tal-passiġġieri u li jaħdem prinċipalment fil-ġestjoni tal-ajruporti fil-qasam tan-negozju. SAVE għandha interessi f’kumpaniji ta’ ġestjoni tal-ajruporti ta’ Venezja (IT), Treviso (IT), Verona (IT), Brescia (IT) u Charleroi (B). AI bħalissa hija sussidjarja ta’ FIH. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8470 — DAAM/InfraVia/FIH/AI, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).