|
13.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 415/58 |
P9_TA(2020)0297
Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina: il-kooperazzjoni b'rabta mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b'rabta mal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (08359/2020 – C9-0298/2020 – 2020/0089(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 415/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08359/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b'rabta mal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (08361/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0298/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2020 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0199/2020), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0298.