|
24.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Frar 2010
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland
(2010/114/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2009/26 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland ser jiskadi wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009. |
|
(3) |
Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għażlet lil Deloitte & Touche bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte & Touche jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“5. Deloitte & Touche huma b’ dan approvati bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.
Ghall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO