31997L0039



Official Journal L 177 , 05/07/1997 P. 0015 - 0021


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/39/KE

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1997

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE tas-26 Ġunju 1975 li tirrigwarda r-rivers u mat-tagħmir ta’ l-ispeedometer ta’ vetturi bil-mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [1] ta’ 6 Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 96/79/KEE [2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir ta’ l-ispeedometer ta’ vetturi bil-mutur [3], u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha,

Billi d-Direttiva 75/443/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, minħabba f’hekk, id-disposizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li jikkonċernaw is-sistemi, komponenti, u units tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għall-din id-Direttiva;

Billi, partikolarment, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti ta’ l-Anness I għal dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI tagħha sabiex dik l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuteriżżata;

Billi huwa wkoll mixtieq illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ din id-Direttiva jiġu allinejati ma’ dawk tar-Regolament UN-KEE korrispondenti Nru 39;

Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 75/443/KEE għandha tiġi emendata hekk:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat biex jaqra fl-aħħar: "… linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.".

2. L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1997, l-Istati Membri ma jistgħux:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u t-tagħmir ta’ l-ispeedometer jekk il-vetturi jkunu konformi mad-Direttiva 75/443/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998, l-Istati Membri:

- ma’ għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u t-tagħmir ta’ l-ispeedometer jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 75/443/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jiġux sodisfatti.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1997. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

2. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-24 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7.

[3] ĠU Nru L 196, tal-26.7.1975, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

- Lista ta’ l-Annessi għandha tiddaħħal wara l-Artikoli biex taqra:

"

LISTA TA’L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Rivers |

L-ANNESS II: | Tagħmir ta’ l-ispeedometer. Appendiċi 1Dokument ta’ Informazzjoni.Appendiċi 2Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip |

"

- Emendi lill-Anness II:

- Il-punt 3 għandu jiġi sostitwit bis-segwenti punt 3:

"3. APPLIKAZZJONI GħALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mar-rivers u t-tagħmir ta’ l-ispeedometer tagħha għandha ssir mill-manifattur

3.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1.

3.3. Dan li ġej għandu jkun mogħti lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

3.3.1. Vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat."

- Il-punti 4.2.1 u 4.2.2 għandhom jiġu emendati biex jaqraw:

"4.2.1. Il-gradwazzjonjijiet għandhom ikunu ta’ 1, 2, 5 jew 10km/siegħa. Il-valur tal-veloċità għandhom ikunu indikati fuq l-arloġġ kif imiss:

4.2.1.1 Meta l-ogħla valur fuq l-arloġġ ma jaqbiż il-200km/siegħa, il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu indikati f’intervalli li ma għandhomx jeċċedu l-20km/siegħa;

4.2.1.2 Meta l-ogħla numru fuq l-arloġġ jeċċedi l-200km/siegħa, il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu indikati f’intervalli li ma jeċċedux it-30km/siegħa;

4.2.2. F’każ ta’ speedometer li jkun ġie manifatturat għall-bejgħ fi kwalunkwe Stat Membru li uża l-unitajiet imperjali ta’ miżura, u fejn l-arranġamenti transitorji skond l-Artikolu 5 huma fis-seħħ, l-ispeedometer għandu jkollu marka wkoll f’ mph (mili fis-siegħa); il-gradwazzjonijiet għandhom ikunu ta’ 1, 2, 5 jew 10 mph. Il-valuri tal-veloċita għandhom ikunu indikati fuq l-arloġġ f’intervalli li ma jeċċedux l-20mph.

4.2.3. L-intervalli tal-valur tal-veloċità indikat m’għandux ikun uniformi."

- Tlett punti ġodda 5-7 għandhom jiddaħħlu biex jaqraw:

"5. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

5.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

5.2. Il-mudell għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE qiegħed jingħata f’Appendiċi 2:

5.3. In-numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’ għandhux jassenja l-istess numru lill-tip ieħor ta’ vettura.

6. MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GħALL-APPROVAZZJONIJIET

6.1 F’każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE

7. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

7.1. Bħala regola ġenerali, għandhom jittieħdu miżuri li jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni skond id-disposizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 10 ta’ Direttiva 70/156/KEE."

- Iż-żewġ Appendiċi ġodda 1 u 2 li ġejjin għandhom jidaħħlu:

"

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------