|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2948 |
3.12.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2948
tad-29 ta’ Novembru 2024
dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista tal-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali. |
|
(2) |
Għal għadd ta’ kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi f’dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw, jew qed jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) ippubblikat sejħa miftuħa biex jittieħed ir-rwol ta’ parteċipant għal dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant ma kienx ittieħed qabel. Għal dawk il-kombinamenti ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika lill-Aġenzija fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ li ma jiġux approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott huma dawn li ġejjin:
|
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness mhumiex approvati għat-tipi ta’ prodott indikati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1062/oj).
ANNESS
Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott mhux approvati:
|
Numru tal-entrata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1062/2014 |
Isem is-sustanza |
Stat Membru relatur |
Numru KE |
Numru CAS |
Tip ta’ prodott(i) |
|
1017 |
Fidda adsorbita fuq id-diossidu tas-siliċju (bħala nanomaterjal fil-forma ta’ aggregat stabbli b’partikoli primarji fin-nanoskala) |
SE |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
9 |
|
554 |
p-[(Dijodometil)sulfonil]toluwen |
CH |
243-468-3 |
20018-09-1 |
6, 7, 9 u 10 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2948/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)