|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1731 |
18.6.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1731
tas-17 ta’ Ġunju 2024
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra persuna waħda elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 u li jenħtieġ li tiġi aġġornata l-entrata għal dik il-persuna. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
A. MARON
ANNESS
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740, it-Tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
“Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Michael MAKUEI LUETH |
Data tat-twelid: 1947 Post tat-twelid: Bor, is-Sudan t’Isfel; Bor, is-Sudan |
Michael Makuei Leuth ilu jokkupa l-kariga ta’ Ministru għall-Informazzjoni u x-Xandir sa mill-2013 u għadu jżomm dik il-pożizzjoni fil-Gvern Tranżizzjonali ta’ Unità Nazzjonali Rivitalizzat. Huwa kien ukoll il-kelliem pubbliku għad-delegazzjoni tal-gvern għat-taħditiet ta’ paċi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp mill-2014 sal-2015 u mill-2016 sal-2018. Michael Makuei ostakola, b’mod partikolari permezz ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa, l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt fis-Sudan t’Isfel (ARCSS) ta’ Awwissu 2015 (sostitwit f’Settembru 2018 mill-‘ARCSS Rivitalizzat’ (R-ARCSS)), il-ħidma tal-Kummissjoni Konġunta ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-ARCSS (JMEC, li ngħatat l-isem ġdid ‘JMEC rikostitwita’ taħt l-R-ARCSS), l-istabbiliment tal-Istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Tranżizzjonali tal-ARCSS (previsti wkoll fl-R-ARCSS), u l-operazzjonijiet tal-Forza ta’ Protezzjoni Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, Michael Makuei huwa involut fir-restrizzjoni sistematika tal-ispazju politiku u demokratiku u fir-repressjoni tal-media, li jfixklu d-demokratizzazzjoni u l-paċi sostenibbli fis-Sudan t’Isfel, inkluż permezz ta’ theddid regolari kontra l-ġurnalisti u appoġġ għaċ-ċensura tal-media. Għalhekk, Michael Makuei kien qed jostakola l-proċess politiku fis-Sudan t’Isfel u huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-libertà tal-espressjoni. |
3.2.2018” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1731/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)