Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 5 - Disposizzjonijiet transitorji - Artikolu III-202
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0090 - 0090
Artikolu III-202 1. Meta titfaċċa kriżi f'daqqa fil-bilanċ tal-pagamenti u jekk ma tiġix immedjatament adottata deċiżjoni Ewropea prevista fl-Artikolu III-201(2), Stat Membru b'deroga jista', bħala prekawzjoni, jieħu l-miżuri ta' salvagwardja meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jikkawżaw l-inqas disturb possibbli lill-funzjonament tas-suq intern u m'għandhomx ikunu iktar wiesa' fil-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom milli hu strettament meħtieġ biex jiġu rimedjati d-diffikultajiet li jkunu nħolqu f'daqqa. 2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nformati b'dawn il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-paragrafu 1 sa mhux iktar tard minn meta jibdew iseħħu. Il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda lill-Kunsill l-għoti ta' għajnuna reċiproka taħt l-Artikolu III-201. 3. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li tistipula li l-Istat Membru konċernat għandu jemenda, jissospendi jew jabolixxi l-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-paragrafu 1. --------------------------------------------------