<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-164/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0164</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:593">EU:C:2018:593</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180725">25.7.2018</DATE> – Kawża C‑164/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Grace u Sweetman</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(3) u (4)</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ pjan jew proġett fuq sit protett</KEYWORD><KEYWORD>Pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija tas-sit</KEYWORD><KEYWORD>Proġett ta’ park eoliku</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/147/KE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS)</KEYWORD><KEYWORD>Anness I</KEYWORD><KEYWORD>Bugħadam Abjad Prim (<HT TYPE="ITALIC">Circus cyaneus</HT>)</KEYWORD><KEYWORD>Habitat xieraq li jvarja tul iż-żmien</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis temporanju jew definittiv ta’ superfiċi ta’ artijiet utli</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri integrati fil-proġett intiżi biex jiżguraw, matul il-proġett, li s-superfiċi effettivament xierqa biex iżżomm fiha l-habitat naturali tal-ispeċi ma titnaqqasx, jew saħansitra tkun tista’ tiżdied</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑164/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court (il-Qorti Suprema, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170320">20 ta’ Marzu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Edel Grace,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Peter Sweetman</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">An Bord Pleanála,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">ESB Wind Developments Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Coillte,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Department of Arts Heritage and the Gaeltacht,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader (Relatur), A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal E. Grace u P. Sweetman, minn O. Collins, barrister, u J. Devlin, SC, bi prokura minn O. Clarke u A. O’Connell, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għall-An Bord Pleanála, minn F. Valentine, barrister, u N. Butler, SC, bi prokura minn A. Doyle u B. Slattery, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għal ESB Wind Developments Ltd u Coillte, minn R. Mulcahy u D. McDonald, SC, kif ukoll minn A. Carroll, BL, bi prokura minn D. Spence, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u C.S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Manhaeve u C. Hermes, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Edel Grace u Peter Sweetman, minn naħa u l-An Bord Pleanála (kummissjoni nazzjonali ta’ reviżjoni fil-qasam ta’ żvilupp tat-territorju, l-Irlanda, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>An Bord<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tinħareġ awtorizzazzjoni għal ESB Wind Developments Ltd u Coillte għal park eoliku pproġettat fit-territorju ta’ żona ta’ protezzjoni speċjali, ikklassifikata minħabba l-fatt li din fiha tiġbor fiha l-habitat ta’ speċi protetta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva Direttiva dwar l-għasafar</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 20, p. 7</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Direttiva dwar l-għasafar<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), din tikkonċerna l-konservazzjoni tal-ispeċi kollha ta’ għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalih japplika t-Trattat FUE. Din tkopri l-protezzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ dawn l-ispeċi u tippreskrivi regoli għall-isfruttar tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ispeċi msemmija fl-Anness I għandhom ikunu s-suġġetti ta’ miżuri speċjali ta’ konservazzjoni li jikkonċernaw l-ambjent naturali tagħhom bil-għan li tkun assigurata s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona tad-distribuzzjoni tagħhom.</ALINEA><ALINEA><P>F’konnessjoni ma’ dan, għandu jittieħed kont tal-:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ispeċi fil-perikolu tal-estinzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ispeċi vulnerabbli għal ċertu tibdil fl-ambjent naturali tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ispeċi kkunsidrati rari minħabba popolazzjonijiet żgħar jew distribuzzjoni lokali ristretta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ispeċi oħra li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari għar-raġunijiet tan-natura speċifika tal-ambjent naturali tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>Id-drawwiet u l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-populazzjoni għandhom ikunu meħuda in konsiderazzjoni bħala sfond għal evalwazzjonijiet.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-aktar territorji tajbin fin-numru u daqs, partikolarment bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali għall-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward taż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw tniġġis jew deterjorazzjoni tal-ambjent naturali u kwalunkwe tfixkil li jaffettwa l-għasafar, sakemm dawn jistgħu ikunu sinifikanti fil-kuntest tal-għanijiet ta’ dan l-Artikolu. Barra minn dawn iż-żoni tal-protezzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-iżjed possibbli biex jevitaw it-tniġġis jew deterjorazzjoni tal-ambjent naturali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fost l-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-direttiva msemmija hemm il-Bugħadam Abjad Prim (<HT TYPE="ITALIC">Circus cyaneus</HT>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-għaxar premessa tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Billi jrid jiġi evalwat b’mod xieraq kull pjan jew programm li x’aktarx jaffettwa b’mod sinifikanti l-għanjiet ta’ konservazzjoni ta’ sit li ġie nnominat jew se jkun nominat fil-ġejjieni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat[FUE].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanjiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.</ALINEA><ALINEA>Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, l-obbligi li jirriżultaw mill-paragrafi (2) sa (4) tal-Artikolu 6 tagħha japplikaw għaż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201D" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ŻPS<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) fis-sens tad-Direttiva dwar l-għasafar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda proġett ta’ park eoliku, li ser jiġi żviluppat u sfruttat b’mod konġunt minn Coillte, impriża pubblika tal-forestrija u ESB Wind Developments, u lokalizzat fiż-ŻPS bejn it-triq Slieve Felim sal-muntanji ta’ Silvermines (rispettivament fil-kontej ta’ Limerick u ta’ Tipperary, l-Irlanda) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>proġett inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dan it-territorju ġie kklassifikat bħala ŻPS skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar l-għasafar minħabba l-fatt li jospita l-habitat naturali ta’ speċi ta’ għasafar elenkata fl-Anness I ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-Bugħadam Abjad Prim. It-territorju msemmi li jestendi fuq <FT TYPE="NUMBER">20935</FT> ettaru<?PAGE NO="5"?> jinkludi, b’mod partikolari, żoni ta’ artijiet imxarrba mhux imħawla u xagħri, kif ukoll <FT TYPE="NUMBER">12078</FT> ettaru bis-siġar. It-totalità ta’ dan l-ispazju hija potenzjalment xierqa, minħabba l-karatteristiċi tagħha, biex isservi bħala habitat għal din l-ispeċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-proġett inkwistjoni jipprevedi li jokkupa 832 ettaru miż-ŻPS, essenzjalment koperti minn pjantazzjonijiet ta’ siġar koniferi tal-ewwel u tat-tieni rotazzjoni kif ukoll minn artijiet imxarrba mhux imħawla u minn raba’ xagħri. Il-kostruzzjoni ta’ sittax-il turbina tar-riħ kif ukoll ta’ infrastrutturi tal-madwar teħtieġ li s-siġar jinqatgħu f’kull wieħed mill-postijiet fejn jitqiegħdu. Skont stima, is-superfiċi kkonċernata mill-qtugħ tas-siġar hija ta’ 41.7 ettari. Il-proġett iwassal għall-qerda permanenti ta’ 9 ettari ta’ habitat li jikkorrispondi għaż-żoni li fuqhom ser jinbnew il-kostruzzjonijiet, kif ukoll għall-qerda temporanja ta’ 1.7 ettari ta’ superfiċi ta’ habitat li jintużaw għall-kostruzzjoni ta’ baċiri ta’ impjantazzjoni temporanji. Barra minn hekk, peress li huwa preżunt li dawn l-għasafar, fit-tfittxija tagħhom għall-ikel, ma jippenetrawx f’perimetru ta’ 250 m madwar turbina tar-riħ, l-imsemmija qorti tindika li, minħabba dan il-fatt, l-għajbien totali taż-żona tal-ikel jista’ jammonta għal 162.7 ettari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-proġett inkwistjoni huwa akkumpanjat minn pjan ta’ ġestjoni tal-habitats u tal-ispeċi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>pjan ta’ ġestjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>). Dan il-pjan, li għandu jiġi implimentat fuq perijodu ta’ ħames snin, jinkludi miżuri biex jiġi indirizzat l-impatt potenzjali tal-park eoliku fuq iż-żona ta’ alimentazzjoni tal-Bugħadam Abjad Prim. L-ewwel nett, skont il-pjan ta’ ġestjoni, tliet żoni attwalment imħawla, li jirrappreżentaw superfiċji totali ta’ 41.2 ettari, li minnhom 14.2 ettari jkunu jinsabu f’perimetru ta’ 250 metru madwar turbina tar-riħ, jiġu kkonvertiti lura f’art imxarrba tal-għata. It-tieni nett, matul il-fażi ta’ żvilupp tal-proġett inkwistjoni, l-imsemmi pjan jissuġġetta 137.3 ettari ta’ foresta tat-tieni rotazzjoni għal ġestjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sensibbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li tipprevedi l-qtugħ u s-sostituzzjoni tal-foresti attwali b’kopertura magħluqa sabiex tiġi żgurata preżenza permanenti ta’ 137.3 ettari ta’ foresta b’kopertura miftuħa, li toffri żona ta’ provvista xierqa għall-Bugħadam Abjad Prim, u tranżizzjoni ekoloġika bejn żewġ żoni ta’ art imxarrba miftuħa. Dan il-qtugħ iseħħ fi stadji diversi li jibdew sena qabel il-bidu tal-kostruzzjoni. It-tielet nett, ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ikun ġeneralment limitat għal perijodi li jinsabu barra mill-istaġun prinċipali tat-tgħammir tal-Bugħadam Abjad Prim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>, l-An Bord iddeċieda li jawtorizza l-proġett inkwistjoni għar-raġuni li dan ma jippreġudikax l-integrità taż-ŻPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>E. Grace u P. Sweetman ippreżentaw rikors quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) li permezz tiegħu huma kkontestaw id-deċiżjoni tal-An Bord. B’deċiżjonijiet tal-1 ta’ Ottubru u tal-<DATE ISO="20151204">4 ta’ Diċembru 2015</DATE>, din il-qorti ċaħdet l-appell tagħhom u kkonfermat id-deċiżjoni tal-An Bord.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160226">26 ta’ Frar 2016</DATE>, E. Grace u P. Sweetman ġew awtorizzati jappellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, is-Supreme Court (il-Qorti Suprema, l-Irlanda). B’sentenza tal-<DATE ISO="20170224">24 ta’ Frar 2017</DATE>, din il-qorti ddeċidiet definittivament fuq tnejn mit-tliet aggravji ta’ dan l-appell. Madankollu, l-aħħar deċiżjoni li għandha tingħata għall-appell imsemmi tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont E. Grace u P. Sweetman, l-An Bord kellu jikkunsidra li l-proġett inkwistjoni u l-pjan ta’ ġestjoni li jakkumpanjah kienu jinvolvu miżuri ta’ kumpens, b’tali mod li l-evalwazzjoni kellha titwettaq b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji previsti fl-Artikolu 6(4) tad-direttiva msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-An Bord u l-intervenjenti fil-kawża prinċipali jsostnu li, fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-proġett jistax jippreġudika l-integrità taż-ŻPS, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ebda parti tas-settur bis-siġar taż-żona ma tibqa’ b’mod permanenti fi stat li toffri habitat adatt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Bugħadam Abjad Prim huwa għasfur li essenzjalment jgħix fil-kampanja u li jeħtieġ spazji vasti ta’ artijiet xierqa biex ifittex l-ikel. Min-naħa l-oħra, il-bini tal-bejtiet hija ħafna inqas dipendenti fuq tali fattur, peress li dan jista’ jseħħ fuq żona ġeografika iżgħar u f’tipi differenti ta’ habitats. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-ispeċi protetta jirriżulta iktar mid-degradazzjoni possibbli taż-żona ta’ għalf milli dik tal-bini tal-bejtiet. Din il-qorti ssostni li, għalkemm kien ġeneralment rikonoxxut li l-artijiet imxarrba mhux imħawla u x-xagħri jikkostitwixxu l-habitat prinċipali tal-Bugħadam Abjad Prim, ġie osservat, bl-iżvilupp tal-forestrija, li l-pjantazzjonijiet ta’ siġar koniferi żgħar fuq artijiet imxarrba joffru l-possibbiltà għall-Bugħadam Abjad Prim li jfittex l-ikel fihom. Min-naħa l-oħra, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li foresta li ma hijiex imdawla jew maqtugħ, iżda li titħalla biss tilħaq il-maturità tagħha sakemm tifforma kopertura magħluqa, ma toffrix żona ta’ ikel xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-foresta għall-użu tal-forestrija għandha ċiklu medju ta’ 40 sena li jinkludi żewġ fażijiet ta’ rotazzjoni. Il-partijiet taż-żona li fiha l-pjantazzjonijiet ikunu waslu għall-maturità fl-aħħar tal-ewwel fażi u li, minħabba dan il-fatt, jippreżentaw kopertura magħluqa, jiġu maqtugħa. Issegwi fażi ta’ ripjantazzjoni, li mill-ġdid toħloq parti miż-żona li l-kopertura tagħha tkun miftuħa, adattata ħafna għall-alimentazzjoni tal-Bugħadam Abjad Prim. Minn dan jirriżulta li ż-żona għall-alimentazzjoni ta’ din l-ispeċi fiż-ŻPS tinsab f’tibdil kostanti u tiddependi minn dawn il-fażijiet, relatati mal-ġestjoni tal-forestrija. Għaldaqstant, nuqqas fil-ġestjoni attiva tat-tħawwil forestali waħdu jwassal għal għajbien taż-żona ta’ alimentazzjoni tal-Bugħadam Abjad Prim, minħabba l-għajbien gradwali ta’ partijiet taż-żona b’kopertura miftuħa. Skont l-istudji disponibbli, il-popolazzjoni tal-ispeċi protetta fil-fatt tvarja, ’il fuq jew l-isfel, skont l-eżistenza ta’ foresti b’kopertura miftuħa. F’dan il-każ, il-proporzjon ta’ foresta b’kopertura miftuħa tonqos gradwalment minn 14 % tat-total tal-art afforestata matul is-snin 2014 sa 2018 biex tilħaq livell ta’ 8 % matul is-snin 2024 sa 2028.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li hija għandha tiddetermina jekk kienx bi żball li l-An Bord qies li l-proġett inkwistjoni u l-pjan ta’ ġestjoni kienu jinvolvu miżuri ta’ mitigazzjoni li kienu jawtorizzawh iwettaq l-evalwazzjoni tiegħu biss taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tistaqsi jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-miżuri proposti fil-kuntest tal-pjan ta’ ġestjoni li jakkumpanja l-abbozz inkwistjoni, u li huma intiżi sabiex jiżguraw li s-superfiċi totali li toffri habitat adegwat ma titnaqqasx u tkun tista’ saħansitra tiżdied, jistgħu, f’dan il-każ, jiġu kkwalifikati bħala miżuri ta’ mitigazzjoni jew jekk għandhomx jitqiesu bħala miżuri kumpensatorji, fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, is-Supreme Court (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Meta</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-għan essenzjali ta’ sit protett ikun li joffri ħabitat għal speċi partikolari</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>in-natura tal-ħabitat li hija ta’ benefiċċju għall-imsemmija speċi tkun timplika li l-parti tas-sit li hija ta’ benefiċċju se tevolvi neċessarjament maż-żmien, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fil-kuntest ta’ proġett maħsub, ikun previst li għandu jiġi implementat pjan ta’ ġestjoni għas-sit fit-totalità tiegħu (li jinkludi tibdiliet fil-ġestjoni tal-partijiet tas-sit li ma jkunux direttament affettwati mill-proġett innifsu) sabiex jiġi żgurat li, fi kwalunkwe ħin, id-daqs tas-sit li huwa xieraq sabiex joffri ħabitat kif imsemmi iktar ’il fuq ma jkunx imnaqqas, iżda jista’ jiġi mkabbar; iżda li</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>waqt il-proġett ta’ żvilupp, parti mis-sit ma hijiex se tkun ta’ natura li toffri ħabitat xieraq,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>miżuri bħal dawk deskritti taħt (c) jistgħu jitqiesu ġustament bħala miżuri ta’ mitigazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi ppreċiżat li, għalkemm id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma fiha l-ebda referenza għal dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, l-imsemmija domanda, li għandha tinqara fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju, tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-formulazzjoni tad-domanda magħmula, għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva ma jinkludi ebda riferiment għal xi kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>miżuri ta’ mitigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>People Over Wind u Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li l-effett utli tal-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> huwa intiż li jevita li, permezz ta’ miżuri msemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>mitiganti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, iżda li jikkorrispondu fir-realtà għal miżuri kumpensatorji, l-awtorità nazzjonali kompetenti tevita l-proċeduri speċifiċi stabbiliti f’dan l-artikolu billi tawtorizza, skont il-paragrafu 3 tiegħu, proġetti li jaffettwaw ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Finalment, f’dak li jikkonċerna ż-żoni kklassifikati bħala ŻPS, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jissostitwixxu, skont l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, l-obbligi li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva dwar l-għasafar mid-data tal-klassifikazzjoni skont din id-direttiva meta din id-data tkun iktar tard mid-data tal-implimentazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandu jinftiehem li, bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta proġett ikun intiż li jitwettaq fuq sit indikat għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ispeċi, li s-superfiċi tiegħu xierqa għall-ħtiġijiet ta’ speċi protetta tvarja maż-żmien, u meta tali proġett ikollu bħala effett li, temporanjament jew definittivament, ċerti partijiet ta’ dan is-sit ma jkunux ser jibqgħu ta’ natura li joffru habitat adatt lill-ispeċi inkwistjoni, iċ-ċirkustanza li dan il-proġett jinkludi miżuri intiżi li jiżguraw, wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-imsemmi proġett u matul il-ħajja tal-proġett imsemmi, li l-parti tal-imsemmi sit li b’mod konkret tista’ toffri habitat xieraq ma titnaqqasx, jew saħansitra tista’ tiżdied, tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni li għandha ssir skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u intiża li tiżgura li l-proġett inkwistjoni mhux ser jaffettwa b’mod negattiv l-integrità tas-sit ikkonċernat jew jekk tali ċirkustanza taqax, skont il-każ, taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-istess artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jimponi fuq l-Istati Membri sensiela ta’ obbligi u ta’ proċeduri speċifiċi intiżi sabiex jiġu żgurati, kif jirriżulta mill-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, iż-żamma jew, jekk ikun il-każ, l-istabbiliment mill-ġdid, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-habitats naturali u tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi ta’ interess għall-Unjoni, bil-għan li jintlaħaq l-għan iktar ġenerali tal-istess direttiva li huwa dak li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tas-siti protetti taħt din id-direttiva [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jikkostitwixxu totalità koerenti fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni mfittxija minn din id-direttiva. Fil-fatt, il-paragrafi (2) u (3) ta’ dan l-artikolu għandhom l-għan li jiżguraw l-istess livell ta’ protezzjoni tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi, filwaqt li l-paragrafu (4) tal-imsemmi artikolu jikkostitwixxi biss dispożizzjoni derogatorja għat-tieni sentenza tal-imsemmi paragrafu (3) (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>People Over Wind u Sweetman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont l-għaxar premessa tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa kull pjan jew programm li x’aktarx jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ sit li ġie nnominat jew se jkun innominat fil-ġejjieni. Din il-premessa hija espressa fl-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, li jipprovdi b’mod partikolari li pjan jew proġett li jista’ jkollu effett sinjifikattiv fuq is-sit ikkonċernat ma jistax jiġi awtorizzat mingħajr ma ssir evalwazzjoni minn qabel tal-effetti tiegħu fuqu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>People Over Wind u Sweetman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jistabbilixxi żewġ fażijiet. L-ewwel fażi, prevista fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, teżiġi li l-Istati Membri jwettqu evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett meta jkun hemm il-probabbiltà li dan il-pjan jew dan il-proġett jaffettwa dan is-sit b’mod sinjifikattiv. It-tieni fażi, prevista fit-tieni sentenza ta’ din l-istess dispożizzjoni, li tiġi wara l-imsemmija evalwazzjoni xierqa, tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ tali pjan jew proġett għall-kundizzjoni li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>People Over Wind u Sweetman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-fatt li ma jkunx hemm effett ħażin fuq l-integrità ta’ sit, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jippresupponi li dan jinżamm fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, li jimplika ż-żamma fit-tul tal-karatterisitiċi kostituttivi tiegħu, marbuta mal-preżenza ta’ tip ta’ habitat naturali li l-għan ta’ preżervazzjoni tiegħu jiġġustifika li dan is-sit jitniżżel fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja, fis-sens ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar l-għasafar, id-deżinjazzjoni ta’ żona bħala ŻPS għall-konservazzjoni ta’ speċi timplika ż-żamma fit-tul tal-karatteristiċi kostituttivi tal-habitat ta’ din iż-żona, fejn l-għan li jiġġustifika d-deżinjazzjoni ta’ din iż-żona huwa s-sopravivenza tal-ispeċi inkwistjoni u r-riproduzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit, kif tindika l-qorti tar-rinviju u hekk kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 13 u 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-għan ta’ konservazzjoni taż-ŻPS hija li jinżammu jew jiġu stabbiliti mill-ġdid il-kondizzjonijiet ta’ konservazzjoni favorevoli tal-Bugħadam Abjad Prim. B’mod iktar partikolari, huwa billi toffri lill-ispeċi protetta habitat li jinkludi fih żona ta’ alimentazzjoni li ż-ŻPS tippermetti li jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, l-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq iż-ŻPS, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-pjan ta’ ġestjoni huwa intiż biex jistabbilixxi salvagwardji li jikkonsistu f’li, fi kwalunkwe ħin, fir-rigward taż-żona ta’ alimentazzjoni tal-Bugħadam Abjad Prim, is-superfiċi taż-żona ma titnaqqasx, jew saħansitra tkun tista’ tiżdied, minkejja li, matul il-perijodu ta’ żvilupp tal-proġett inkwistjoni, parti minnha ma tkunx ta’ natura li toffrilu habitat adegwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jipprovdi proċedura ta’ evalwazzjoni intiża sabiex, bis-saħħa ta’ kontroll minn qabel, tiggarantixxi li pjan jew proġett li ma jkunx marbut direttament jew neċessarju għall-ġestjoni taż-żona kkonċernata, iżda li jkun jista’ jaffettwa lil din tal-aħħar b’mod sinifikanti jkun awtorizzat biss jekk dan ma jkunx ser jaffettwa ħażin lill-integrità tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni mwettqa skont din id-dispożizzjoni ma tistax tinkludi lakuni u għandha tinkludi konstatazzjonijiet u konklużjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jneħħu kull dubju xjentifiku raġonevoli fir-rigward tal-effetti tax-xogħlijiet previsti fiż-żona protetta kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>People Over Wind u Sweetman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-fatt li l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq iż-żona kkonċernata għandha titwettaq skont l-imsemmija dispożizzjoni jimplika li, fid-dawl tal-aħjar għarfien xjentifiku f’dan il-qasam, għandhom jiġu identifikati l-aspetti kollha tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni li jistgħu, fihom infushom jew flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jaffettwaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ din iż-żona (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Huwa fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza t-twettiq tal-proġett li ma għandu jeżisti ebda dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku dwar l-assenza ta’ effetti li jippreġudikaw l-integrità taż-żona kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, l-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju tidentifika l-għajbien permanenti u dirett ta’ superfiċji li jospitaw habitat xieraq għall-Bugħadam Abjad Prim b’disa’ ettari. It-tieni nett, is-superfiċi bis-siġar li ser jinqatgħu għall-kostruzzjoni tat-turbini tar-riħ kif ukoll tal-infrastrutturi tikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 41.7 ettari minn din iż-żona tal-habitat. It-tielet nett, il-parti taż-żona mhux disponibbli matul il-proġett tista’ tilħaq il-162.7 ettari. Ir-raba’ nett, għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, matul il-fażi ta’ żvilupp tal-proġett inkwistjoni, is-superfiċi ta’ foresta b’kopertura miftuħa, li tikkostitwixxi waħda mill-karatteristiċi li jikkostitwixxu ż-żona għall-alimentazzjoni tal-ispeċi protetta, tkun qed tonqos b’mod kostanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta pjan jew proġett li ma jkunx direttament marbut ma’ jew neċessarju għat-tmexxija ta’ żona, jirriskja li jikkomprometti l-għanijiet ta’ konservazzjoni tagħha, dan għandu jitqies li jista’ jaffettwa lil din iż-żona b’mod sinjifikattiv. L-evalwazzjoni tal-imsemmi riskju għandha titwettaq, b’mod partikolari, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi taż-żona kkonċernata minn tali pjan jew tali proġett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet u l-aħħar lok, tat-tipi ta’ miżuri inklużi fil-proġett inkwistjoni taħt il-pjan ta’ ġestjoni sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-proġett, dawn jikkonsistu, minn naħa, fir-restawr taż-żoni lura lejn artijiet imxarrba tal-għata kif ukoll lejn art mistagħdra fuq superfiċi ta’ 41.2 ettari (li minnhom 14.2 ettari jinsabu f’perimetru ta’ 250 metru madwar turbina tar-riħ) u, min-naħa l-oħra, fl-għoti lil Bugħadam Abjad Prim u lil annimali oħra li jinsabu fit-territorju, ta’ żoni ta’ habitat ottimali matul il-ħajja tal-proġett, b’mod partikolari billi, fuq żona ta’ 137.3 ettari, tinqata’ u tiġi ssostitwita l-forest attwali b’kopertura magħluqa li tinsab fiha sabiex finalment tiġi żgurata l-preżenza ta’ żona ta’ kopertura miftuħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiġbed l-attenzjoni għal fatt li, fil-fehma tagħha, jista’ jikkostitwixxi element determinanti għar-risposta li għandha tingħata lid-domanda tagħha, peress li dan l-element jiddistingwi l-fatti tal-kawża prinċipali minn dawk li taw lok għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ġestjoni taż-ŻPS bil-għan li jiġi ppreżervat l-habitat naturali tal-Bugħadam Abjad Prim issir b’mod <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dinamiku<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens li s-superfiċi xierqa għal dan il-habitat ivarjaw ġeografikament u matul iż-żmien, abbażi ta’ din il-ġestjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata miegħu jirriżulta li huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-miżuri ta’ protezzjoni inkorporati fil-proġett u intiżi biex jiġu evitati jew imnaqqsa l-eventwali effetti negattivi kkawżati direttament minn dan tal-aħħar, sabiex jiġi żgurat li dan il-proġett ma jippreġudikax l-integrità taż-żona, li jaqgħu taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, mill-miżuri li, fis-sens tal-paragrafu 4 tiegħu, huma intiżi sabiex jikkumpensaw l-effetti negattivi tal-imsemmi proġett fuq żona protetta li ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan l-istess proġett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li xi partijiet miż-ŻPS ma jibqgħux, jekk il-proġett inkwistjoni jitlesta, iktar kapaċi li joffru habitat xieraq, iżda li pjan ta’ tmexxija huwa intiż biex jiżgura li l-parti taż-ŻPS li tista’ toffri habitat xieraq ma titnaqqasx, jew saħansitra tiżdied.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 71 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali huma distinti minn dawk li taw lok għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dawn huma simili fis-sens li, fil-mument tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-pjan jew tal-proġett fuq iż-żona kkonċernata, huma bbażati fuq premessa identika tal-benefiċċji futuri li jindirizzaw l-effetti tal-park eoliku fuq din iż-żona, filwaqt li, barra minn hekk, dawn il-benefiċċji ma humiex ċerti. Il-lezzjonijiet li jirriżultaw minn dawn is-sentenzi huma għalhekk trasponibbli għal ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li miżuri previsti minn proġett li huma intiżi biex jikkumpensaw l-effetti negattivi tiegħu ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-imsemmi proġett, prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Huwa biss fejn ikun hemm ċertezza suffiċjenti li miżura tkun ser tikkontribwixxi b’mod effettiv biex tiġi evitata ħsara li tiggarantixxi n-nuqqas ta’ kull dubju raġonevoli dwar il-fatt li l-proġett ma jaffettwax ħażin l-integrità taż-żona, li tali miżura tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, bħala regola ġenerali, l-effetti pożittivi eventwali tal-iżvilupp futur ta’ habitat ġdid, intiż li jikkumpensa t-telf tas-superfiċji u ta’ kwalità ta’ dan l-istess tip ta’ habitat fuq żona protetta, huma biss diffiċilment prevedibbli jew ikunu viżibbli biss iktar tard (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li din ma hijiex ċirkustanza fejn il-habitat inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinsab f’tibdil kontinwu u fejn din iż-żona teħtieġ ġestjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>dinamika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li hija sors ta’ inċertezza. Tali inċertezza tirriżulta, min-naħa l-oħra, mill-identifikazzjoni ta’ ħsara ċerta jew potenzjali lill-integrità taż-żona kkonċernata, bħala żona ta’ habitat u ta’ provvista tal-ikel, u għalhekk għal waħda mill-karatteristiċi kostituttivi ta’ din iż-żona, kif ukoll mill-inklużjoni, fl-evalwazzjoni tal-impatti, tal-benefiċċji futuri li jirriżultaw mill-adozzjoni ta’ miżuri li, fl-istadju ta’ dik l-evalwazzjoni, huma biss possibbli peress li l-implimentazzjoni tagħhom għadha ma ġietx iffinalizzata. B’riżultat ta’ dan, u mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, l-imsemmija benefiċċji ma setgħux ikunu previsti biċ-ċertezza meħtieġa fil-mument meta l-awtoritajiet approvaw l-abbozz inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti huma kkonfermati mill-fatt li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jintegra fih il-prinċipju ta’ prekawzjoni u jippermetti l-prevenzjoni effettiva tad-danni lill-integrità taż-żoni protetti dovuti għall-pjanijiet jew għall-proġetti kkunsidrati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Finalment, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fil-każ fejn, fin-nuqqas ta’ konklużjonijiet negattivi tal-evalwazzjoni mwettqa konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, pjan jew proġett għandu madankollu jitwettaq, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku maġġuri, inklużi ta’ natura soċjali u ekonomika, u meta ma jeżistux soluzzjonijiet alternattivi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kull miżura ta’ kumpens neċessarja sabiex jiżgura li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>l-koerenza globali ta’ Natura 2000<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tkun protetta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu, f’dan il-kuntest, jagħtu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6(4) tal-imsemmija direttiva biss sakemm il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu jkunu sodisfatti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandu jinftiehem li, bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Habitats<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta proġett ikun intiż li jitwettaq fuq sit indikat għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ispeċi, li s-superfiċi tiegħu xierqa għall-ħtiġijiet ta’ speċi protetta tvarja maż-żmien, u meta tali proġett ikollu bħala effett li, temporanjament jew definittivament, ċerti partijiet ta’ dan is-sit ma jkunux ser jibqgħu ta’ natura li joffru habitat adatt lill-ispeċi inkwistjoni, iċ-ċirkustanza li dan il-proġett jinkludi miżuri intiżi li jiżguraw, wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-imsemmi proġett u matul il-ħajja tal-proġett imsemmi, li l-parti tal-imsemmi sit li b’mod konkret tista’ toffri habitat xieraq ma titnaqqasx, jew saħansitra tista’ tiżdied, ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni li għandha ssir skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu u intiża li tiżgura li l-proġett inkwistjoni mhux ser jaffettwa b’mod negattiv l-integrità tas-sit ikkonċernat, iżda taqa’, jekk ikun il-każ, taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-istess artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta proġett ikun intiż li jitwettaq fuq sit indikat għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ispeċi, li s-superfiċi tiegħu xierqa għall-ħtiġijiet ta’ speċi protetta tvarja maż-żmien, u meta tali proġett ikollu bħala effett li, temporanjament jew definittivament, ċerti partijiet ta’ dan is-sit ma jkunux ser jibqgħu ta’ natura li joffru habitat adatt lill-ispeċi inkwistjoni, iċ-ċirkustanza li dan il-proġett jinkludi miżuri intiżi li jiżguraw, wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-imsemmi proġett u matul il-ħajja tal-proġett imsemmi, li l-parti tal-imsemmi sit li b’mod konkret tista’ toffri habitat xieraq ma titnaqqasx, jew saħansitra tista’ tiżdied, ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni li għandha ssir skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu u intiża li tiżgura li l-proġett inkwistjoni mhux ser jaffettwa b’mod negattiv l-integrità tas-sit ikkonċernat, iżda taqa’, jekk ikun il-każ, taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-istess artikolu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>