<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-372/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0372</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:86">EU:C:2012:86</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120216">16.2.2012</DATE> — KAWŻA C-372/10</P><P>PAK-HOLDCO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Dazju fuq il-kapital impost fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni mill-valur taxxabbli tal-ammont tal-assi tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li huma allokati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju u li diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-372/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Pak-Holdco sp. zoo</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, A. Prechal, K. Schiemann, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Pak-Holdco sp. zoo, minn N. Półtorak, radca prawny, u L. Mazur, doradca podatkowy,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar kif ukoll minn A. Kraińska u A. Kramarczyk, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-<DATE ISO="19850610">10 ta’ Ġunju 1985</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Pak-Holdco sp. zoo (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Pak-Holdco<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu dwar taxxa fuq tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-ammont li fuqu hu mpost id-dazju fil-każ ta’ żieda fil-kapital m’għandux jinkludi:</P><LIST TYPE="NONE"><ITEM><P>l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] li huma allokati għaż-żieda fil-kapital [azzjonarju] u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali;</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 ġie emendat diversi drabi. Fil-verżjoni inizjali tiegħu huwa kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu addottati mill-Kunsill skond il-paragrafu 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-rata ta’ dazju kapitali m’għandhiex jaqbez it-2 % jew ikun inqas minn 1 %;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>din ir-rata għandha tiġi mnaqqsa b’50 % jew aktar meta kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] waħda jew aktar jittrasferixxu l-assi u r-responsabbiltajiet kollha, jew parti waħda jew iktar tan-negozju tagħhom lil kumpannija kapitali waħda jew iktar li huma fil-proċess li jiġu ffurmati jew li diġà jeżistu.</TXT><P>Dan it-tnaqqis għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-konsiderazzjoni għall-kontribuzzjonijiet għandha tikkonsisti esklussivament mill-allokazzjoni ta’ ishma fil-kumpannija jew kumpanniji, għalkemm Stati Membri għandu jkollhom id-dritt li jestendu l-applikazzjoni tat-tnaqqis għal kazijiet li fihom il-kunsiderazzjoni għall-kontribuzzjonijiet tikkonsisti fl-allokazzjoni ta’ ishma fil-kumpanija jew kumpaniji flimkien ma’ pagament fi flus li ma jeċċediex l-10 % tal-valur nominali ta’ l-ishma,</P></ITEM><ITEM><P>il-kumpanniji li jiehdu parti fl-operazzjoni jkollhom iċ-ċentru effettiv tagħhom ta’ amministrazzjoni jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-<DATE ISO="19730409">9 ta’ April 1973</DATE>, li tibdel il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tad-dazju fuq il-kapital prevista, fir-rigward ta’ ċerti operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji,<?PAGE NO="3"?> fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="13" NO.OJ="103" DATE.PUB="1973">ĠU L 103, p. 13</REF.DOC.OJ>) emendat l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 billi introduċiet l-Artikolu 7(1)(bb) li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>bb)</NO.P><TXT>Ir-rata tad-dazju fuq il-kapital tista’ titnaqqas b’50 % jew iktar meta kumpannija b’kapital azzjonarju li tkun fil-proċess li tinħoloq jew tkun diġà eżistenti tikseb ishma li jirrappreżentaw mħux inqas minn 75 % tal-kapital azzjonarju maħruġ preċedentement minn kumpannija b’kapital azzjonarju oħra. Meta din il-perċentwali tintlaħaq permezz ta’ diversi operazzjonijiet, ir-rata mnaqqsa għandha tapplika biss għall-operazzjoni li permezz tagħha tintlaħaq din il-perċentwali u għal operazzjonijiet sussegwenti li jżidu din il-perċentwali.”</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 73/80/KEE, tad-<DATE ISO="19730409">9 ta’ April 1973</DATE>, dwar l-iffissar tar-rati komuni tad-dazju fuq il-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="15" NO.OJ="103" DATE.PUB="1973">ĠU L 103, p. 15</REF.DOC.OJ>) tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>Ir-rata tad-dazju fuq il-kapital imsemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [69/355, kif emendata bid-Direttiva 73/79,] hija ffissata għal 1 % b’effett mill-<DATE ISO="19760101">1 ta’ Jannar 1976</DATE>.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><ALINEA>Ir-rati mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) u (bb) tal-istess Direttiva (kif emendata,] huma ffissati għal 0 % sa 0.5 % b’effett mill-<DATE ISO="19760101">1 ta’ Jannar 1976</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/303 emenda l-Artikolu 7 tad-Direttiva 69/335 billi pprovda:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Artikolu 7 [tad-Direttiva 69/335] huwa mibdul b’dan li ġej:</P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="007"><TI.ART><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Artikolu 7</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżentaw mid-dazju kapitali transazzjonijiet, barra dawk li għalihom saret referenza fl-Artikolu 9, li huma sal-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, eżenti jew intaxxati b’kull rata ta’ 0.50 % jew inqas.</ALINEA><ALINEA>L-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li kienu applikabbli, f’dik id-data, għall-għoti ta’ l-eżenzjoni jew, skond kif inhu l-każ, għal imposizzjoni ta’ rata ta’ 0.50 % jew inqas.</ALINEA><ALINEA>Ir-Repubblika Ellenika għandha tistabbilixxi liema transazzjonijiet għandha teżenta mid-dazju kapitali.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/303 ġiet imħassra bid-Direttiva 73/80.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 69/335 ġiet imħassra bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="11" NO.OJ="046" DATE.PUB="2008">ĠU L 46, p. 11</REF.DOC.OJ>). Madankollu dan it-tħassir seħħ wara li seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(3)(d) tal-Liġi, tad-<DATE ISO="19751219">19 ta’ Diċembru 1975</DATE>, dwar it-taxxa tal-boll (Dz. U Nru 45, pożizzjoni 226), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>It-taxxa tal-boll għandha tinġabar:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili li ġejjin:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-atti ta’ formazzjoni ta’ kumpanniji minn persuni fiżiċi u ġuridiċi li ma jeżerċitawx l-attivitajiet tagħhom fil-kuntest tal-ekonomija ppjanata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 54(1) tad-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri, tas-<DATE ISO="19830516">16 ta’ Mejju 1983</DATE>, dwar it-taxxa tal-boll (Dz. U Nru 34, pożizzjoni 161), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, (iktar ’il quddiem id-“Digriet dwar it-taxxa tal-boll), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>It-taxxa tal-boll għandha tinġabar fuq il-memorandum u l-istatut tal-kumpannija, kif applikata fuq il-valur taxxabbli, hija ta’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>10 % fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ proprjetà immobbli jew użufrutt perpetwu,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>5 % fuq il-kontribuzzjonijiet l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 54(3) tad-Digriet dwar it-taxxa tal-boll, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-valur taxxabbli tat-taxxa tal-boll għandha tkun magħmula:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ żieda tal-kapital azzjonarju, mill-ammont taż-żieda tal-kapital azzjonarju.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 54(4) tad-Digriet fuq it-taxxa tal-boll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-kapital azzjonarju jinkludi kull kontribuzzjoni min-naħa tal-imsieħba, ħlief għal kontribuzzjonijiet f’xogħol, kif ukoll sussidji lill-kumpanniji b’responsabbiltà limitata.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili, tad-<DATE ISO="20000909">9 ta’ Settembru 2000</DATE>, kif emendata (Dz. U tal-2005, Nru 41, pożizzjoni 399, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Liġi PCC<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1. Għandhom jiġu ntaxxati:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili segwenti:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>il-memoranda u l-istatuti ta’ kumpannija (atti ta’ formazzjoni),</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-emendi għall-memoranda u għall-istatuti ta’ kumpannija msemmija fis-subparagrafu (1) jekk jinvolvu żieda fil-bażi ta’ stima tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu1(3)(2) tal-Liġi PCC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Emenda ta’ memorandum u ta’ statut ta’ kumpannija tfisser:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>għal kumpannija b’kapital azzjonarju: il-kontribuzzjoni jew iż-żieda ta’ kontribuzzjoni lill-kumpannija, li l-valur tagħha jirriżulta f’żieda tal-kapital azzjonarju, kif ukoll is-sussidji.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1)(8) tal-Liġi PCC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-bażi tat-taxxi hija magħmula</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>għall-memorandum u l-istatut ta’ kumpannija:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ emendi tal-memorandum u tal-istatut ta’ kumpannija — mill-valur tal-kontribuzzjonijiet li jżidu l-kapital azzjonarju jew mill-ammont taż-żieda tal-kapital azzjonarju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1)(9) tal-Liġi PCC:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ir-rati tat-taxxa huma stabbiliti għall-ammonti segwenti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>fuq il-memorandum u l-istatut ta’ kumpannija: 0.5 %.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Elektrowna Pątnów II sp. zoo (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>EP II<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) u Pak-Holdco huma żewġ sussidjarji ta’ Zespol Elektrowni Patnow Adamov Konin SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ZEPAK<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050817">17 ta’ Awwissu 2005</DATE>, ZEPAK ittrasferixxiet l-ishma kollha li hija kellha f’EP II lill-Pak-Holdco, permezz ta’ kontribuzzjoni f’oġġetti lil din tal-aħħar. L-għada, Pak-Holdco wettqet żieda fil-kapital ekwivalenti għall-valur ta’ din il-kontribuzzjoni f’oġġetti, u b’dan żiedet il-valur tal-ishma ta’ ZEPAK f’Pak-Holdco bl-ammont tal-ishma li ZEPAK preċedentement kellha f’EP II. Peress li din it-tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi emenda tal-memorandum u tal-istatut ta’ Pak-Holdco fis-sens tal-Liġi PCC, din ġiet suġġetta għat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili, bir-rata ta’ 0.5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060831">31 ta’ Awwissu 2006</DATE>, Pak-Holdco talbet lid-dipartimenti tat-taxxa jikkonstataw l-eżistenza ta’ taxxa żejda mħallsa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili li kienet tammonta għal valur ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi PCC, u dan għaliex din tal-aħħar tmur kontra d-Direttiva 69/335, li l-Artikolu 7(1) tagħha, interpretat flimkien mad-Direttivi 73/79, 73/80 u 85/303, jipprojbixxi li t-tranżazzjoni inkwistjoni tiġi suġġetta għad-dazju fuq il-kapital u li għalhekk hemm lok li tiġi applikata l-ewwel u qabel kollox id-Direttiva 69/335. Barra minn hekk, Pak-Holdco qieset li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva jeskludi mill-valur taxxabbli l-kontribuzzjoni, min-naħa ta’ kumpannija oħra, ta’ assi li kienu diġà ġew preċedentement suġġetti għad-dazju fuq il-kapital.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara li l-amministrazzjoni fiskali rrifjutat din it-talba, Pak-Holdco ppreżentat rikors quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (Tribunal amministrattiv reġjonali ta’ Poznan), li kkonferma din id-deċiżjoni. Din il-qorti bbażat id-deċiżjoni tagħha b’mod partikolari fuq il-fatt li d-Direttivi 73/79 u 73/80 ġew imħassra qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea u li għalhekk ma setgħux jipproduċu effetti legali fir-rigward tar-rikorrenti. Barra minn hekk, hija ddeċidiet li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/355 ma kienx applikabbli għall-fatti tal-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Adita bl-appell fil-kassazzjoni, il-Naczelny Sąd Administracyjny (Qorti amministrattiva suprema) tistaqsi jekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandux jiġi interpretat litteralment jew storikament. Skont il-qorti tar-rinviju, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex ċara. Fil-fatt, filwaqt li fis-sentenza tal-<DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Optimus-Telecomunicações (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-366/05" PAGE.ECR="I-4985" YEAR="2007">C-366/05, Ġabra p. I-4985</REF.DOC.ECR>, punt 27), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet kontra interpretazzjoni storika ta’ din id-dispożizzjoni, min-naħa l-oħra hija kienet favur tali interpretazzjoni fis-sentenza, tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/07" PAGE.ECR="I-6029" YEAR="2009">C-397/07, Ġabra p. I-6029</REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li n-Naczelny Sąd Administracyjny iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu, fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 [kif emendata bid-Direttiva 85/303,] li tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tad-direttivi li jemendawh, b’mod partikolari d-Direttivi 73/79 […] u 73/80 […], anki jekk dawn tal-aħħar ma kinux iktar fis-seħħ fil-mument tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-esklużjoni tal-beni tal-kumpannija kapitali mill-bażi [valur taxxabbli tad-dazju fuq il-kapital], kif prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335 […], tikkonċerna biss il-beni tal-kumpannija kapitali li l-kapital tagħha jkun żdied?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplikax għall-operazzjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal din it-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-Direttiva 69/335, is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat, bħar-Repubblika tal-Polonja, li sar membru tal-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, minn din il-konstatazzjoni jirriżulta li d-Direttiva 69/335 ma kinitx tapplika f’dan l-Istat qabel din id-data. Kull miżura dwar tassazzjoni jew eżenzjoni tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ġbir tal-kapital kienet ittieħdet fis-sistema legali Pollakka, qabel id-data msemmija, abbażi tad-dritt nazzjonali biss (ara s-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minn dan jirriżulta li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-Direttiva 69/335 f’dak li jirrigwarda r-Repubblika tal-Polonja, interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>storika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-għanijiet ta’ din id-direttiva ma tistax tinfluwenza l-interpretazzjoni tagħha kif kienet fis-seħħ wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat (ara s-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, jistabbilixxi obbligu ċar u bla kundizzjonijiet, għall-Istati Membri, li jeżentaw mid-dazju fuq il-kapital l-operazzjonijiet li, fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, kienu eżenti jew intaxxati b’rata ta’ 0.50 % jew inqas. Dan l-obbligu, li huwa nieqes minn kull ambigwità, jorbot ukoll lir-Repubblika tal-Polonja mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni mhux biss tikkorrispondi mal-kliem ċar tal-imsemmi Artikolu 7(1), iżda wkoll mal-ispirtu u l-għan ewlieni tad-Direttiva 69/335, li tipprova tillimita kemm jista’ jkun l-effetti tad-dazju fuq il-kapital fuq il-moviment liberu tal-kapital (ara s-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jingħad li d-data tal-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, li hija meħuda bħala data ta’ riferiment skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, hija valida għar-Repubblika tal-Polonja wkoll. Fil-fatt, fil-każ ta’ adeżjoni mal-Unjoni, riferiment għal data stabbilita fid-dritt tal-Unjoni, fl-assenza ta’ dispożizzjoni kuntrarja fl-Att ta’ Adeżjoni mal-Unjoni jew f’att Komunitarju ieħor, tgħodd ukoll għall-Istat li jaderixxi, anki jekk din id-data tkun qabel dik ta’ din l-adeżjoni. Issa, f’dak li jirrigwarda r-Repubblika tal-Polonja, ma hemm l-ebda dispożizzjoni differenti f’dan ir-rigward, la fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni u lanqas f’att ieħor tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 kif ukoll, tas-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Logstor ROR Polska, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/10" PAGE.ECR="I-5453" YEAR="2011">C-212/10, Ġabra, p. I-5453</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li, fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni jew f’att ieħor tal-Unjoni, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal dan id-dazju b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-punt 21 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement iddefinixxiet il-portata tal-ilmenti mqajma mill-Kummissjoni Ewropea fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza filwaqt li speċifikat l-operazzjonijiet li kienu, mill-<DATE ISO="19860101">1 ta’ Jannar 1986</DATE>, data tal-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Komunitajiet Ewropej, obligatorjament eżentati mid-dazju fuq il-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni jew f’att ieħor tal-Unjoni, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif emendata, li, fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal dan id-dazju b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-valur taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] li huma allokati għaż-żieda fil-kapital [azzjonarju] u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li huma esklużi mill-valur taxxabbli biss il-beni tal-kumpannija kapitali li l-kapital tagħha ġie miżjud jew inkella jekk humiex esklużi wkoll il-beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li żiedu dan il-kapital.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335 jissuġġetta għal żewġ kundizzjonijiet l-esklużjoni tal-valur taxxabbli li huwa jipprovdi, jiġifieri, minn naħa, li l-beni inkwistjoni jkunu ddedikati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija azzjonarja u, min-naħa l-oħra, li dawn ikunu diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li din ma tirrigwardax esklużivament il-beni tal-kumpannija kapitali li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud. Iż-żieda ta’ kundizzjoni oħra, li tgħid li dawn il-beni għandhom, barra minn hekk, ikunu tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud, tmur kontra l-interpretazzjoni litterali tat-test tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Din iż-żieda tmur ukoll kontra l-għan imfittex minn din l-istess dispożizzjoni, li teskludi mill-bażi ta’ stima tat-taxxa l-ammonti li jkunu diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital sabiex jiġi evitat l-intaxxar doppju tagħhom bil-għan li jiġi mħeġġeġ il-moviment liberu tal-kapital (ara, b’analoġija, is-sentenzi, tat-<DATE ISO="19930318">18 ta’ Marzu 1993</DATE>, Viessmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/91" PAGE.ECR="I-971" YEAR="1993">C-280/91, Ġabra p. I-971</REF.DOC.ECR>, punt 21 kif ukoll tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, Elektrownia Pątnów II, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/08" PAGE.ECR="I-10799" YEAR="2009">C-441/08, Ġabra p. I-10799</REF.DOC.ECR>, punt 40). Fil-fatt, iż-żieda ta’ kundizzjoni addizzjonali ma dawk li huma imposti mit-test tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jipprovdi li l-beni inkwistjoni għandhom, barra minn hekk, ikunu tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud, tippermetti l-intaxxar doppju tal-istess ammont fil-każ fejn l-operazzjoni inkwistjoni tkun tinvolvi kumpanniji separati.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-valur taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] li huma allokati għaż-żieda fil-kapital [azzjonarju] u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li dan huwa applikabbli indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn humiex beni tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud jew jekk dawn humiex beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li jżidu dan il-kapital.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni Ewropea jew f’att ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-<DATE ISO="19850610">10 ta’ Ġunju 1985</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-<DATE ISO="19840701">1 ta’ Lulju 1984</DATE>, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal din it-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-valur taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] li huma allokati għaż-żieda fil-kapital [azzjonarju] u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li dan huwa applikabbli indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn humiex beni tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud jew jekk dawn humiex beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li jżidu dan il-kapital.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>