SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
16 ta’ Frar 2012 ( *1 )
“Tassazzjoni — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Dazju fuq il-kapital impost fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju — Obbligu ta’ Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat — Esklużjoni mill-valur taxxabbli tal-ammont tal-assi tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li huma allokati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju u li diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital”
Fil-Kawża C-372/10,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2010, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Lulju 2010, fil-proċedura
Pak-Holdco sp. zoo
vs
Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, A. Prechal, K. Schiemann, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-6 ta’ Ottubru 2011,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Pak-Holdco sp. zoo, minn N. Półtorak, radca prawny, u L. Mazur, doradca podatkowy, |
|
— |
għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar kif ukoll minn A. Kraińska u A. Kramarczyk, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u K. Herrmann, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Pak-Holdco sp. zoo (iktar ’il quddiem “Pak-Holdco”) u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu dwar taxxa fuq tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
|
3 |
Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335: “L-ammont li fuqu hu mpost id-dazju fil-każ ta’ żieda fil-kapital m’għandux jinkludi:
[...]” |
|
4 |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 ġie emendat diversi drabi. Fil-verżjoni inizjali tiegħu huwa kien jipprovdi: “Sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu addottati mill-Kunsill skond il-paragrafu 2:
[…]” |
|
5 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-9 ta’ April 1973, li tibdel il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tad-dazju fuq il-kapital prevista, fir-rigward ta’ ċerti operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji, fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 103, p. 13) emendat l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 billi introduċiet l-Artikolu 7(1)(bb) li jipprovdi:
[...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
6 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 73/80/KEE, tad-9 ta’ April 1973, dwar l-iffissar tar-rati komuni tad-dazju fuq il-kapital (ĠU L 103, p. 15) tipprovdi: “Artikolu 1 Ir-rata tad-dazju fuq il-kapital imsemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [69/355, kif emendata bid-Direttiva 73/79,] hija ffissata għal 1 % b’effett mill-1 ta’ Jannar 1976. Artikolu 2 Ir-rati mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) u (bb) tal-istess Direttiva (kif emendata,] huma ffissati għal 0 % sa 0.5 % b’effett mill-1 ta’ Jannar 1976.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
7 |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/303 emenda l-Artikolu 7 tad-Direttiva 69/335 billi pprovda: “L-Artikolu 7 [tad-Direttiva 69/335] huwa mibdul b’dan li ġej: ‘Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw mid-dazju kapitali transazzjonijiet, barra dawk li għalihom saret referenza fl-Artikolu 9, li huma sal-1 ta’ Lulju 1984, eżenti jew intaxxati b’kull rata ta’ 0.50 % jew inqas. L-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li kienu applikabbli, f’dik id-data, għall-għoti ta’ l-eżenzjoni jew, skond kif inhu l-każ, għal imposizzjoni ta’ rata ta’ 0.50 % jew inqas. Ir-Repubblika Ellenika għandha tistabbilixxi liema transazzjonijiet għandha teżenta mid-dazju kapitali. [...]’” |
|
8 |
Id-Direttiva 85/303 ġiet imħassra bid-Direttiva 73/80. |
|
9 |
Id-Direttiva 69/335 ġiet imħassra bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11). Madankollu dan it-tħassir seħħ wara li seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
10 |
L-Artikolu 1(1)(3)(d) tal-Liġi, tad-19 ta’ Diċembru 1975, dwar it-taxxa tal-boll (Dz. U Nru 45, pożizzjoni 226), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi: “It-taxxa tal-boll għandha tinġabar: [...]
|
|
11 |
L-Artikolu 54(1) tad-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri, tas-16 ta’ Mejju 1983, dwar it-taxxa tal-boll (Dz. U Nru 34, pożizzjoni 161), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, (iktar ’il quddiem id-“Digriet dwar it-taxxa tal-boll), jipprovdi: “It-taxxa tal-boll għandha tinġabar fuq il-memorandum u l-istatut tal-kumpannija, kif applikata fuq il-valur taxxabbli, hija ta’:
|
|
12 |
L-Artikolu 54(3) tad-Digriet dwar it-taxxa tal-boll, jipprovdi: “Il-valur taxxabbli tat-taxxa tal-boll għandha tkun magħmula: [...]
|
|
13 |
Skont l-Artikolu 54(4) tad-Digriet fuq it-taxxa tal-boll: “Il-kapital azzjonarju jinkludi kull kontribuzzjoni min-naħa tal-imsieħba, ħlief għal kontribuzzjonijiet f’xogħol, kif ukoll sussidji lill-kumpanniji b’responsabbiltà limitata.” |
|
14 |
Skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili, tad-9 ta’ Settembru 2000, kif emendata (Dz. U tal-2005, Nru 41, pożizzjoni 399, iktar ’il quddiem il-“Liġi PCC”): “1. Għandhom jiġu ntaxxati:
|
|
15 |
L-Artikolu1(3)(2) tal-Liġi PCC jipprovdi: “Emenda ta’ memorandum u ta’ statut ta’ kumpannija tfisser: [...]
|
|
16 |
L-Artikolu 6(1)(8) tal-Liġi PCC jipprovdi: “Il-bażi tat-taxxi hija magħmula [...]
|
|
17 |
Skont l-Artikolu 7(1)(9) tal-Liġi PCC: “Ir-rati tat-taxxa huma stabbiliti għall-ammonti segwenti: [...]
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
18 |
Elektrowna Pątnów II sp. zoo (iktar ’il quddiem “EP II”) u Pak-Holdco huma żewġ sussidjarji ta’ Zespol Elektrowni Patnow Adamov Konin SA (iktar ’il quddiem “ZEPAK”). |
|
19 |
Fis-17 ta’ Awwissu 2005, ZEPAK ittrasferixxiet l-ishma kollha li hija kellha f’EP II lill-Pak-Holdco, permezz ta’ kontribuzzjoni f’oġġetti lil din tal-aħħar. L-għada, Pak-Holdco wettqet żieda fil-kapital ekwivalenti għall-valur ta’ din il-kontribuzzjoni f’oġġetti, u b’dan żiedet il-valur tal-ishma ta’ ZEPAK f’Pak-Holdco bl-ammont tal-ishma li ZEPAK preċedentement kellha f’EP II. Peress li din it-tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi emenda tal-memorandum u tal-istatut ta’ Pak-Holdco fis-sens tal-Liġi PCC, din ġiet suġġetta għat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili, bir-rata ta’ 0.5 %. |
|
20 |
Fil-31 ta’ Awwissu 2006, Pak-Holdco talbet lid-dipartimenti tat-taxxa jikkonstataw l-eżistenza ta’ taxxa żejda mħallsa fuq it-tranżazzjonijiet tad-dritt ċivili li kienet tammonta għal valur ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi PCC, u dan għaliex din tal-aħħar tmur kontra d-Direttiva 69/335, li l-Artikolu 7(1) tagħha, interpretat flimkien mad-Direttivi 73/79, 73/80 u 85/303, jipprojbixxi li t-tranżazzjoni inkwistjoni tiġi suġġetta għad-dazju fuq il-kapital u li għalhekk hemm lok li tiġi applikata l-ewwel u qabel kollox id-Direttiva 69/335. Barra minn hekk, Pak-Holdco qieset li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva jeskludi mill-valur taxxabbli l-kontribuzzjoni, min-naħa ta’ kumpannija oħra, ta’ assi li kienu diġà ġew preċedentement suġġetti għad-dazju fuq il-kapital. |
|
21 |
Wara li l-amministrazzjoni fiskali rrifjutat din it-talba, Pak-Holdco ppreżentat rikors quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (Tribunal amministrattiv reġjonali ta’ Poznan), li kkonferma din id-deċiżjoni. Din il-qorti bbażat id-deċiżjoni tagħha b’mod partikolari fuq il-fatt li d-Direttivi 73/79 u 73/80 ġew imħassra qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea u li għalhekk ma setgħux jipproduċu effetti legali fir-rigward tar-rikorrenti. Barra minn hekk, hija ddeċidiet li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/355 ma kienx applikabbli għall-fatti tal-kawża preżenti. |
|
22 |
Adita bl-appell fil-kassazzjoni, il-Naczelny Sąd Administracyjny (Qorti amministrattiva suprema) tistaqsi jekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandux jiġi interpretat litteralment jew storikament. Skont il-qorti tar-rinviju, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex ċara. Fil-fatt, filwaqt li fis-sentenza tal-21 ta’ Ġunju 2007, Optimus-Telecomunicações (C-366/05, Ġabra p. I-4985, punt 27), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet kontra interpretazzjoni storika ta’ din id-dispożizzjoni, min-naħa l-oħra hija kienet favur tali interpretazzjoni fis-sentenza, tad-9 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-397/07, Ġabra p. I-6029, punt 21). |
|
23 |
Huwa f’dan il-kuntest li n-Naczelny Sąd Administracyjny iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
24 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplikax għall-operazzjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal din it-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas. |
|
25 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-Direttiva 69/335, is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat, bħar-Repubblika tal-Polonja, li sar membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. |
|
26 |
Fl-ewwel lok, minn din il-konstatazzjoni jirriżulta li d-Direttiva 69/335 ma kinitx tapplika f’dan l-Istat qabel din id-data. Kull miżura dwar tassazzjoni jew eżenzjoni tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ġbir tal-kapital kienet ittieħdet fis-sistema legali Pollakka, qabel id-data msemmija, abbażi tad-dritt nazzjonali biss (ara s-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26). |
|
27 |
Fit-tieni lok, minn dan jirriżulta li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-Direttiva 69/335 f’dak li jirrigwarda r-Repubblika tal-Polonja, interpretazzjoni “storika” tal-għanijiet ta’ din id-direttiva ma tistax tinfluwenza l-interpretazzjoni tagħha kif kienet fis-seħħ wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat (ara s-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27). |
|
28 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, jistabbilixxi obbligu ċar u bla kundizzjonijiet, għall-Istati Membri, li jeżentaw mid-dazju fuq il-kapital l-operazzjonijiet li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienu eżenti jew intaxxati b’rata ta’ 0.50 % jew inqas. Dan l-obbligu, li huwa nieqes minn kull ambigwità, jorbot ukoll lir-Repubblika tal-Polonja mill-1 ta’ Mejju 2004 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30). |
|
29 |
Din l-interpretazzjoni mhux biss tikkorrispondi mal-kliem ċar tal-imsemmi Artikolu 7(1), iżda wkoll mal-ispirtu u l-għan ewlieni tad-Direttiva 69/335, li tipprova tillimita kemm jista’ jkun l-effetti tad-dazju fuq il-kapital fuq il-moviment liberu tal-kapital (ara s-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31). |
|
30 |
Fl-aħħar nett, għandu jingħad li d-data tal-1 ta’ Lulju 1984, li hija meħuda bħala data ta’ riferiment skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, hija valida għar-Repubblika tal-Polonja wkoll. Fil-fatt, fil-każ ta’ adeżjoni mal-Unjoni, riferiment għal data stabbilita fid-dritt tal-Unjoni, fl-assenza ta’ dispożizzjoni kuntrarja fl-Att ta’ Adeżjoni mal-Unjoni jew f’att Komunitarju ieħor, tgħodd ukoll għall-Istat li jaderixxi, anki jekk din id-data tkun qabel dik ta’ din l-adeżjoni. Issa, f’dak li jirrigwarda r-Repubblika tal-Polonja, ma hemm l-ebda dispożizzjoni differenti f’dan ir-rigward, la fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni u lanqas f’att ieħor tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 kif ukoll, tas-16 ta’ Ġunju 2011, Logstor ROR Polska, C-212/10, Ġabra, p. I-5453, punt 33). |
|
31 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li, fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni jew f’att ieħor tal-Unjoni, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal dan id-dazju b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Optimus-Telecomunicações, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33). |
|
32 |
Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-punt 21 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement iddefinixxiet il-portata tal-ilmenti mqajma mill-Kummissjoni Ewropea fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza filwaqt li speċifikat l-operazzjonijiet li kienu, mill-1 ta’ Jannar 1986, data tal-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Komunitajiet Ewropej, obligatorjament eżentati mid-dazju fuq il-kapital. |
|
33 |
Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni jew f’att ieħor tal-Unjoni, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif emendata, li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mid-dazju fuq il-kapital jew li kienu suġġetti għal dan id-dazju b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas. |
Fuq it-tieni domanda
|
34 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-valur taxxabbli “l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] li huma allokati għaż-żieda fil-kapital [azzjonarju] u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali” għandux jiġi interpretat fis-sens li huma esklużi mill-valur taxxabbli biss il-beni tal-kumpannija kapitali li l-kapital tagħha ġie miżjud jew inkella jekk humiex esklużi wkoll il-beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li żiedu dan il-kapital. |
|
35 |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335 jissuġġetta għal żewġ kundizzjonijiet l-esklużjoni tal-valur taxxabbli li huwa jipprovdi, jiġifieri, minn naħa, li l-beni inkwistjoni jkunu ddedikati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija azzjonarja u, min-naħa l-oħra, li dawn ikunu diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital. |
|
36 |
Għalhekk, mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li din ma tirrigwardax esklużivament il-beni tal-kumpannija kapitali li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud. Iż-żieda ta’ kundizzjoni oħra, li tgħid li dawn il-beni għandhom, barra minn hekk, ikunu tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud, tmur kontra l-interpretazzjoni litterali tat-test tal-imsemmija dispożizzjoni. |
|
37 |
Din iż-żieda tmur ukoll kontra l-għan imfittex minn din l-istess dispożizzjoni, li teskludi mill-bażi ta’ stima tat-taxxa l-ammonti li jkunu diġà ġew suġġetti għad-dazju fuq il-kapital sabiex jiġi evitat l-intaxxar doppju tagħhom bil-għan li jiġi mħeġġeġ il-moviment liberu tal-kapital (ara, b’analoġija, is-sentenzi, tat-18 ta’ Marzu 1993, Viessmann, C-280/91, Ġabra p. I-971, punt 21 kif ukoll tat-12 ta’ Novembru 2009, Elektrownia Pątnów II, C-441/08, Ġabra p. I-10799, punt 40). Fil-fatt, iż-żieda ta’ kundizzjoni addizzjonali ma dawk li huma imposti mit-test tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jipprovdi li l-beni inkwistjoni għandhom, barra minn hekk, ikunu tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud, tippermetti l-intaxxar doppju tal-istess ammont fil-każ fejn l-operazzjoni inkwistjoni tkun tinvolvi kumpanniji separati. |
|
38 |
Konsegwentement ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-valur taxxabbli “l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali [b’kapital azzjonarju] li huma allokati għaż-żieda fil-kapital [azzjonarju] u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali” għandu jiġi interpretat fis-sens li dan huwa applikabbli indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn humiex beni tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud jew jekk dawn humiex beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li jżidu dan il-kapital. |
Fuq l-ispejjeż
|
39 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.