|
6.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/36 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2020 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE/GŻEJJER FAEROE
tas-27 ta’ Lulju 2020
li temenda l-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra [2020/1162]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jikkonċerna t-trattament tariffarju u l-arranġamenti applikabbli għal ċerti ħut u prodotti tas-sajd rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea jew importati fil-Gżejjer Faeroe. L-Anness tal-Protokoll 1 jindika d-dazji doganali preferenzjali u l-kundizzjonijiet l-oħra li għandhom jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti li joriġinaw minn jew li ġejjin mill-Gżejjer Faeroe. |
|
(2) |
Il-Gżejjer Faeroe ressqu talba abbażi tal-Artikolu 36 tal-Ftehim biex il-kodiċijiet NM 0303 53 90 u 1604 13 90 jiżdiedu mal-Anness tal-Protokoll 1. L-Unjoni Ewropea tikkunsidra, wara l-eżami tas-suq rilevanti, li l-prodotti li dawk il-kodiċijiet jirreferu għalihom jistgħu jiġu importati mingħajr dazju fl-Unjoni Ewropea u mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi. |
|
(3) |
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim jikkonċerna d-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli għajr dawk elenkati fil-Protokoll 1. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll 4, l-Unjoni Ewropea inizjalment tat konċessjonijiet tariffarji għall-għalf tal-ħut tal-Gżejjer Faeroe, fir-rigward ta’ kwota tariffarja mingħajr dazju annwali ta’ 5 000 tunnellata. Dik il-kwota tariffarja bla dazju ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/98 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe (2), li żdiedet għal 10 000 tunnellata mill-1 ta’ Jannar 2000 u bid-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe (3), li żdiedet għal 20 000 tunnellata u bil-kundizzjoni li l-għalf tal-ħut li jibbenefika mir-reġim preferenzjali ta’ importazzjoni ma jistax ikollu glutina miżjuda. |
|
(5) |
Il-Gżejjer Faeroe talbu li jiġi emendat il-Protokoll 4 billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-glutina miżjuda li tinsab fl-għalf tal-ħut li jibbenefika mit-trattament preferenzjali, peress li l-glutina saret materja prima essenzjali fil-kompożizzjoni tal-għalf tal-ħut. |
|
(6) |
L-Artikolu 2 tal-Protokoll 4 jelenka l-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea, li jaqgħu taħt il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, li għalihom il-Gżejjer Faeroe ma jagħtux libertà minn tariffi u dazji meta jiġu importati fil-Gżejjer Faeroe. |
|
(7) |
L-Unjoni Ewropea talbet li tinfetaħ kwota tariffarja bla dazju għall-kodiċijiet NM 0204, 0206 80 99, 0206 90 99, 0210 90 11, 0210 90 60, ex 0210 90 90, li huma elenkati fl-Artikolu 2 tal-Protokoll 4. Il-Gżejjer Faeroe jikkunsidraw li tista’ tingħata kwota tariffarja bla dazju ta’ 80 tunnellata ta’ esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti li jirreferu dawk il-kodiċijiet, suġġetti għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin bi kwota tariffarja bla dazju ta’ 40 tunnellata. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokolli 1 u 4 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-Tabella I tal-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
dan li ġej jiddaħħal bejn il-kodiċi NM 0303 50 98 u l-kodiċi NM 0303 60 11:
|
|
(2) |
dan li ġej jiddaħħal bejn il-kodiċi NM 1604 12 99 u l-kodiċi NM 1604 19:
|
Artikolu 2
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 L-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-prodotti li joriġinaw minn u li ġejjin mill-Gżejjer Faeroe l-kwoti tariffarji li ġejjin:
|
|
(2) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3 Il-Gżejjer Faeroe għandhom jiftħu l-kwoti tariffarji li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw minn jew li ġejjin mill-Unjoni Ewropea:
|
|
(3) |
l-Anness I jitħassar. |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Tórshavn, is-27 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
K. SANDERSON
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/98 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/Danimarka-Gżejjer Faeroe tal-31 ta’ Awwissu 1998 li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim (ĠU L 263, 26.9.1998, p. 37).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt KE/Danimarka-Faeroe tat-8 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 32).