Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU III - KOMPETENZI TA' L-UNJONI - Artikolu I-15
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0017 - 0017
Artikolu I-15 Kordinazzjoni tal-politika ekonomika u ta' l-impjieg 1. L-Istati Membri għandhom jikkordinaw il-politika ekonomika tagħhom fi ħdan l-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta miżuri, b'mod partikolari linji gwida wiesa' għal din il-politika. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. 2. L-Unjoni għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura l-kordinazzjoni tal-politika ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri, partikolarment billi tiddefinixxi linji gwida għal din il-politika. 3. L-Unjoni tista' tieħu inizjattivi biex tiżgura l-kordinazzjoni tal-politika soċjali ta' l-Istati Membri. --------------------------------------------------