Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Minn naħa, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni sa fejn din tal-aħħar illegalment naqset milli temenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000, tas-7 ta’ Settembru 2000, fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 266), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004, li tirrifjuta li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba għall-kumpens tad-danni li allegatament ġarrbu r-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni u, sussidjarjament, talba għall-kumpens tad-danni kkawżati mill-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikorsi huma miċħuda.

2) Arch Chemicals, Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical Co. BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.